Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat STEPHANIE Tanti Desjardins - plejer mill- aqwa kemm tal-Handball kif ukoll tal-Waterpolo, fejn tispikka ferm kemm ma' La Salle HC kif ukoll ma' San Ġiljan ASC rispettivament. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Iddeskrivi l-aħħar staġun ma' La Salle Handball Club. L-aħħar staġun kien wieħed emozzjonanti ferm għalija għaliex wara li għamilt sentejn mal-klabb tal-Kavallieri, erġajt irritornajt mal-klabb li għallimni l-handball. Kien staġun ta' battalji mal- avversarji sabiex nilħqu l-kulminu tar-rebħ tal- Kampjonat. Din ma saritx faċilment imma permezz tal-ħidma mill-kowċ Daniel Tabone u l-assistent kowċ Alan Portelli u l-iskwadra li tant ħadmet bil-għaqal u bis-saħħa. X'tikkummenta fuq is-suċċess li ksibtu fl-aħħar ġimgħat bir- rebħ tal-Independence Cup u s-Super Cup? Qatt ma tista' taqbeż għall- ebda konklużjoni fl isport speċjalmet f 'team sport. Ir-riżultati li ksibna kienu permezz ta 'teamwork', nuqqas ta' żbalji komuni u fiżika ta' livell għoli. Fl-aħħar tal- ġurnata dawn it-tliet fatturi huma li jħollu u jorbtu tim minn ieħor u rebħa minn telfa. M'ilux lgħabt ukoll ma' Kavallieri Handball Club. X'tikkummenta? It-trasferiment tiegħi mal- klabb tal-Kavallieri kienet deċiżjoni personali u li minnha tgħallimt kif klabb jista' verament jiffunzjona bħala familja waħda kemm f 'mumenti sbieħ ta' rebħ kif ukoll ta' telf. Tgħallimt ħafna mill-kowċis kemm il-logħba teknika kif ukoll psikoloġika u li dawn iż-żewġ fatturi ma huma xejn mingħajr xulxin. Ħa nduru għall-waterpolo. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek f 'dan l-isport? Il-waterpolo huwa sport li bdejt kważi seba' sninilu. Għall-bidu kont bdejt nilgħab sabiex fis-sajf ikolli passatemp ta' sport u xi ħaġa ġdida. Matul dawn l-aħħar seba' snin kapaċi ngħid li l-mentalità tiegħi nbidlet ferm. Wara li ntgħażilt biex nirrapreżenta lil Malta mat-tim nazzjonali, it-trejning żdied għal darba sa darbtejn kuljum, kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf. Il-pożizzjoni tiegħi ta' goalkeeper tirrikjedi ħafna saħħa kemm fiżika kif ukoll fiżjoloġika. L-esperjenzi tas-safar mat-tim għallmuni bħala plejer nemmen aktar fil-kapaċitajiet tiegħi kemm għal-livell Malti kif ukoll barra minn xtutna. X'tiftakar mill-esperjenza tiegħek ma' Neptunes? L-esperjenza tiegħi man- Neptunes bdiet seba' snin ilu u minnhemm bdejt nitgħallem l-isport tal-waterpolo. L-ewwel żewġ staguni fil-karriera tiegħi tal-waterpolo kienu wkoll l-isbaħ għaliex mat-tim irbaħt sentejn infila d-double (Kampjonat u knock-out). X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun ma' San Ġiljan? L-aħħar staġun kien wieħed ferm sabiħ għalija personali mal-klabb ta' San Ġiljan wara kważi sitt snin man- Neptunes. L-iskwadra kienet diġà ffurmata sew bi plejers li kont familjari magħhom kemm minn Nazzjonal kif ukoll li ngħaqdu wkoll mal- klabb tan-Neptunes. It-trejning kien imħejji sew kuljum u l-klabb wera fiduċja kbira fija u li hemm pjanijiet ta' żvilupp fil-kalendarju tas-sena li ġejja. L-istaġun intemm bil-finali tan-knock-out li ntlagħbet kontra t-tim tas-Sliema fil-Pixxina Nazzjonali f 'Tal- Qroqq. Din kienet esperjenza ġdida għall-maġġor parti tat-tim u li mandankollu l-iskwadra wriet grinta u potenzjal kbir. Avolja dan kien l-ewwel staġun tiegħi, nixtieq ngħid li dan it-tim laqgħani sew u li l-għaqda u d-dinamika huma sodi u b'saħħithom. Kien sajf inkredibbli fejn dħalt ġo familja ta' plejers fejn kulħadd jagħti l-istess ammont u li ħadd ma jistenna xejn lura ħlief li jtejjeb il-kwalità tal-waterpolo fit-tim. Kemm jgħinek il-kowċ ta' San Ġiljan, Dale Dowling? Il-kowċ Dale Dowling kien wieħed mill-ewwel uffiċjali tal-klabb li laqgħani malli dħalt fit-tim. Dale għandu karattru passjonanti għall- waterpolo u li fis-sajf jiddedika l-jiem kollha tiegħu għat-tim. Huwa persuna li lest jitgħallem personalment, kapaċi jikkritika d-deċiżjoniijiet li jieħu u jinkoraġixxi lit-tim biex jemmen fil-kapaċitajiet tagħna. Din kienet 'boost' kbira għalija bħala plejer li niddedika ħafna ħin tiegħi għat-trejning kemm fl-ilma kif ukoll fil-gym bħala preparamenti fiżiċi. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol, mal-waterpolo u mal-handball? Fiż-żmien li konna għaddejjin bil-preparamenti għall-kwalifiċi Ewropej, it- trejning tal-waterpolo kien ikun filgħodu kmieni qabel ix-xoghol fis-5:45 ta' filgħodu kif ukoll filgħaxija ħames darbiet fil-ġimgħa. Handball kont immur fil-jumejn li kont inkun mistrieħa fil-waterpolo. Il-ħin tax-xogħol tiegħi ta' għalliema tal-isport jgħinni nippjana l-ħin sew madwar żewġ sports differenti. Kemm jiddevsersifikaw minn xulxin il-waterpolo u l-handball fosthom anki permezz ta' taħriġ differenti? Il-handball huwa sport li jirrikjedi ħafna stamina muskolari kif ukoll aerobika. Għaldaqstant it-tħejjija trid tkun indirizzata lejn in-nukleu tal-ġisem. Min-naħa l-oħra, il-pożizzjoni ta' goalkeeper fil-waterpolo tirrikjedi qawwa tas-saqajn fl-ilma fost affarijiet oħra. Hemm xi sport minn dawn it-tnejn li tippreferih mill- ieħor jew it-tnejn tħobbhom indaqs? Il-handball kien l-ewwel sport tiegħi u li ilni nilgħabu 13-il sena, pero l-waterpolo nħoss li sibt l-isport li neċċella u li nagħti kontribuzzjoni iktar kbira lejn it-tim. Id- dedikazzjoni ma tonqosx mill-ebda sport, allura dejjem nagħti l-mija fil-mija tiegħi kemm fit-trejning kif ukoll fil-logħob. illum Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 Tispikka bil-kbir kemm l- Handball kif ukoll l-Waterpolo ma jistenna xejn lura ħlief li Kif jirnexxielek tlaħħaq muskolari kif ukoll aerobika. Stephanie Tanti Desjardins - azzjoni ma' La Salle HC Stephanie Tanti Desjardins - azzjoni ma' San Ġiljan ASC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018