Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum MINN meta s-Sibt li għadda faqqgħet waħda mill-agħar maltempati li qatt raw il- gżejjer Maltin, l-Enemalta ħadmet bla heda, lejl u nhar biex tindirizza l-problemi li ġew ikkawżati konsegwenza tal-maltemp li laqat pajjiżna. Sa minn dakinhar, l-Enemalta kienet iffokata fuq it-tiswijiet sabiex kull każ li ġie rrapportat jissolva mill- aktar fis possibbli. In-numru ta' rapporti ta' ħsarat li ġew irrapportati ma kienx wieħed żgħir, infatti l-Enemalta kkonfermat li rċievew 'il fuq minn 2,000 telefonata bi problemi li ġew ikkawżati, fosthom rapporti ta' qtugħ fil- provvisti tad-dawl. Il-problema ma kinetx biss fil-qtugħ tal-provvista iżda ġew rapportati anke każi fejn sparkjaw linji ta' komunikazzjonijiet, ħsarat fuq arbli tad-dwal u ħsarat estensivi fid-dwal tat-toroq fost ħafna oħrajn. Minkejja li dan ġara bħal sajjetta fil-bnazzi u ħadd u xejn ma kellu kontroll fuq is-sitwazzjoni, wieħed tajjeb jgħid li l-provvista tal-elettriku rreġistrat żieda sostanzjali, jiġifieri fil-ġurnata tal-Ħadd li għadda l-istess provvista laħqet il-medja ta' 324MW kull siegħa. Dan il-konsum ifisser li ġie użat 20% aktar konsum milli normalment jigi milħuq fil-ġurnata tal-Ħadd. Dan minħabba l-fatt li l-familji għamlu użu aktar minn sistemi li jsaħħnu fost diversi oħrajn. F'kummenti lil din il- gazzetta, il-Ministru għall- Enerġija Joe Mizzi, sostna li minkejja li ħadd ma kellu kontroll fuq is-sitwazzjoni diżastruża, "bħala l-Ministru responsabbli xorta kien ta' obbligu li nsegwi u nara li kull familja tiġi trattata bl-aħjar mod possibbli mhux biss għax f 'dawn il-ġranet il-ħtieġa tal-elettriku hija neċessarja minħabba t-temperatura baxxa li pajjiżna kien qed jesperjenza iżda għax bħala Ministru ta' Gvern responsabbli u b'viżjoni fil-qasam tal-Energija rridu nkomplu naċċertaw u nserrħu ras il-familji Maltin anke f 'sitwazzjonijiet bħal dawn li jinqagħlu bla preċedent." Filwaqt li rringrazzja lill- ħaddiema kollha tal-Enemalta għad-dedikazzjoni u għall- ħidma tagħhom fakkar kif din il-ġimgħa ta rendikont fil-Parlament dwar il-ħsara li ġarrab il-main tal-ilma li jgħaqqad lil Malta mal-gżira Għawdxija, il-main li permezz tiegħu, tinqeda l-gżira Għawxdija għall-provvista tal-ilma. "Wara li kkalma l-maltemp, nhar il-Ħamis numru ta' għaddasa niżlu jispezzjonaw il-ħsara li saret fil-main li jieħu l-ilma. Se jsir ukoll survey speċjalizzat biex tkun tista' tiġi kkwantifikata l-ispiża tal- ħsarat," sostna Mizzi. "Il-viżjoni ta' dan il-Gvern hija ċara u inċidenti bħal dawn ikomplu jikkonfermaw kemm il-proġett tar-Reverse Osmosis f 'Ħondoq ir-Rummien huwa s-soluzzjoni għal Għawdex. Infatti, diġà tħaffru erbgħa mill-bjar li minnhom se jkun qed jinġibed l-ilma. Dan il- proġett ser ikun qed jiswa mal- €11-il miljun sabiex il-gżira ta' Għawdex ikollha provvista tal-ilma ta' kwalità liema bħala sabiex ukoll tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja fuq din il-gżira. B'dan il-proġett ser nkunu qed nirrispettaw l-ambjent tal-madwar bl-għan li noffru futur aħjar lil din il- gżira," sostna Mizzi. Huwa fakkar li f 'Novembru li għadda ġie ffirmat il-kuntratt għax-xogħlijiet ta' dan il- proġett sabiex l-Għawdxin ikunu moqdija b'mod indipendenti fil-provvista tal- ilma u jiggwadanjaw servizz ta' kwalità aħjar. "Permezz ta' dan il-proġett, Għawdex se jilħaq il-kriterji neċċessarji kollha tal- Unjoni Ewropea fejn tidħol kwalità, sigurtà, effiċjenza u sostennibbiltà tal-provvista tal-ilma. L-għan aħħari ta' dan il- Gvern huwa li l-familji jgħixu komdi u jkollhom l-aħjar servizz fi djarhom, inklużi l-familji Għawdxin u għalhekk bħala l-Ministru responsabbli mill-enerġija u I-immaniġġjar tal-ilma ser inkompli naħdem bla heda għal dak li jixraq lill- poplu Malti." Il-pajp tal-WSC li ġarrab ħsarat jidher fil-wiċċ tal-baħar Fil-ġurnata tal-Ħadd li għadda l-provvista tal-elettriku laħqet il-medja ta' 324MW kull siegħa, żieda ta' 20% L-Enemalta b'aktar minn 2,000 telefonata dwar ħsarat minħabba l-maltempata Tinteressak li tkun taf aktar dwar il‑mixja tal‑mara fil‑politika? Tixtieq tara dokumenti storiċi, ritratti uniċi u esebiti rari? Ingħaqad magħna għal wirja li se turi s-sehem tan-nisa -istorja politika Maltija. 6‑13 ta' Marzu 2019 FIL-BINI TAL-PARLAMENT ĦINIJIET TAL-FTUĦ Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9:00 - 17:00 Is-Sibt u l-Ħadd 9:00 - 12:30 Dħul bla ħlas Il‑kappell tal-President Emeritus Agatha Barbara Tinteressak li tkun taf aktar dwar il‑mixja tal‑mara fil‑politika? Tixtieq tara dokumenti storiċi, ritratti uniċi u esebiti rari? 6‑13 ta' Marzu 2019 Il‑kappell tal-President Emeritus Agatha Barbara IL-MIXJA TAL-MARA FIL-POLITIKA Aktar minn 2,000 telefonata lill-Enemalta waqt il-maltemp Il-Ministru Joe Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019