Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

"U issa mhux hawn qegħdin," frażi komuni sew m'aħna l-Maltin kull darba li nersqu 'l barra minn xtutna, hekk kif donnha qiegħda fid-DNA kollettiva tagħna li ġaladarba nerħulha għall-ġita, niftħu jdejna u ma noqogħdu lura minn xejn. Però t-turisti li jiġu Malta kemm jonfqu? Liema hu t-turist li jonfoq l-iktar f 'Malta? U kkumparat mas-snin ta' qabel żdiedet jew naqqset in-nefqa tat- turisti f 'Malta? Ċifri ġodda ppubblikati din il-ġimgħa stess mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO) juru li fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2018, l-aktar turist li ħalla flus f 'Malta kien dak Awstraljan. Ras għal ras it- turist Awstraljan nefaq f 'Malta €1,592, żieda totali ta' €66 meta kkumparat mal-istess perjodu fis-sena preċedenti. Wara l-Awstraljan, l-aktar turist li nefaq f 'Malta kien dak Amerikan hekk kif ras għal ras, dan nefaq f 'pajjiżna, €1,189. Viċin tiegħu, kien hemm it-turist Svizzeru b'nefqa medja ta' €1,054 biex b'hekk spiċċa kklassifikat bħala t-tielet l-aktar turist li nefaq flus f 'Malta. Kuntrarjament, b'medja totali ta' €592, it-turist Ungeriż kien dak li nefaq lanqas f 'Malta. Din il-figura kienet €25 anqas meta mqabbla mal-istess figura għall-istess perjodu fis-sena ta' qabel. Warajh, insibu t-turist Taljan li waqt il-vaganza tiegħu f 'Malta nefaq medja ta' €25 iżjed minn dak Ungeriż. Dan hekk kif it- turisti Taljani li ġew Malta nefqu medja ta' €616. Apparti minn dan, it-turist Pollakk irreġistra medja ta' nefqa viċin ħafna tat-turist Taljan hekk kif ras għal ras dan nefaq, €641. Notevolment, l-istatistika nnutat kif b'kollox it-turisti li ġew Malta ħallew f 'Malta €1.7 biljun, b'żieda totali ta' 9.3% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. illum | Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 It-turist Awstraljan l-iktar li jonfoq u l-Unġeriż l-iktar li joqgħod lura Aħbarijiet 8 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Aħna naduraw l-futbol tagħhom u huma l-gżira tagħna Skont dawn l-istess ċifri, jidher biċ-ċar li l-aktar żewġ pajjiżi popolari sew mal-Maltin minħabba l-logħba tal-futbol, jiġifieri r-Renju Unit u l-Italja, huma l-aktar żewġ pajjiżi li minnhom ġew turisti f 'pajjiżna fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2018. L-istatistika turi li, minn Jannar sa Settembru li għadda, ġew 499,523 turist mir-Renju Unit u 315,054 turist mill-Italja wasslu Malta fuq ġita. Meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra, il-figuri għaż-żewġ pajjiżi kienu ta' 428,611 u 293,384 rispettivament. B'hekk hu ċ-ċar li l-popolarità ta' pajjiżna ma' dawn iż-żewġ pajjiżi kompliet tiżdied sew din is-sena. Apparti minn hekk, l-istatistika pożittiva immens, tinnota kif f 'Settembru li għadda ġew mat-279,010 turist f 'Malta. B'hekk Malta rreġistrat żieda ta' 15.6% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel. Darba ma kienx biżżejjed... F'din il-ġabra ta' statistika huwa interessanti li jiġi nnotat ukoll iż-żieda tat- turisti li kienu diġà żaru pajjiżna, però li għal xi raġuni jew oħra għażlu li jerġgħu jiġu hawn. B'kollox f 'Settembru kienu 71,237 turist ta' dan it-tip li żaru pajjiżna, żieda ta' 13.9% meta mqabbel mas-sena 2017. Minn dawn is-71,237 turist, 53,950 ġew darba biss fis-sena filwaqt li 17,287 jiġu aktar minn darba Malta. Apparti minn dan, Malta rreġistrat ukoll żieda fit-turisti li għażlu li jiġu fuq gżiritna għall- ewwel darba. B'kollox kienu, 200,202 turist ta' dan it-tip li għażlu lil Malta bħala destinazzjoni tagħhom, żieda ta' 15.5% meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Kważi 6,000,000 passiġġier jgħaddi mill-Ajruport ta' Malta Intant din il-ġimgħa wkoll, ġew ippubblikati riżultati pożittivi wkoll għall-Ajurport Internazzjonali ta' Malta. Skont stqarrija mill-MIA, mill-bidu tas-sena s'issa, it- traffiku tal-ajurport laħaq il-5,939,436 passiġġier. Din iċ-ċifra tindika li, sal- aħħar tal-2018, l-ajruport ser jirnexxilu jilħaq is-6.8 miljun moviment tal- passiġġieri mbassrin aktar kmieni din is-sena. Is-sajf li għadda, li kien l-aktar wieħed impenjattiv għat-tim tal-Ajruport ta' Malta sa issa, kien kontributur importanti għal dan it-traffiku għas-sena sa issa. Apparti minn hekk, l-aqwa swieq tul ix-xhur tas-sajf jidhru li kienu r-Renju Unit (+14.9%), l-Italja (+15.1%), il- Ġermanja (2.3%), Franza (+12.5%), u Spanja (+44.5%). It-titjib notevoli fis-suq Spanjol jista' jiġi attribwit għat-tnedija ta' tliet rotot ġodda fis-sajf; Malaga, Sevilla u Bilbao, bl-ewwel tnejn jiġu estiżi fix-xhur tax-xitwa. ISSEGRETARJU Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal- Annimali Clint Camilleri żar it-Triq tal-Ħorob fix-Xewkija, Għawdex – waħda mit-toroq rurali ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti, u li jaqgħu taħt il- Programm għall-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020. Din it-triq issa tinsab lesta u sabiex tiġi rranġata, il- Kunsill Lokali tax-Xewkija bbenifika minn kważi €170,000. F'Għawdex bosta toroq rurali qegħdin jiġu mtejba għall-benefiċċju tas-settur agrikolu u l-komunitajiet rurali bħala parti miż-żewġ miżuri li tħabbru ftit tax-xhur ilu—waħda biex jinbnew it- toroq rurali (Miżura 4.3) u l-oħra biex jiġu rranġati il-ħitan tas-sejjieħ (Miżura 4.4). Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li f 'Għawdex qegħdin igawdu bosta kunsilli lokali permezz ta' dawn il-miżuri li jammontaw għal €6.6 miljun. Dan ifisser ukoll li indirettament, 1,443 bidwi qegħdin jibbenifikaw minn dan it-titjib fl-aċċess ta' toroq rurali madwar il-gżejjer tagħna biex b'hekk ikunu jistgħu jtejbu l-attivitajiet tagħhom kif ukoll iżidu l-effiċjenza. Clint Camilleri stqarr li, "l-mira tagħna tkompli tkun dik li nintervjenu b'mod li jtejjeb il-kundizzjonijiet, l-infrastruttura, u l-opportunitajiet li għandhom il-bdiewa li jwettqu l-attività tagħhom b'mod li jilħaq l-aspirazzjonijiet u x-xewqat tagħhom, kif ukoll il-miri tal-politika agrikola komuni. Dan allura jfisser li fost affarijiet oħra rridu ngħinu lill-bidwi jkollu aċċess aħjar għar-raba', u li jtejjeb il-kontribut tal-għelieqi tiegħu għaż- żamma tal-ħamrija u l-bijodiversità." Min-naħa tiegħu, is-Sindku tax- Xewkija Paul Azzopardi rringrazzja lis- Segretarju Parlamentari Clint Camilleri tal-għajnuna kontinwa tiegħu biex ikunu jistgħu jiġu vvutati dawn il-fondi u jinġiebu dawn il-fondi għall-irħula tagħna. Is-sindku qal li l-Kunsill Lokali tax-Xewkija applika wkoll għall-fondi sabiex jiġu rranġati l-ħitan tas-sejjieħ. Fil-fatt l-għan prinċipali ta' miżura 4.4, huwa li tipprovdi għajnuna għal investimenti li jinkludu r-restawr tal- ħabitati u l-pajsaġġi, il-konservazzjoni tal-ħamrija u l-immaniġġjar tal-ilma. Hawnhekk, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li permezz ta' din il-miżura qiegħda tkun indirizzata d-domanda qawwija mill-bdiewa Maltin u Għawdxin sabiex jingħataw għajnuna finanzjarja biex jibnu jew jirrestawraw ħitan tas-sejjieħ. Huwa stqarr li permezz tal-interventi li qegħdin isiru taħt din il-miżura li tammonta għal €914,000, se jkun qed jibbenifika s-settur agrikolu lokali kollu, kif ukoll il-pubbliku ġenerali. Titlesta t-Triq tal-Ħorob fix-Xewkija bil-kunsill jibbenifika minn kważi €170,000

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018