Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 Jeċċella l-waterpolo u jibda avventura ġdida l-kors tal-Liġi minn Cristian Antony Muscat TRISTAN Said - fost l-aqwa plejers żgħażagħ li qed jimmilita fil- waterpolo lokali fil- preżent u li fil-ġimgħat li għaddew, għadu kemm beda avventura ġdida permezz tal-kors tal-Liġi fl-Università ta' Malta. F'dan l-artiklu, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. "L-ewwel esperjenza tiegħi fl-isport kien ta' disa' snin meta ommi u missieri kienu ħaduni biex nara lit-tim li kien għal qalbhom minn mindu kienu tfal, San Ġiljan ASC. F'dan iż- żmien San Ġiljan ma kienx it-tim li hu llum u kien hemm logħbiet fejn bħala spettatur kien ikolli qalbi maqtugħa minn qabel ma tibda l-logħba. Minn dik l-ewwel logħba ksibt imħabba ġdida għall-logħba li ghamlitni l-persuna li jien illum. B'hekk t'età żgħira bdejt nipprattika l-għawm fejn tellaqt f 'kompetizzjonijiet u erbaħt xi medalji ukoll fil-kategoriji taż- żagħżagħ. Kien tul dan iż-żmien li x-xewqa tiegħi li nibdanipprattika l-waterpolo kompliet tissaħħaħ, hekk kif bdejt it-transizzjoni tiegħi minn għawwiem għal plejer tal- waterpolo. Peressli kelli ħafna familjari li kienu figuri prominenti fix¬-xena lokali tal-waterpolo, ma kelli l-ebda problemi meta fittixt inkoraġġiment mill- ġenituri u l-kumplament ta' familti. Tul is-snin iffurmajt parti mit-timijiet taż-żgħażagħ Ġiljaniżi li rebħu diversi kampjonati domestiċi fl-etajiet ta' taħt is-17 u l-20 sena kif ukoll iggwidajt lit-tim ta' taħt il¬-15-il sena għall-ewwel post bħala l-captain tat-tim. Kont smajt diversi stejjer kemm m'għand ċrieki familjari kif ukoll minn partitarji Ġiljaniżi fuq l-antenati tiegħi li ħallew impatt fuq l-isport f 'Malta fosthom il-bużbuż nannu tiegħi Pawlu Dowling li waqqaf l-ewwel tim ċiviljan f 'Malta ta' Valletta United fl-1903 kif ukoll nannuwi ta' l-istess isem li kien figura magħrufa kemm bħala plejer kif ukoll kowċ fix-xena lokali. Kien fl-2015, fejn affaċjajt l-ewwel ostaklu serju fil- karriera sportiva tiegħi, hekk kif ġejt ippreżentat b'sfida serja mal-miġja tal- eżamijiet tas-SEC. Dan kien żmien stressanti għalija hekk kif stinkajt biex nilħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet sportivi u edukattivi tiegħi. Din l-isfida għalija, bħal m'hi għal kull żagħżugħ u żagħżugħa involut fl-isport kien perjodu ta' tbażwir li ħalleni bla nifs. Però provajt mill-aħjar li stajt biex ma nħallix lill-istudju joħloq effett negattiv fuq il- karriera tiegħi fl-isport. Grazzi għall-għajnuna psikoloġika li sibt m'għand ommi u missieri li dejjem imbuttawni biex insib posti kemm fl-isport kif ukoll fis-settur edukattiv, għamilt progress kemm fl-iskola kif ukoll fil-waterpolo u għelibt l-isfida li ltqajt magħha hekk kif għaddejt b'marki xierqa mill- eżamijiet tas-SEC biex niġi aċċettat fl-iskola li xtaqt kif ukoll grazzi għall-kowċ Marko Orlovic, lgħabt fl¬- ewwel partita tiegħi mat- tim tal-kbar fil-kampjonat tas-sajf t'14-il sena. Kien proprjament f 'dan l-istaġun fejn il-progress tat-tim kien laħaq il-kulminu tiegħu u għalhekk permezz tal- ħidma ta' rappreżentanti tal-klabb kif ukoll dak tal- plejers aktar esperjenzati fl-iskwadra, San Ġiljan rebħu l-ewwel kampjonat tagħhom tas-sajf f '20 sena. Il-kunflitt bejn l-iskola u l-isport tiegħi ma waqafx hawn però u aktar ma kbirt, aktar ma żdiedu s-sessjonijiet ta' taħriġ, sas-sena l-oħra li kienet is-sena li affaċjajt l-akbar sfida tiegħi bħala student hekk kif ippreparajt ruħi għall-eżamijiet tal-livelli avvanzati u intermedji, spiċċajt nittrenja minn tal-inqas darbtejn kuljum mal-klabb tiegħi. Hekk kif waslu dawn l-eżamijiet, kont intagħżilt biex nirrapreżenta l-Malta fl-aktar ħin sensittiv fil-kwalifikazzjoni tal- kampjonati Internazzjonali Ewropej ta' taħt id-dsatax -il Sena fl-Ljubljana, biss ftit jiem qabel l-eżami li kien imiss. Fl-imkien ma xi studenti oħra, sibt ruħi magħluq fil-lukanda ġo Ljubjana, nirrevedi n-noti għall- eżami li kien imiss hekk kif konna qed nistennew il-logħba li jmiss. Kien hemm ukoll min kellu jpoġġi għall-eżamijiet ġo l-iSlovenja stess u b'hekk kellna bżonn inkun organizzati bil-ħin li fih iffokajna fuq studju u l-ħin li kien intuża għall- preperazzjoni tal-logħob li kienu jmissu. B'kollox mat- tim ta' San Ġiljan tal-kbar erbaħt żewġ kampjonati Sajfin, żewġ kampjonati tax-xitwa, żewġ Knockouts, l-ewwel edizzjoni tal- EnemedCup u żewġ tazzi tal-president. Minkejja li mingħajr l-ebda dubju ta' xejn, jien dejjem sibt ruħi f 'taqliba bejn l-iskola u l-isport, permezz ta' dan il-kunflitt u l-esperjenzi tiegħi kemm fil¬-waterpolo kif ukoll fl-iskola, żviluppajt ċertu kwalitajiet li se nżomm miegħi u nuża tul il- kumplament ta' ħajti, partikularment tgħallimt kif insib bilanċ bejn skola, sport u l-ħajja soċjali tieghi. Il-waterpolo wassalni biex niltaqgħu ma ċertu persuni li servew għenuni ħafna biex nasal fejn wasalt illum, fosthom il-president ta' San Ġiljan Dr. Daniel Aquilina li tagħni l-opportunita biex naħdem f 'kumpanija legali fis-sajf tal¬-2017 fejn stajt insegwi kemm xogħol l-avukati u n-nutara tul il- ġurnata tax-xogħol. Kienet din l-esperjenza li fl-aħħar mill-aħħar ikkonfermatli x-xewqa tiegħi biex nattendi l¬-kors tal-liġi fl-Universita ta' Malta. Kien ukoll l-imħabba tiegħi għall-waterpolo li ispirani biex das-sajf nifħol f 'kors fuq l-internet rigward il¬- ġurnaliżmu sportiv, kors li issa wasal biex jintemm. Tul il-karriera tiegħi irnexxieli nżomm posti f 'diversi timijiet nazzjonali żagħżagħ ta' etajiet differenti minkejja l-barriera dejjem preżenti tal-iskola u kkompetejt f 'diversi kompetizzjonijiet prestiġjużi bħall- kampjonati Ewropej ta' taħt is-sbatax -il sena. Kien importanti li dejjem inħares il-quddiem u nispera li nkun nista nkompli għaddej u niprgressa kemm fl-isport kif ukoll fl-iskola hekk kif dis-sena nlesti ruħi għall- ewwel sena fil-kors tal-liġi l-Universita." waslu dawn l-eżamijiet, kif insib bilanċ bejn skola, ġdida l-kors tal-Liġi minn Cristian Antony Muscat prominenti fix¬-xena biex ma nħallix lill-istudju biex ma nħallix lill-istudju Tristan Said bit-Tazza tar-rebħ tan-Knock-Out imkien mal-ġenturi tiegħu, Ivan u Millicent Ritratt - Wally Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018