Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 TV/Ċinema Films ġodda għal din il-ġimgħa Attent, Tarantino, direttur ieħor se jidħollok fin fin fl-għalqa!! Drew Goddard li kiteb ukoll l-istorja jidderieġi Bad Times At The El Royale b'mod vibranti, bi stil kurjuż forma ta' thriller misterjuż u anki b'xi mumenti b'fil sottili umoristiku. Azzjoni ta' karattru fil-prologu, li jseħħ għaxar snin qabel l-avventura li naraw, twassal biex seba' stranġieri, li ma jafux lil xulxin u b'aġenda oskura fuqhom, jaslu fil-Hotel El Royale, li jinsab fuq il-fruntiera bejn California u Nevada. Hemm ġew, f 'post kważi dizabitat, lok li laħaq il-prim tiegħu xi snin qabel, fil-ħamsinijiet, f 'lejl wieħed ta' xita kontinwa se tizvolgi saga ta' rgħiba u kaos fejn kollox se jmur fl-abbiss. Fi ftuħ eċċellenti, bil- pawsa kollha jiġu Fr. Daniel Flynn (Bridges), qassis li m'għandux il-bixra tal-istat tiegħu, il-kantanta tal-mużika soul, Darlene Sweet (Erivo), Laramie Seymour Sullivan (Hamm), bejjiegħ xi ftit imkabbar li jdur 'l hawn u 'l hinn, Emily Summerspring (Johnson), tfajla hippie u oħtha iżgħar, Rose (Spaeny), il-maniġer Miles Miller (Pullman), u wara xi ħin, l-enigmatiku Billy Lee (Hemsworth), li għandu l-abbilita' jsaħħar warajh żgħażagħ hippies. Lanqas jilħqu jissettiljaw li ma jindunawx li xi ħaġa stramba qed tħuf warajhom kemm ġewwa fid-dekor lussuż tas-snin ta' wara l-gwerra u kemm barra. Bad Times At The El Royale hu speċi ta' replika ta' The Hateful Eight , l-aħħar film ta' Quentin Tarantino. Maqsum f 'diversi episodji, b'seba' karattri kollha għandhom apertament għal xulxin, b'tul ta' sagħtejn u għoxrin minuta, bil- furja tiżbroffa fil-final, dan il-film kien jixraqlu t-titlu ta' The Greedy Seven . Ambjentat fl-1969, meta Richard Nixon laħaq il-President tal-Amerika, din il-produzzjoni turi transizzjoni bejn perjodu, li wasal biex jispiċċa, ta' lussu, kanzunetti rock'n'roll u juke boxes u l-bidu ta' renju ta' libertinaġġ mibdi mill-hippies, dawk diżgustati bil-gwerra tal-Vjetnam. B'partijiet tassew sodi, b'manjiera stilistika u smart, Bad Times At The El Royale tassew jipprovdi tip ta' divertiment mimli kanzunetti sbieħ li ma tiddejjaqx għal minuta waħda! Bad times at the el royale Atturi Ewlenin: Jeff Bridges; Cynthia Erivo; Dakota Johnson; Jon Ħamm, Lewis Pullman; Cailee Spaeny; Chris Hemsworth. Direttur: Drew Goddard. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 140 min. Ċert. 15. Skont il-leġġendi, fil-muntanji għoljin tal-Himalaya, fin-Nepal, tgħix kreatura misterjuża msejħa Yeti. Wieħed mill- films dwar dan huwa The Abominable Snowman (1957), tal-kumpanija Brittanika Hammer Films. Kif m'ilux rajna produzzjoni animata dwar it- Trolls, esseri ġganteski tal-mitoloġija Skandinava, il-produtturi ġiethom l-idea wkoll ta' film dwar il-Yeti, Smallfoot. Dan hu xogħol animat, avventura mużikali forma ta' kummiedja. Ġo villaġġ 'il fuq mis-sħab qalb il-muntanji fin-Nepal jgħixu dawn il-kreaturi mitiċi mimlija xagħar imħabbel u folt, b'saqajn kbar u b'xi għajta li tidwi mal-ambjent kollu. Migo (vuċi ta' Tatum), meta ma jobdix il-liġi tal-post ikun imkeċċi mill-kap. Waħdu fil-beraħ, imdawwar bis-silġ, jilmaħ ajruplan li jikkraxxja u kreatura żgħira tinżel bil-paraxut fil- qrib. Dan hu Percy (Corden), li jiffilmja dokumentarji dwar in-natura u li messitu xorti ħażina. Għall-Yeti, l-umani kienu meqjusa bħala esseri ċkejknin leġġendarji. Migo jsejjaħ lil Percy, Smallfoot, u wara li jagħmlu ħbieb it- tnejn li huma jibdew vjaġġ ta' skoperta. Smallfoot jiżviluppa b'mod imħarrek, b'diversi sekwenzi mużikali tassew spettakulari waqt li jesibixxi sens ta' ħbiberija, kuraġġ u l-ferħ u sodisfazzjoni ta' skoperti ġodda. It-tolleranza u qlubija li wieħed ifittex orizzonti ġodda huma temi oħra li jħaddan dan il-film b'mużika oriġinali. Smallfoot Carmel Bonnici Vuċijiet Ewlenin; Channing Tatum; James Corden; Zendaya; Common; Danny De Vito; Gina Rodriguez. Direttur: Karey Kilpatrick. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 96 min. Ċert. U Mingħand id-direttur Steve McQueen jasal it-thriller ezileranti, imħarrek u ntelliġenti Widows , ezekwit b'mod stilistiku, fil- vena spettakulari dwar produzzjonijiet dwar xi serqa elaborata mimlija azzjoni sfrenata tip ta' diretturi bħal Martin Scorsese u Michael Mann. Ispirat mis- serje televiżiva Widows tal-1983 ta' Lynda La Plante, dan ix-xogħol għandu suġġett ġenjali u fl-istess ħin sempliċi. Mill-belt ta' Londra tas-snin bikrin tat-tmeninijiet, McQueen biddel l-ambjent għall-belt ta' Chicago fil-preżent. Dan għamlu apposta biex ikun jista' jesibixxi suġġetti varji bħall-politika, reliġjon, il-kriminalità organizzata, id-dulur wara xi mewt u anki d-diviżjoni tar-razez u tal-klassi. F'serqa splussiva, erba' ħallelin armati sa snienhom jinqatlu f 'Chicago fi żmien ta' elezzjoni. Ir-romol tagħhom li wirtu d-dejn li ħallew żwieġhom, iridu jaraw kif se jkopru mal- ħajja f 'ambjent diffiċli ta' kriminalità. Meta Veronica Rawlins (Davis) issib fid-dar tagħha noti ta' żewġha, Harry (Neeson) bid-dettalji tas-serqa li jmiss, hi tikkuntattja lit-tliet nisa romol l-oħra biex ikomplu fejn ħallew żwieġhom. Qatt ma jirrealizzaw li din l-istrateġija se teħodhom f 'post tassew taħt sigurtà stretta ta' politiku razzista u korrott. L-affarijiet se jirriżultaw f 'ħerba u kaos sħiħ għal dawn ir-romol ta' razza u kulur differenti. Naħseb li l-Windy City, jew kif inhu magħruf Chicago, minn żmien twil ilu msemmi għall-kriminalità u gangs, qatt ma deher daqshekk attraenti daqs f 'din il-produzzjoni. B'kast imponenti u reċtar mill-aqwa, b'tema ta' xogħol divers mill-oħrajn ta' qabel ta' dan id- direttur, l-isem ta' Steve McQueen żgur li se jagħmel parti integrali mal-elite ta' Hollywood! Widows Atturi Ewlenin: Viola Davis; Michelle Rodriguez; Elizabeth Debicki; Cynthia Erivo; Colin Farrell; Robert Duvall; Liam Neeson. Direttur: Steve McQueen. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 129 min. Ċert. 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018