Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

D ak li ftaħna lbieraħ il-Prim Ministru u jien fil-Berġa tal- Italja fil-Belt hu iktar minn mużew nazzjonali. Huwa l-ewwel Mużew Nazzjonali tax-xorta tiegħu li jitfa' l-komunità fiċ-ċentru tal- messaġġ tiegħu. Dan il-proġett, li sar b'investiment ta' €10 miljun minn fondi Ewropej sar għaliex għandna tim b'saħħtu ħafna fi ħdan Heritage Malta u l-Ministeru tal-Kultura li ghelbu l-isfidi kollha u taw lil pajjiż dan ir-rigal stupend. Sar għaliex fi tmexxija ta' Fondazzjoni Valletta 2018 għandna nies li raw is-siwi ta' legat għall-ġenerazzjonijiet futuri. Sar għaliex l-entitajiet l-oħra, mis-Sovraintendenza għall-Patrimonju Kultura sal- Cleansing and Maintenance Directorate, ħadmu ponn wieħed biex nirnexxu. Sar għaliex l-entitajiet l-oħra li jaqgħu barra mill-Ministeru tagħna, partikolarment dawk relatati ma' fondi Ewropej taw il-massimu tagħhom biex jgħinuna. Jien kburi b'dawn in-nies kollha li wettqu dak li għall-bidu deher impossibbli u għamlu dan il-ġojjell li se jitgawda minn kulħadd. Dan il-proġett ma kienx jirnexxi kieku l-Gvern ma kellux tim ta' nies iddedikati li x-xogħol jagħmluh b'passjoni kbira. Dan il-proġett issa jingħaqad ma' kullana ta' proġetti oħra li diġà wettaqna u oħrajn li se nwettqu fis-snin li ġejjin biex pajjiżna jimla d-deficit ta' infrastruttura kulturali li kellu għal ħafna u ħafna snin. Illum fil-Belt Valletta għandna trijangolu kulturali li jgħaqqad flimkien il-Fondazzjoni Kreattività (li wara li rat it-twelid tagħha frott il-proġett tal-eks Ministru Jesmond Mugliett, illum evolviet f 'ċentru b'saħħtu ħafna li qed jagħmel ħafna ġid), il-Mużew Nazzjonali tal-Arti u Pjazza Teatru Rjal. Infakkar li aħna writna Pjazza Teatru Rjal litteralment mingħajr support amministrattiv u llum sar post li - bit–tajjeb u l-ħażin kollu li teatru miftuħ iġib miegħu – jattira impenn kulturali b'saħħtu. Naturalment il-mili tad- defeċit kulturali li kellna f 'pajjiżna mhuwiex marbut biss ma' bini u infrastruttura iżda wkoll strutturi li għal snin twal pajjiżna kien imxennaq għalihom: insemmi l-kumpanija nazzjonali taż-Żfin (Żfin Malta), kumpanija nazzjonali tat-teatru (Teatru Malta) u issa Kor Nazzjonali (Kor Malta). Kabbarna l-Kunsill Malti għall- Arti tant li issa l-fergħa tagħha responsabbli mill-Festivals – Festivals Malta – hi entità b'saħħitha fiha nnfisha u qed ittella' Festivals ta' kwalità. U fuq kollox Valletta 2018 li kien u għadu vjaġġ stupend li se jħalli l-legat ta' Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta li se tkompli x-xogħol stupend li sar matul is-sena 2018. Verament is-settur artistiku laħaq livelli stroardinarji li konna ilna ma naraw bħalhom. Tkabbir ekonomiku Kemm hu sabiħ tara lil pajjiżek fl-ewwel post fil-lista ta' pajjiżi madwar l-Unjoni Ewropea kollha fejn jidħol it-tkabbir ekonomiku. Sa ftit ilu konna mdorrijin naraw lil pajjiżna fl-aħħar postijiet fil-klassifiki u llum qegħdin fl-ewwel post. Dan hu frott l-għaqal ta' min jaf jibni suċċess ekonomiku wieħed wara l-ieħor – indubjament mertu b'saħħtu ħafna ta' Joseph Muscat u l-viżjoni tajba ħafna tiegħu ta' kif imexxi l-ekonomija 'l quddiem u jkabbar ix-xogħol. Naomi Klein Fl-aħħar sigħat tkellmet f 'pajjiżna l-attivista Kanadiża Naemi Klein u qrajt b'attenzjoni dak li kellha xi tgħid fl-attività li saret il-Ġimgħa. Mhux se nidħol fil-mertu tal-kummenti li għaddiet dwari nhar il-Ġimgħa għax wara kollox aħna li qegħdin fl-arena pubblika miftuħin għall- kritika u l-kummenti. Iktar interessanti però kumment li kienet irrappurtata li qalet nhar il-Ġimgħa fejn fil-fehma tiegħi ġabret fi ftit kliem ħafna mill- kritika inġusta għall-aħħar li l-barranin jgħaddu lejn Malta. Is-Sinjura Klein ġiet irrapportata li qalet hekk: "Malta's low corporate tax rate regime, its sale-of-citizenship scheme and its iGaming sector has created opportunities for 'some pretty shady characters'". Essenzjalment ikkritikat ir-rata vantaġġjuża ta' taxxa għall-kumpaniji, il-programm ta' ċittadinanza b'investiment u l-iGaming u tefgħethom fl-istess keffa ma' aġir ħażin. Minn dawn it-tliet affarijiet, tnejn minnhom twieldu taħt Gvern Nazzjonalista u dan il-Gvern kompla jibni fuqhom għaliex jeżisti kunsens dwarhom. It-tielet ħaġa nbdiet minn Gvern Laburista (jien kont l-implimentatur ewlieni ta' dan il-programm) u għad ma hemmx kunsens sħiħ dwaru bejn iż-żewġ naħat, huwa fatt magħruf li ħafna nies qrib tal-Partit Nazzjonalista jipparteċipaw attivament fih bħala aġenti. U hawn hu l-ħażin meta Maltin bħali u bħalek jingħaqdu ma' barranin li jikkritikaw lil Malta għaliex jagħtu kredibbilità lil din il-kritika inġusta lejn Malta u li hi immirata b'mod sħiħ u uniku biex twaqqaf li dak ix-xogħol jiġi lejn Malta taħt l-iskuża li xi skema jew oħra hi ħażina jew mhux serja. Hi inġusta din il-kritika għaliex ir-regolaturi f 'dawn is-setturi huma serji, b'saħħithom u tajbin ħafna. Siegħa r-regolaturi that Gvern Nazzjonalista u r-regolaturi that Gvern Laburista kienu u għadhom tajbin u integri. Insaqsi jien – jekk Malta għandha rata ta' taxxa vantaġġjuża, x'inhu jżomm pajjiżi oħrajn li jagħmlu l-istess bħalna u joffru rati ta' taxxi vantaġġjużi? Inkompli nsaqsi – jista' jkun li l-barranin iħarsu lejn l-iGaming structures tagħna u jarawhom ħżiena għaliex Malta saret suċċess f 'dan il-kamp? Fil-fehma tiegħi dak li qalet is-Sinjura Klein huwa tfakkira ta' kemm il-klassi politika għandha żżomm l-interessi ta' Malta l-ewwel u qabel kollox kullimkien. illum | Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 16 Opinjoni OWEN BONNICI MUŻA Hawn hu l-ħażin; meta Maltin bħali u bħalek jingħaqdu ma' barranin li jikkritikaw lil Malta għaliex jagħtu kredibbilità lil din il-kritika inġusta lejn Malta Sa ftit ilu konna mdorrijin naraw lil pajjiżna fl-aħħar postijiet fil-klassifiki u llum qegħdin fl-ewwel post. Dan hu frott l-għaqal ta' min jaf jibni suċċess ekonomiku wieħed wara l-ieħor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018