Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 16 Aħbarijiet Minn Albert Gauci Cunningham ILWHIP tal-Grupp Parlamentari Robert Cutajar fl-aħħar jiem talab lill-Ispeaker tal-Kamra sabiex jgħaddi ordni lill- Maltapost biex din tibda tiċċekkja u teżamina l-posta kollha li tkun sejra għand il- Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali. Din it-talba saret hekk kif id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rċieva envelope, li jidher illi kien impustat il-Ġermanja u li spiċċa d-Dar Ċentrali. Kien l-espert kimiku tal-Qorti li kkonkluda li dan it-trab kien fil-fatt kokaina. Dan l-inċident li Azzopardi sejjaħlu 'frame up', qajjem tħassib fid-Dar Ċentrali hekk kif kien ċar illi l-posta ma kinitx qed tkun 'scanned' bil-konsegwenza li kollox seta' jidħol u joħroġ, anke kif rajna f 'dan il-każ droga. Cutajar ikkonferma mal- ILLUM li saret it-talba biex tibda tkun iċċekkjata l-posta li tasal id-Dar Ċentrali. Hu qal li min-naħa tal-Ispeaker intqal li ma jidhirx li din it- talba tista' tkun problema. Min-naħa tiegħu ċ-Chairman tal-Maltapost ma xtaqx jitkellem fuq it-telefon u lanqas xtaq jgħaddi l-indirizz tal-email tax-xogħol tiegħu biex nagħmlu kuntatt. Ix-xiri tad-drogi online fil-fatt huwa fenomenu xi ftit jew wisq "ġdid" hekk kif diversi siti jirriklamaw il- bejgħ tad-droga, saħansitra lil individwi privati. L-għan ta' min bagħat il-kokaina għadu mhux ċar, hekk kif il-Pulizija għaddejja b'investigazzjoni. Persuni fil-PN li tkellmina magħhom u li xtaqu jibqgħu anonimi saħqu li hija stramba kif min bagħat dan l-envelope kien jaf sew illi ittri li jintbagħtu fir-residenzi tad-Deputati jiġu ċċekkjati permezz ta' scanners apposta, imma dawk li jaslu d-dar ċentrali le. Persuni qrib Azzopardi qalu li dan jindika li din il- biċċa xogħol setgħet kienet ġejja "minn ġewwa." Iżda dan għalissa għadu mhux ċar, kif mhux ċar anqas jekk l-iskop kienx xi ċajta jew inkella kienx hemm l-intenzjoni li din il-kokaina tintuża biex tinkrimina lil Jason Azzopardi. Min bagħat l-envelope kien jaf li l-posta għad-Dar Ċentrali ma tkunx iċċekkjata Robert Cutajar talab lill-Ispeaker biex issir ordni ħalli l-posta lejn id-Dar Ċentrali tkun iċċekkjata permez ta' scanners Robert Cutajar, Whip tal-Grupp Parlamentari Il-kokaina li ntbagħtet lil Jason Azzopardi 'Huwa falz li xi ħadd jgħid li l-attrazzjoni sesswali tista' tinbidel' WARA diversi xandiriet u rappurtaġġi dwar dokumentarju li jirreferi għal persuni li jallegaw li huma 'eks gay', u li allegatament qiegħed jippromovi prattiċi ta' konverżjoni lejn persuni LGBTIQ, id-Direttorat għad-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni informa lill-pubbliku illi skont il-liġi Maltija, kemm il-prattiċi ta' konverżjoni, kif ukoll ir- riklamar tagħhom, huma illegali, u punibbli b'multa u/ jew priġunerija. Id-Direttorat saħaq li l-omosesswalità mhi bl-ebda mod xi marda, diżordni, jew anomalija. "Dan jaffermawh ukoll l-assoċjazzjonijiet tal- professjonisti f 'dan il-qasam u l-liġi Maltija tipproteġi d-diversità sesswali u tal- ġeneru, u r-rispett lejn kulħadd. Għaldaqstant huwa falz li wieħed jipproklama illi l-attrazzjoni sesswali u affettiva ta' kwalunkwe individwu tista' b'xi mod tiġi mibdula sforz ta' kwalunkwe trattament, prattika jew sforz sostnut." L-istqarrija tad-Direttorat tkompli tgħid li kull min qiegħed jesplora s-sesswalità jew il- ġeneru tiegħu, jew ikun għaddej minn żmien diffiċli, jista' jfittex l-għajnuna ta' professjonisti fil- qasam, liema professjonisti joffru servizzi relatati mal-iżvilupp jew affermazzjoni ħielsa tal-identità tal-ġeneru. It-taqsimiet tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, espressjoni tal-ġeneru, u karatteristiċi tas-sess fid- Direttorat jistgħu jiġu kkuntattjati għal gwida fuq 22263210. Id-Direttorat jappella wkoll lill-mezzi kollha tax-xandir sabiex fir-rappurtaġġ tagħhom, jinkludu wkoll il-fatt illi l-prattiċi ta' konverżjoni huma perikolużi, u ta' ħsara għal kull min jgħaddi minnhom, u għaldaqstant illegali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019