Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum bnejtha int id-dgħajsa? Tgħinek ħafna. Jien wieħed mill- ftit nies fid-dinja li nibni d-dgħajsa jien. U huwa għalhekk li naf kull rokna tad-dgħajsa tiegħi. Imbagħad mingħajr ma trid dejjem titjieb għax tara fejn hemm bżonn tbiddel. U meta trid tibni dgħajsa mill-bidu sal-aħħar xejn mhu faċli. Taħseb li taċċetta li ssuq dgħajsa li ma tkunx bnejtha int? Ifhem mhux daqshekk faċli iżda jien għandi l-esperjenza u kapaċi. Illum il-ġurnata nippreferi nsuq dgħajjes li nkun bnejthom jien stess. Tħossok rikonoxxut mill-midja u l-awtoritajiet? Ħa ngħidu hekk kultant iva u kultant le. Jiddependi. Qatt ma rnexxieli nirbaħ l-Isportiv tas- Sena għalkemm nista' ngħid li jien rikonoxxut miż-żewġ gvernijiet. Tara li hawn interess f l-isport li tipprattika? Iva, nara li hawn interess kbir. Is-sena l-oħra għamilna t-tiġrijiet Boomquest u bdejna nirreklamaw dawn il-kampjonati barra minn Malta. Hawn interess minkejja li ma tantx isiru attivitajiet fuq il-baħar. Taħseb li dan l-isport huwa għali biex tipprattikah? Jekk inkellmek fuq il-kampjonati li nipparteċipaw fihom ngħidlek illi jiswa ħafna flus. Issa peress li jien nibni d-dgħajjes dejjem jirnexxieli niffranka xi ħaġa. Liema hi l-iktar veloċità li rnexxielek tilħaq? Irnexxieli nilħaq 120 mil fis- siegħa. Nistgħu nikkumparaw din il- veloċità ma' karozza tal-Formula Wieħed? Ifhem tista' tikkompara li jekk int għaddej bil-120 mil fis-siegħa fil-baħar, tkun għaddej bil-220 mil fl-art. Trid tqis ukoll li l-baħar huwa iebes biex issuq fuqu. Il- kundizzjonijiet ħżiena li xi kultant ikollu l-baħar ftit jgħinu. Il- mewġ jeffettwa wkoll iżda nieħu pjaċir meta jkun baħar imqalleb speċjalment meta tkun tista' tħaddem id-dgħajsa. X'inhuma l-prekawżjonijiet li tieħdu intom bħala sewwieqa tal- powerboats? L-ewwel u qabel kollox nilbsu s-seatbelt, ikollna ċ-ċilindri tal-arja u l-elmu. Dejjem naraw li nieħdu l-prekawżjonijiet kollha neċessarji sabiex id-dgħajsa tkun bla periklu. Ġieli esperjenzajt xi problemi tekniċi? Ifhem ġieli jkun hemm problemi fil-magni għalkemm dan kollu qatt ma waqqafni milli nkompli għaddej. Iżda tqis dan l-isport bħala wieħed perikoluż? Ifhem xi ftit huwa perikoluż iżda fl-aħħar mill-aħħar anke sport bħal futbol jaf ikun perikoluż. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ għal dawk in-nies li huma interessati li jipprattikaw fuq il- powerboats. L-ewwel u qabel kollox għandi f 'moħħi li nagħmlu skola tal- powerboats. Qed nitkellem mal- federazzjoni sabiex naslu għal dan kollu. Naħseb li tkun xi ħaġa li biha nistgħu nimxu 'l quddiem f 'dan l-isport. Imbagħad hemm il-kampjonat dinji li wkoll huwa xi ħaġa storika. Champion tad-Dinja qatt ma rbaħt l-Isportiv tas-Sena' Huwa ħames darbiet Champion tad-Dinja tal-Powerboats. Inkredibbilment qatt ma rebaħ l-unur tal-Isportiv tas-Sena. Jibni d-dgħajjes li jtellaq bihom hu stess. AARON CIANTAR

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019