Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum Xenarju 4: Riżultat ħażin f 'tal-MEPs u jitlaq Xenarju ieħor huwa li minflok jibqa', Delia jitlaq wara riżultat ipotetikament ħażin ħafna s-sena d-dieħla. Fil-verità dan ix- xenarju huwa kemm tajjeb, kif ukoll ħażin. Huwa tajjeb għax se jidher jew se jippreżenta lilu nnifsu bħala Kap li refa' responsabilità politika. Min-naħa l-oħra iżda hija negattiva għaliex telfa kbira s-sena d-dieħla titfa' r-responsabilità tar- riżultat fuqu u tagħti munizzjon qawwi lil dawk li ma jirduhx jibqa'. B'riżultat ħażin qed nifhmu illi d-distakk ta' 33,677 fl-2014 jibqa' l-istess jew jikber. In-narrattiva se tkun illi l-PN reġa' m'għamilx progress elettorali, biex issa jkun ilu ma jagħmel progress elettorali tanġibbli mill-2009, l-ewwel elezzjoni li fiha Joseph Muscat kien elett Mexxej Laburista. Dan ikun ifisser illi l-Partit Nazzjonalista jagħlaq 10 snin iġarrab telfiet b'distakki ta' aktar minn 30,000 vot. Dan jindika għalfejn ħafna Nazzjonalisti tilfu l-paċenzja u qed ifittxu lil min se jagħti r-riżultati f 'termini ta' numri biex il-PN jirbaħ. F'dan il-kuntest wieħed jista' jasal biex jikkonkludi illi l-għeruq u l-uffiċjali tal-PN se jkunu aktar tolleranti jekk mhux imħeġġa wkoll għal bidla fit-tmexxija, fid-dawl ta' distakk li jkun 30,000+. Xenarju 5: Jitneħħa minn Kap tal- Oppożizzjoni Dan l-aħħar xenarju huwa dak fejn il- maġġoranza tad-Dep- utati jindikaw nuqqas ta' fiduċja f 'Adrian Delia bħala Kap tal- Oppożizzjoni u al- lura jkollha tinstab dik il-persuna li għandha l-fiduċja tal-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari. Dan ifisser li Delia ma jibqax Kap tal- Oppożizzjoni, imma għandu kull dritt jibqa' Kap tal-Partit. Naturalment dan huwa xenarju improbabli ħafna għal bosta raġunijiet. L-ewwel nett ikunu esposti pubblikament u uffiċjalment dawk li qed jopponu lil Delia. Dawn jistgħu jistennew daqqa ta' ħarta kbira mill-votanti Nazzjonal- isti. It-tieni, f 'każ bħal dan il-possibilità li jinqasam il-partit u jkun iffirumat grupp politiku temporanju tikber sew. Dan apparti li hija xi ftit jew wisq ta' preċedent ikrah li jkollok il-partit u l-Grupp par- lamentari li jit- mexxew minn persuni differenti. Naturalment il-leġittimità ta' Delia bħala Kap tintilef għalkollox u t- telfa tal-kari- ga Kostituzz- jonali tkun politikament umiljanti. Delia u l-futur tiegħu Din l-analiżi nkitbet qabel ma ħarġet l-istorja dwar 17 Black

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018