Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 645 • 3 ta' Marzu 2019 Dnegel u ismijiet oħra: Il-Kummissarju tat-tfal tappella għall-għaqal - għażla tal-ismijiet tat-tfal Ara paġna 6 • Sa din il-ġimgħa l-posta li kienet tasal id-Dar Ċentrali ma kinitx tkun iċċekkjata mill-Maltapost, Robert Cutajar jitlob biex din tinbidel • Mistoqsijiet dwar l-intenzjoni wara pakkett kokaina lil Jason Azzopardi; ċajta jew theddida? Ara paġna 16 'SCANNING' GĦADDROGA U LBOMBI Coleiro Preca: Ma jidhirx li se jkollha l-konvenzjoni Kostituzzjonali taħt idejha Minn Albert Gauci Cunningham MINN informazzjoni li għandha din il-gazzetta minn sorsi viċin ħafna tal-Gvern, jidher illi l-President Marie Louise Coleiro Preca mhix se tkun qed tmexxi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Apparti minn hekk, minkejja xnigħat persistenti fost Deputati tal-Gvern stess li Coleiro Preca tixtieq tibqa' responsabbli tal-Malta Community Chest Fund, l-istess sorsi qalu li dan mhux se jseħħ. Kienet Coleiro Preca nnifisha illi f 'intervista mal-gazzetta Maltatoday f 'Jannar sostniet illi kienet f 'diskussjonijiet mal-Prim Ministru biex hi tibqa' tmexxi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali, xi ħaġa li ġabet kritika qawwija mill-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono. Matul l-aħħar jiem din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' xi Deputati Laburisti li lkoll qalu li semgħu illi Coleiro Preca tixtieq li tibqa' tmexxi l-Malta Community Chest Fund. Iżda, kelliem għall-President ċaħad din l-informazzjoni meta mistoqsi minn din il-gazzetta. Sors viċin il-Gvern ċaħad ukoll li Coleiro Preca se tkun qed tieħu ħsieb l-MCCF u kkonferma li kollox juri illi Coleiro Preca lanqas mhi se tingħata t-tmexxija tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Mhux ċar għalfejn hu dan, però sors partikolari qal illi jekk il-President li jmiss se jkun George Vella dan se jkun irid li jżomm taħt idejh din il-Konvenzjoni li hija ta' natura ferm importanti. Il-Konvenzjoni Kostituzzjonali kellha titmexxa minn Franco Debono, iżda fl-aħħar xhur kien deċiż li titmexxa mill-President Coleiro Preca wara li, skont Debono, din kienet qed timbotta biex tieħu dan l-irwol. Din l-informazzjoni tiġi hekk kif minkejja li t-terminu tal-President tar- Repubblika jispiċċa xahar ieħor għadu ma tħabbarx min se jkun il-President li jmiss. S'issa l-aktar żewġ ismijiet li ssemmew kienu l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella. Jekk Muscat iżomm mal-istess data ta' ħames snin ilu (4 ta' Marzu) suppost din il-ġimgħa jħabbar b'mod uffiċjali min se jkun il- President tar- Repubblika li jmiss.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019