Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 GĦADU mhux magħruf jekk il-Bank Pilatus hux se jkun qiegħed jappella d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li nhar it-Tnejn li għadda ħabbar li kien qiegħed jirrevoka l-liċenzja mogħtija lill-bank biex ikun jista' jopera f 'Malta. Fil-fatt, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) kkonfermat mal-gazzetta ILLUM li kwalunkwe bank li l-BĊE jkun ħadlu l-liċenzja, jista' jappella d-deċiżjoni. Fil-fatt, kif spjegat aktar 'il quddiem, hekk kienu għamlu s-sidien tal-bank online Nemea, meta l-Bank Ċentrali Ewropew kien ħadlu l-liċenzja. Mhux hekk biss, l-MFSA kompliet tispjega lill- gazzetta ILLUM li skont il-paragrafu 11 tal-artiklu 24 tar-Regolamenti tal-Kunsill (UE), tal-15 ta' Ottubru 2013, "istituzzjoni ta' kreditu tista' wkoll teżerċita d-dritt li tressaq proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal- Unjoni Ewropea." Għall-mistoqsija tal- ILLUM dwar min għandu d-dritt li jappella mid- deċiżjoni, jekk hux id- diretturi, jew inkella s-sidien, l-MFSA kkwotat il-ħames paragrafu tal- artiklu 24 tal-istess regolament li jistabbilixxi li "kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika…tista' titlob rieżami (tappella) ta' deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew." Fil-fatt, skont il-paragrafu li jsegwi, id-diretturi u s-sidien tal-Bank Pilatus għandhom xahar ċans biex jappellaw id-deċiżjoni, liema talba trid issir bil-miktub u għandha tinkludi stqarrija tar-raġunijiet. Iżda x'se jagħmel il-Bank Pilatus? Se jappella? L-ILLUM għamlet kuntatt mal-Avukat Jonathan Thompson li qiegħed jirrappreżenta lid-diretturi tal-bank f 'każ li fetħu l-Qorti (ara aktar 'il quddiem) u staqsietu jekk hux se jappellaw mid- deċiżjoni tal-BĊE. Huwa wieġeb biss li għalissa "għadu mhux infurmat." Il-gazzetta ppruvat tagħmel ukoll kuntatt mal- Bank Pilatus biex tistaqsi lil xi ħadd mid-diretturi tiegħu jekk iddiskutewx il-possibbilità li jappellaw mid-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewoprew, iżda l-linja tat-telefon tal-Bank hija maqtugħa. Apparti minn hekk, is-sit li sa ftit ġimgħat ilu kien jinkludi d-deċiżjonijiet li ħadet l-MFSA fil-konfront tal-bank, wara l-arrest fl- Istati Uniti tas-sid Ali Sadr Hasheminejad, ma għadux jaħdem. Kien għalhekk li l-ILLUM marret fil-binja ta' Whitehall f 'Ta' Xbiex, fejn sa ftit xhur ilu kien hemm l-uffiċini tal-bank. Kemm l-uffiċjal tas-sigurtà għassa mal-binja u anke r-'receptionists,' qalulna li lejn l-uffiċini ma għadu jersaq ħadd u li jkunu mgħassa mill-Pulizija. Din il-gazzetta bagħtet ukoll tistaqsi lis-Segretarju tal-Kumpanija, Luis Felipe Rivera, jekk il-bank hux se jappella mid-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew. Sakemm morna għall- pubblikazzjoni, ma rċevejna l-ebda tweġiba. Għalfejn ittieħdet il- liċenzja tal-Bank? Ftit sigħat wara l-arrest ta' Hasheminejad f 'Marzu li għadda, l-MFSA kienet issospendietu minn kull pożizzjoni li għandu fil-bank u ordnat li ma jitħalliex jagħmel tranżazzjonijiet bankarji, la hu u lanqas xi ħadd li direttament jew indirettament għandu konnessjoni miegħu. L-MFSA kienet ħatret ukoll lil Lawrence Connell, eks regolatur finanzjarju fl-Istati Uniti, biex jamministra l-assi u t-tmexxija tal-bank u aktar tard kienet hi li talbet lill- Bank Ċentrali Ewropew biex jirrevoka l-liċenzja. Minkejja kollox, anke jekk b'idejh marbuta, Hasheminejad għadu s-sid tal-bank u anke d-diretturi, għalkemm ma jistgħux jaġixxu bħala diretturi, jiġifieri ma jistgħux imexxu l-bank, għadhom iħarsu l-interess tal-kumpanija. Fil-fatt, skont l-informazzjoni fuq is-sit tal- MFSA, waħda mis-sidien ta' Pilatus Bank PLC hija Pilatus Holding LTD li s-sidien tagħha huma Alpene Limited u Hasheminejad innifsu. Erba' persuni jibqgħu mniżżla wkoll bħala d-diretturi tal-Pilatus Bank PLC. X'ċans hemm li l-Bank Pilatus jappella? Sors infurmat sewwa fis- settur bankarju qal mal- gazzetta ILLUM li għalkemm id-deċiżjoni tibqa' dejjem f 'idejn id-diretturi jew is-sidien, hemm ċans kbir li l-Bank jappella din id- deċiżjoni. Spjega kif anke jekk Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Pilatus għandu xahar ċans biex jipprova jsalva l-liċenzja Pilatus jista' jappella biex isalva l-liċenzja? X'qal l-avukat tal- bank? Hasheminejad jista' jappella bħalma għamlu s-sidien tal- Bank Nemea? Imma x'ċans hemm? L-ILLUM tistaqsi u tanalizza Hasheminejad, is-sid tal-Bank Pilatus, kien arrestat f 'Marzu ta' din is-sena, akkużat li pprova jevadi sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-Iran. L-akkuża ddur ma' żewġ kumpaniji li Hasheminejad ħoloq biex allegatament jgħattu l-fatt li parti mill-flus li kienu deħlin fihom kienu qed imorru għand kumpaniji jew persuni Iranjani, kontra l-liġi tal-Istati Uniti. Skont prosekuturi Amerikani, il-kumpanija tal-enerġija fil- Veneżwela PDVSA daħlet f 'kuntratt ta' $476 miljun mal-Iranian International Housing Corporation, kumpanija inkorporata fl- Iran minn kumpanija tal-kostruzzjoni Iranjana li hija proprjetà tal-familja ta' Sadr. Fl-2010, Hasheminejad u missieru użaw passaporti ta' St Kitts u Nevis u indirizz f 'Dubaj biex jinkorporaw żewġ kumpaniji, Stratus International Contracting fit-Turkija u Clarity Trade and Finance fl-Iżvizzera. Bejn April tal-2011 u Novembru tal-2013, saru madwar 15-il pagament, li jammontaw għal $115-il miljun mill-kumpanija PDVSA lil dawn iż-żewġ kumpaniji ta' Hasheminejad u missieru. Il-pagamenti saru f 'kontijiet li Stratus u Clarity Trade and Finance għandhom f 'diversi banek. Ħafna mill-fondi li waslu f 'dawn il-kontijiet ġew trasferiti f 'kumpanija fil-British Virgin Islands inkorporata minn Hasheminejad u oħrajn. Skont il-prosekuturi, il-benefiċjarji ta' dawn il-kumpaniji kienu individwi u entitajiet Iranjani. Hasheminejad qed ikun akkużat b'konfoffa biex ikun frodat l-Istati Uniti, b'konfoffa biex jikser is-sanzjonijiet imposti fuq l-Iran mill-Istati Uniti, bi frodi tal-bank, b'konfoffa biex isir frodi tal-bank, b'ħasil tal-flus u b'konfoffa biex isir ħasil ta' flus. B'kollox, il-piena massima li jista' jeħel hija dik ta' 125 sena ħabs. X'għamel Hasheminejad biex tilef il-liċenzja? Il-Binja Whitehall minn fejn kien jopera l-Bank Pilatus

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018