Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum La Salle Handball Club jaronta tim mill- Maċedonja ċ-'Challenge Cup' Ewropea WARA li fl-istaġun li għadda 2017 -2018, it- tim tan-nisa ta' La Salle Handball Club ħareġ rebbieħ fil-kampjonat, l-MHA Cup kif ukoll fin-Knock Out, wasal iż-żmien li jikkompeti kontra għadma aktar iebsa. La Salle Handball Club qed jiċċelebra l-20 sena mit-twaqqif tiegħu, li fihom intrebħu diversi unuri ta kull sena, kemm f 'dak li hu logħob tat-timijiet maskili u femminili. Dan il- klabb itella' numru ta' plejers min-nurseries li jaċċettaw tfal, kemm bniet u subien sa mill-eta' ta'għaxar snin, u jrawmu fihom imħabba għal dan l-isport. Fil-fatt, La Salle Handball Club huwa wieħed mill-akbar klabbs u jgħoddu 'il fuq minn 150 membru attiv. Fl- isfond taċ-ċokon ta' dan l-isport meta mqabbel ma'sport ieħor, dan il- klabb żgur jistinka mhux ftit biex dejjem jippersisti għal sponsors, membri ġodda u opportunitajiet sportivi ta' nteress li jpoġġihom fuq il-mappa reġjonali. L-isfida li jmiss hija waħda ta' ċertu portata. It-tim tan-nisa, mmexxi mill-kowċ Daniel Tabone kkwalifika biex jipparteċipa fiċ-ChallengeCup Ewropeja. Din se tkun l-ewwel darba li tim tan-nisa Malti ser jipparteċipa f 'din il- kompetizzjoni – waħda li fiha jikklassifikaw l-aqwa timijiet Ewropej. It-tim Maċedonjan jiltaqgħu ma' La Salle fil-11 ta' Novembru biex tintlagħab il-logħba home ġewwa l-padiljun tal-isports fl-Universita' ta' Malta. Għal dan l-avveniment kull min hu nteressat jista' jiġi jagħti s-sapport tiegħu, anki dawk li mhumiex parti mill-kommunita' żgħira tal-handball. Tajjeb li f 'dawn l-inkontri ma' timijiet barranin, ikun hemm attendenza sabiħa hekk kif La Salle Handball Club ikun qed jirrappreżenta lil pajjiżna. Fit-18 ta' Novembru mbagħad ikun imiss lil La Salle Handball Club jitilgħu l-Maċedonja għal-logħba barra minn darhom. Għal din l-opportunita' tajjeb li nsemmgħu l-impenn li wera l-kumitat ta' dan il-klabb taħt it-tmexxija tal-president Dr Robert Cachia. Il-ħidma sfieqa tagħhom qedgħda tagħti l-frott mistenni. L-għajnuna tal- Assoċjazzjoni Maltija tal- Handball u dik mingħand Sport Malta kienet ukoll kruċjali. Ma ninsewx l-isponsors tal-klabb li issa aktar minn qatt qabel għenu finanzjarjament biex din il-ħolma ssir realtà. Għalhekk nawguraw lil dan it-tim taħt il- gwida tal-captain Louise Micallef li fih taħlita ta' plejers kemm żgħażagħ ta' sbatax-il sena sa plejers veterani b'aktar minn 15-il sena esperjenza fil-logħba, biex jagħtu l-enerġija kollha tagħhom u jġibu r-riżultati li jixtiequ f 'din il-kompetizzjoni Ewropeja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018