Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum Donald Trump kien pront jiddiskrivi r-riżultat tal-'Midterms' bħala suċċess u d-Demokratiċi qalu li dan huwa l-ewwel musmar fi t-tebut ta' Donald Trump; imma lil hinn mill-opinjoni partiġġjana xi jfi sser verament ir-riżultat tal-elezzjonijiet Amerikani ta' din il-ġimgħa? L-ILLUM tanalizza… Daqqa ta' ħarta għal Trump jew suċċess għalih? Minn Liam Car ter DIN il-ġimgħa l-votant Amerikan reġa' ħareġ sabiex jivvota fl- elezzjonijiet tal-'Midterms', li jsiru kull sentejn bl-għan li jiġu eletti l-Membri tal-Kamra u l-Membri tas-Senat. F'din l-elezzjoni, wara tmien snin, il-Partit Demokratiku Amerikan rebaħ lura l-Kamra tar- Rappreżentanti u min- naħa l-oħra r-Repubblikani komplew isaħħu l-maġġoranza tagħhom fis- Senat. Ftit wara li tħabbar ir- riżultat, Trump b'mossa li saret sinonima mal- Presidenza tiegħu, reħielha għal fuq is-sit ta' Twitter biex jagħmilha ċara li dan ir-riżultat kien wieħed ta' suċċess. Min-naħa tagħhom d-Demokratiċi kienu f 'ewforja hekk kif għal ħafna r-rebħa tal-Kamra kienet l-ewwel pass għall- 'Oval Office' fl-2020. Però fil-verità dan ir-riżultat xi jfisser? Veru rebħa għall- Trump? Dawn il-kisbiet u t-telfiet x'konsegwenzi jista' jkollhom? U X'inhuma l-prospetti ta' Trump għal 2020, tajbin jew ħżiena? L-ILLUM tanalizza. Għalkemm il-45 President tal-Amerika mill-ewwel sejjaħlu suċċess kbir huwa evidenti li f 'dawn l-elezzjonijiet, id-Demokratiċi rpiljaw mir-riżultat diżastruż tal- elezzjonijiet presidenzjali 2016. Lil hinn mill-fatt li rnexxielhom jiksbu l-maġġoranza tal-Kamra li għandha l-poter li tfassal liġijiet ġodda, d-Demokratiċi rnexxielhom jirreġistraw rebħ fi stati li fl-2016, tkaxkru mal-mewġa Trump, eżempju ċar ikun dak tal-istat ta' Wisconsin. Apparti minn hekk, għall-ħafna Demokratiċi bil-ħolma li jaraw lill- Trump barra mill-White House u lura fuq 'The Apprentice,' din l-elezzjoni kienet xaqq ta' dawl hekk kif issa jistgħu jibdew il- proċeduri ta' 'impeachment' kontrih. Apparti minn hekk hemm il-possibbiltà li jistgħu jibdew proċeduri simili kontra membri tal- ġudikatura fosthom il- membru ġdid tas-Supreme Court, Brett Kavanaugh, li kellu kandidatura kontroversjali. Minkejja dan kollu, ta' min jgħid li biex jibdew dawn il-proċeduri xorta waħda jeħtieġ li żewġ terzi tas-Senat jivvota favur li se tkun daqxejn diffiċli hekk kif ir-Repubblikani reġgħu saħħew il-pożizzjoni tagħhom hawnhekk. Fuq nota differenti, it- telfa tal-kamra f 'ambitu ekonomiku pożittiv ħafna, inkluż rata baxxa immens ta' qgħad taf tkun inkwetanti għal Trump u r-Repubblikani, li jibbażaw porzjon konsiderevoli mill- istrateġija politika tagħhom fuq dan is- suċċess ekonomiku. Min-naħa l-oħra, ir-riżultat mhux kollu ward u żahar għad- Demokratiċi. Qabel din l-elezzjoni, dawk fuq ix-xellug bdew ibassru mewġa blu (blue wave), li kienet ġejja b'kurrent kbir biex tkaxkar u tingassa mill- istorja 'l-iżball' li kien sar fl-2016, meta l-votant Amerikan għażel lil Trump flok Clinton. Minkejja dawn l-aspettativa, j i d h e r biċ-ċar li din l-elezzjoni swiet ta' konferma tal-popolarità tal- President Amerikan madwar is-soċjetà Amerikana. Fuq tema differenti, ta' min isemmi wkoll, (mingħajr ovvjament ma wieħed ineħħi l-ebda kredttu mill-poter leġislattiv u amministrattiv tal-Kamra) il-qawwa kbira tas-Senat li żgur mhux forsi se tkun ta' arma utli għal-Trump u sħabu. Dan partikolarment fil-ħatra tal-ġudikatura hekk kif fil-passat Trump sikwit kellu diffikultà meta jiġi biex jagħmel ħatriet. L-aħħar każ ikun dak ta' Brett Kevanaugh li kontrih kien hemm allegazzjonijiet li stupra lil Christine Blasie Ford. B'hekk issa l-45 President tal-Istati Uniti se jkollu aktar ċans li jaħtar ġudikaturi li jirriflettu l-linja tal-ħsieb tiegħu. Riflessjoni oħra wara din l-elezzjoni hi li ħafna membri tal-Kamra mill- Partit Repubblikan, li għalkemm iħobbu l-partit ma setgħu qatt jaċċettaw il-Trump, f 'din l-elezzjoni baqgħu lampa stampa u ma ġewx eletti. Għalhekk, wieħed forsi jista' jgħid li dan se jkun ta' gwadann għall-għaqda fl-Partit Repubblikan. Fl-aħħar nett, għalkemm id-Demokratiċi rnexxielhom jisirqu lura dawk l-istati li Trump rebaħ fl-2016, ta' minn isemmi li jekk wieħed iħares lejn l-istorja elettorali Amerikana, dawn l-elezzjonijiet ftit li xejn kienu tbassir fattwali tal- elezzjoni prospettiva, f 'dan il-każ tal-2020. Pereżempju fl-1982, l-eks President Ronald Raegan, tilef 26 siġġu fil-Kamra, però żamm kontroll tajjeb tas-senat. Sentejn wara Reagan rebaħ l-elezzjoni kontra Walter Mondale. L-istess nistgħu ngħidu għat-tieni elezzjoni ta' Clinton u Obama meta t-tnejn li huma tilfu l-kamra però xorta waħda rebħu l-elezzjoni ta' wara u reġgħu ġew eletti.