Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum Opinjoni M eta l-Pjani Lokali kienu approvati, kien l-ewwel darba li f 'Malta sar attentat biex ikun regolat l-iżvilupp fuq livell lokali bis-serjetà. Il-ħtieġa kienet ilha tinħass is-snin. L-ippjanar għall-użu tal-art b'mod professjonali, f 'Malta, beda fl-1989 bil-proċess iwassal għall-ħolqien tal-Awtorità tal- Ippjanar. Għall-bidu, kif jispjega b'mod ċar il-pjan ta' struttura, kien ippjanat li jkun hemm 24 pjan lokali għal Malta u Għawdex, imma mbagħad spiċċajna b'sebgħa. Ħames pjani lokali kienu approvati fl-2006, bit-tnejn l-oħra jkunu approvati iktar kmieni: dak dwar il-Bajja ta' Marsaxlokk fl-1995 u dak dwar il-Port il-Kbir fl-2002. Meta l-pjani lokali kienu mfassla, oriġinarjament għall-konsultazzjoni pubblika, kienu meqjusa bħala restrittivi għax ftit kienu jħallu lok għal diskrezzjoni. Sa dakinhar ħadd ma kien għadu fassal il-politika dwar l-użu tal- art b'mod hekk ċar, b'mod li jnaqqas il-lok għall-abbuż kif ukoll il-poter assolut vestit f 'persuna waħda: il- politku. Dakinhar kien hemm reżistenza konsiderevoli li l-affarijiet isiru b'dan il-mod. Dan jispjega għaliex dawn il-pjani lokali damu ħafna ma saru. Hija wkoll ir-raġuni li wasslet għal dak li nirreferu għalih bħala l-eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni li bħala riżultat tiegħu meded kbar ta' art, madwar żewġ miljun metru kwadru, fil-parti l-kbira art agrikola, fl-2006, kienu ddikjarati mill- Parlament bħala tajbin għall- iżvilupp. Il-pjani lokali huma essenzjalment dokumenti miktuba li fihom hemm spjegata l-politika lokali dwar l-użu tal-art flimkien ma' mapep li jillustraw din il-politika. Tul is- snin dawn il-pjani lokali ġew ikkumplimentati b'dokumenti oħra dwar materji speċifiċi. Kważi kollha b'ċertu ammont ta' kontroversja marbuta magħhom. Dwar dawn ktibt diversi drabi f 'dawn il-paġni. F'Jannar 2013, wara perjodu ta' konsultazzjoni kif trid il-liġi, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha f 'idejha dokument ieħor li kien approvat: nirreferu għalih bħala l-politka tal- flessibbilità. Huwa intitolat: Partial Review of Subsidiary Plans: General Policy relating to Regeneration/ Consolidation initiatives. L-iżviluppaturi (u l-periti tagħhom) flimkien mal- Awtorità tal-Ippjanar jinterpretaw dan id- dokument bħala li jagħtihom mano libera biex jiddeċiedu dwar liema huma dawk il- partijiet tal-Pjani Lokali li għandhom jinjoraw. Sfortunatament uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar, spiss wisq, jaġixxu qishom għandhom xi dritt divin li jiddeċiedu dwar liema huma dawk ir-regoli tal-ippjanar li għandhom japplikaw u liema huma dawk li għandhom jinjoraw. Każ speċifiku qam quddiem il-Bord tal-Awtorità tal- Ippjanar iktar kmieni din il-ġimgħa dwar żvilupp propost fuq biċċa art kbira fil-Mellieħa. Il-Pjan Lokali tal-Majjistral jipprovdi li ma jistgħux jinbnew lukandi fiż- żona residenzjali fejn hemm din l-art. Imma l-uffiċjali tad- Direttorat tal-Ippjanar, friski daqs ħassa, jirreferu għall- politika dwar il-flessibbilità bl-addoċċ u jirrakkomandaw li l-lukanda proposta hi aċċettabbli. . L-applikazzjoni tal-politika dwar il-flessibbilità fl- ippjanar hi limitata mill- kundizzjonijiet fid-dokument imsemmi qabel. Il-limitazzjoni prinċipali hi li l-flessibbilità ma tistax tmur kontra l-linja ġenerali stabbilità fil-Pjani Lokali. Għax il-politika dwar l-ippjanar għandha tkun flessibbli imma mhux tkun tal- lastiku! Numru ta' deċiżjonijiet li ħadet l-Awtorità tal- Ippjanar ibbażati fuq din l-interpretazzjoni skorretta tal-politika tal-flessibbilità kienu kkontestati fit-Tribunal ta' Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar u fil-Qrati u kienu mħassra. Fid-dawl ta' dawn id-deċiżjonijiet, jiena ma nistax nifhem kif l-Awtorità tal-Ippjanar ma tikkoreġix il- pożizzjoni tagħha. Inizzjalment l-applikazzjoni inkorretta tal-politika tal- flessibbilità fl-ippjanar tal-użu tal-art setgħet titqies bħala żball. Imma meta dan l-iżball jibqa' jkun repetut ma jibqax żball iżda jsir abbuż ta' poter li għandu jkun indirizzat immedjatament. Sfortunatament uċjali tal- Awtorità tal-Ippjanar, spiss wisq, jaġixxu qishom għandhom xi dritt divin li jiddeċiedu dwar liema huma dawk ir-regoli tal-ippjanar li għandhom japplikaw u liema huma dawk li għandhom jinjoraw " " Pjani lokali tal-lastiku CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019