Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet "MA nafx kif ma tanix xi ħaġa meta rajthom jeħduli l-luzzu." Hekk qal bid- dmugħ f 'għajnejh Martin Caruana, il-President tal-Marsaxlokk Artisanal Fishers li ma fadallu l-ebda għażla ħlief li jieħu passi legali wara li Transport Malta ħadulu l-luzzu minn fuq skal f 'Marsaxlokk. Kollox beda fl-20 ta' Ottubru li għadda, meta Caruana tella' l-luzzu fuq wieħed mill- iskalin (rampa li tagħti għall- baħar minn fejn jittellgħu u jitniżżlu d-dgħajjes) biex ikun jista' jagħmel fuqu xi xogħlijiet ta' manutenzjoni. Il-luzzu ta' Caruana mhux wieħed żgħir, twil madwar 30 pied u kien għalhekk li kif jagħmel dejjem, tella' l-luzzu fuq dan l-iskal partikolari, li fuqu jittellgħu opri tal-baħar ta' ċertu daqs, bl-għajnuna tal-persuna inkarigata mid-Dipartiment tas- Sajd biex jopera l-winġ li hemm apposta. Għall-mistoqsijiet mibgħuta mill-gazzetta ILLUM, kelliema għal Transport Malta wieġbet li fis-16 ta' Ottubru li għadda infurmaw lid-Dipartiment tas- Sajd u lill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd li x-xogħlijiet fuq l-iskalin kienu se jibdew fit-22 ta' Ottubru u li l-kuntrattur kien se jibda mill-iskal li fuqu Caruana tella' l-luzzu. Madanakollu ma' din il- gazzetta, Martin Caruana spjega li ma kien hemm l-ebda avviż li juri li ftit jiem wara kellhom jibdew ix-xogħlijiet fuq dan l-iskal u insista li lanqas il- ħaddiem li jopera l-winġ ma kien infurmat, għax kieku ma kienx se jgħinu jtella' l-luzzu. Iżda ġara li mil-lejl għan-nhar, il-luzzu ta' Martin Caruana ddawwar bil-ħadid biex il- kuntrattur jibda x-xogħol. Ma setgħux bdew jaħdmu fuq skal ieħor? Caruana kkonferma li għalkemm il-Marsaxlokk Artisanal Fishers kienu kkonsultati dwar ir-restawr li hemm bżonn fuq dawn l-iskalin, ma kinux jafu meta se jibda x-xogħol. Insista li l-iskal inkwistjoni ftit li xejn kellu bżonn manutenzjoni, anke għax fl-aħħar xhur kienu diġà saru xi xogħlijiet fuqu. Fil-fatt din il-gazzetta rat email mibgħuta lil Martin Caruana, mill-Perit ta' Trasport Malta, datata 30 Ottubru, li fiha ġie spjegat li l-intervent fuq dan l-iskal kien se jkun wieħed minimu "u mhux se jsir resurfacing tal-wiċċ tiegħu." Ix-xogħlijiet kellhom isiru fuq l-ilqugħ tiegħu u kellhom jinbidlu l-parati tal-injam. Martin Caruana kompla jispjega li meta talbuh ineħħi l-luzzu minn fuq l-iskal hu kien diġà beda jaħdem fuqu u kien talab lil Transport Malta biex il-kuntrattur jibda jaħdem fuq l-iskalin l-oħra li jirrikjedu ħafna aktar xogħol. "Ma stajtx inneħħih. Spjegajtilhom li kont ilħaqt qaxxart il-luzzu. F'dak l-istat ma stajtx inniżlu l-baħar u ma kien hemm imkien fejn stajt nieħdu," qalilna Caruana. Fil-fatt, is- sajjied spjega dan kollu f 'email oħra li bagħat lill-perit. Allura ma setgħux jibdew minn xi skal ieħor? Fl-email, il-perit tispjega li "l-kuntrattur għandu bżonn jibda jaħdem fuq l-iskal li jirrikjedi intervent żgħir biex meta jasal jaħdem fuq l-iskalin fejn ix-xogħol huwa aktar kumpless, ikollu s-sistema ta' kif se jaħdem diġà stabbilita." Imma Caruana webbes rasu? Sadanittant, Caruana kien irċieva telefonata mill-Għassa tal-Pulizija ta' Birżebbuġa u anke mid-Dipartiment tas-Sajd biex ineħħi l-luzzu. "Jien bqajt nittama li se jirraġunaw. Għidtilhom li għenni ntellgħu persuna nkarigata mid-Dipartiment. Spjegajt li ma stajt nagħmel xejn bil-luzzu. Anke l-avukat tiegħi pprova jispjegalhom" kompla jgħidilna Caruana. Fil-fatt, mit-tweġiba ta' Transport Malta, jirriżulta li l-awtorità kienet infurmata li s-sajjied kien laħaq tella' l-luzzu fuq l-iskal u kellu xogħol ta' tliet ġimgħat fuqu. Madanakollu, il-kelliema saħqet li mill-Għaqda Kooperativa tas-Sajd kienu kkonfermaw li x-xogħlijiet jistgħu jibdew u li kienu se jkellmu lil Caruana huma. Madanakollu, Martin Caruana insista ma' din il-gazzetta li l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd qatt ma għamlet kuntatt miegħu u kienu biss il-Pulizija li fil-31 ta' Ottubru reġgħu ċemplulu u infurmawh li jekk mhux se jneħħi l-luzzu kienu se jiġbuh. "Dakinhar filgħaxija nżilna għand it-tifla bl-ikel. Il-mara qaltli li kien hemm krejn ħdejn il-luzzu," qal Caruana waqt li nfaqa' jibki. "Ġew jeħduli l-luzzu bil-lejl. Ma nafx kif ma tanix attakk tal-qalb dak il-ħin!" Anke jekk Transport Malta insistiet ma' din il-gazzetta li "l-luzzu tneħħa fil-preżenza tas-sid," Caruana insista li ħadd minn Transport Malta ma ċempillu u kien hemm b'kumbinazzjoni. X'se jsir mil-luzzu? Sa ftit tal-jiem ilu, Martin Caruana lanqas biss kien jaf fejn ittieħed dan il-luzzu u kienet din il-gazzetta li staqsiet lil Transport Malta x'sar minnu. Il-kelliema qalet li s-sid ġie offrut jakkumpanja l-luzzu sal- post tal-ħażna u insistiet li dan ittieħed fil-propjetà ta' Transport Malta fil-Marsa. Mistoqsija meta dan il-luzzu se jkun rilaxxat, il-kelliema qalet li hija proċedura tal-Awtorità li meta tittieħed opra tal- baħar taħt il-kustodja tagħha l-opra tinżamm f 'post sigur sakemm isiru l-investigazzjonijiet u l-proċeduri neċessarji. Intant, din il- gazzetta bagħtet ukoll għadd ta' mistoqsijiet dwar dan il-każ lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-sajjieda, Clint Camilleri u anke lid-Dipartiment tas-Sajd. Id- Dipartiment tas-Sajd insista li hu ma jidħolx fix-xogħlijiet li qed isiru, filwaqt li s-Segretarjat Parlamentari għadu ma weġibx. It-'tender' għall-manutenzjoni tal-iskalin għalaq f 'April li għadda u dan wara li fi Frar 2017 id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura kellu sensiela ta' laqgħat ma' dawk kollha kkonċernati dwar ix-xogħlijiet li jeħtieġu l-iskalin. Fil-fatt, fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed isiru xogħlijiet fuq 10 skalin mal-kosta Xlukkajra. Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum Martin Caruana jirrakkonta l-ugigħ ta' qalb li ħass meta ħadulu l-luzzu minn fuq skal minkejja li spjegalhom għalfejn ma setax ineħħih Sajjied se jieħu passi legali wara li ta' Transport Malta ħadulu l-luzzu ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio VACANCY Coffee Barista Job Description: Barista, Take care of the bar, Serve clients with a smile Wage: €9,000 - €11,000 per annum Requirements: Knowledge of English Language, Clean Police Conduct, Work with different varieties of coffee, Latte art To apply: Send a CV on clayton729@gmail.com Il-luzzu ta' Martin Caruana wara li ngħalaq bil-ħadid fuq l-iskal inkwistjoni Il-mument li fih ġie kkonfiskat il-luzzu L-għaxar skalin li se jkun qiegħed isir ix-xogħol fuqhom

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018