Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 F'QUDDIESA ta' ringrazzjament għal 50 sena minn meta twaqqfet il-Caritas, l-Arċisqof staqsa jekk illum hux qed inkejlu kollox bil-flus. Jekk kollox, kull oġġett u kull persuna għandhiex prezz. Huwa jfakkar meta Ġesù mar fit-Tempju f 'Ġerusalemm fejn bejjiegħa kienu qed jagħmlu n-negozju u staqsa jekk Ġesù jiġi llum, jagħmilx u jgħidx l-istess. "Ejja nistaqsu lilna nfusna jekk is-suċċess hux qed inkejluh billi npoġġu prezz fuq kull oġġett u kull persuna." Huwa rringrazzja lil Caritas Malta u sostna li min jgħaddi mill-esperjenza tal-Caritas jaf li qatt mhu sempliċiment numru bi prezz. "Il-valuri tal-Caritas għandna nemmnuhom u mmexxuhom 'il quddiem...f '50 sena b'sens ta' umiltà l-Caritas adattat ruħha ma' faqar ġdid; mas-solitudni, ma' dawk li qed jgħixu l-użura, mad- diffikultà ta' min huwa separat. Fil-Caritas isibu spalla u risposta," jgħid Scicluna. "M'għandna dritt nikkundannaw u niġġudikaw lil ħadd," sostna l-Arċisqof. Huwa għamel ringrazzjament partikolari lil Dun Victor Grech li kien il-Fundatur ta' Caritas Malta u qal li s-soċjetà Maltija hija midjuna miegħu. illum | Il-Ħadd 11 ta' November 2018 L-Arċisqof Scicluna jistaqsi hux qed inkejlu s-suċċess bil-flus biss Dun Victor Grech, il-Fundatur ta' Caritas Malta FREE Tallinja Wi-Fi issa hija disponibbli fuq il-karozzi tal-linja tar-rotot kollha wara li l-proġett pilota ta' Malta Public Transport b'kollaborazzjoni ma' Transport Malta li twettaq matul is-sajf kien ta' success. "Permezz tal- kollaborazzjoni tagħna ma' Transport Malta, Malta Public Transport qed toffri aktar valur u iktar kon-venjenza, mingħajr ħlas żejjed għall- klijenti," qal Daniel Grech, Direttur Kummerċjali ta' Malta Public Transport. "Bil- Free Tallinja Wi-Fi, il-karozzi tal-linja tagħna mhux biss iwasslu l-passiġġieri lejn id-destinazzjonijiet tagħhom, iżda wkoll iżommuhom konnessi online matul il-vjaġġ kollu tagħhom." Mit-tnedija tal-proġett pilota, in-numru ta' logins kompla jiżdied b'mod konsistenti b'żieda medja fixxahar ta' 57%. Biss biss f 'Lulju kien hemm iktar minn 50,000 utent uniku juża s-servizz, meta Tallinja Wi-Fi ġiet estiża biex tkopri 100 vettura tat-trasport pubbliku. Aktar minn 1.8 miljun logins ġew irreġistrati matul il-perjodu ta' prova, bir-rotot tal-ajruport X2 u X3 bl-akbar sehem ta' użu, segwiti minn rotot lejn San Ġiljan, Buġibba u ċ-Ċirkewwa. Aktar minn nofs il- bandwidth intużat mill- passiġġieri għall-midja soċjali, filwaqt li ftit iktar minn kwart tal-użu marru għall-web browsing. L-applikazzjoni ewlenija użata fuq il-vjaġġi bix-xarabank hija Facebook, li kienet użata 48% tal-ħin. Wi-Fi b'xejn, issa fuq tal- linja kollha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018