Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 C hristian Micallef, magħruf aktar bħala ġurnalist sportiv u preżentatur tal-programm Replay, iżda l-15 ta' Jannar li għadda ħa l-ġurament bħala s-Sindku tal-Belt Valletta wara r-riżenja għall-għarrieda tal- Professur Alexiei Dingli. Iżda jibqa' l-fatt, li Micallef daħal f 'din il-kariga it ġimgħat biss qabel l-elezzjonijiet ta' Mejju li ġej. Fil-fatt, Micallef stess qalilna li bħalissa qed iħossu qed jaqdi żewġ irwoli, dak ta' Sindku tal-Belt Kapitali, li fi kliemu ġġorr magħha ċertu responsabbilità li forsi sindki oħra ma għandhomx u anke ta' kandidat f 'lokalità fejn, fi kliemu, l-elezzjoni se tkun missielta ħafna. Immedjatament il-kliem waqa' fuq l-elezzjoni u kien għalhekk li staqsejna lil Micallef għalfejn jaħseb li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għandu jżomm maġġoranza Nazzjonalista. It-tweġiba tiegħu kienet sempliċi: "Nafu liema huma ż-żewġ settijiet ta' kandidati. Meta tara l-kwalità tal-kandidati, nemmen li aħna tim aħjar iżda apparti minn hekk, l-aktar ħaġa li tiddistingwina mill- kandidati tal-Partit Laburista huwa l-fatt li aħna magħqudin, apparti li għandna l-aqwa viżjoni għall-Belt Valletta," saħaq Micallef. "Li qed nagħmlu qed nagħmluh għax inħobbu l-Belt Valletta u mhux għall-prestiġju personali." Kien dan li wassal lil Christian Micallef biex jisħaq li lest ma jkunx Sindku tal-Belt Valletta imma jara lill-Belt Valletta titmexxa minn maġġoranza Nazzjonalista. "Ma jistax ikollna kunsill immexxi minn maġġoranza Laburista li tibqa' siekta jekk il-Gvern jagħmel xi ħaġa għad- dettriment tar-residenti Beltin," kompla Micallef waqt li insista li ma għandu l-ebda problema li jaħdem id f 'id mal-Gvern għall-ġid tar-residenti. Kemm hu fiduċjuż li l-Belt Valletta se jerġa' jkollha kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista? Iżda staqsejna lil Micallef kemm hu fiduċjuż li l-Partit Nazzjonalista se jżomm il- maġġoranza fil-Belt Valletta hekk kif fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Lokali f 'din il- lokalità, id-differenza bejn il-partiti kienet ta' 150 vot biss. Is-Sindku Belti wieġeb li hu fiduċjuż anke għax meta fl-elezzjoni ġenerali tal-2013, il-maġġoranza vvotaw għall- Partit Laburista, fl-istess ġurnata l-Beltin xorta vvutaw u għażlu lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista biex imexxu l-kunsill lokali. "Nemmen li din id-darba l-istess ħaġa tista' terġa' tiġri. Il-lokalità ma għandhiex titmexxa b'mod partiġġjan. Konvint li hemm ħafna Laburisti Beltin li mhux komdi bl-għażla tal-kandidati Laburisti fil-Belt Valletta. Dawn jitkellmu magħna fis- skiet. Mhux kuntenti bil-mod kif jaġġixxi l-Partit Laburista fil-Belt. Huwa ċar li għandek pereżempju kunsillier Laburist u Minority Leader li ma jaqblux." 'Il-PN huwa l-aqwa għażla f 'dan il-mument għall-Belt' Iżda s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u d-diżgwid li joħroġ fil-beraħ minn żmien għal żmien, kemm jaħseb li se jaffettwa din l-elezzjoni? "Fuq livell nazzjonali naħseb li dan jista' jkun li se jħalli effett," saħaq is-Sindku. "Imma jien, min-naħa tiegħi, ma ġie l-ebda Deputat fuqi li rrifjuta li jgħinni jew inkella li mhux jgħin lill-Partit Nazzjonalista biex iġib il-maġġoranza." Kien hawn li saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu għatx kbir li jerġa' jirbaħ lill-Belt Valletta, anke għax skontu l-Partit Nazzjonalista huwa l-aħjar għażla, f 'dan il- mument, għall-Belt Valletta. U r-riżenja ħabta u sabta ta' Alexiei Dingli se taffettwa? Ma stajniex ma nitkellmux dwar ir-riżenja tal-Professur Alexiei Dingli minn Sindku tal-Belt Valletta, riżenja li ġiet bħal sajjetta fil-bnazzi u li qajmet elf mistoqsija li baqgħu mhux imwieġba. Dan se jaffettwa r-riżultat? Christian Micallef insista li Dingli ma għandu l-ebda problema mal-Partit Nazzjonalista u qed jagħti d-daqqa ta' id tiegħu biex il-Partit Nazzjonalista jibqa' fit-tmun tal-kunsill Belti. "Jiena qed inżomm kuntatt miegħu," saħaq Micallef. "Għalija għamel xi ħaġa dinjituża ħafna. Ħass li l-Belt Valletta kellha bżonn Sindku ġdid li se jikkontesta l-elezzjoni. Alexiei ta ħafna lill- Belt u ħalla legat importanti li għad irridu napprezzaw." U x'relazzjoni jixtieq ikollu ma' Jason Micallef? Hawnhekk il-kliem waqa' fuq il-Fondazzjoni Valletta 2018 u r-relazzjoni xejn feliċi li kien hemm bejn Dingli u din l-istess Fondazzjoni. Christian Micallef fakkar li Alexiei Dingli kien dak li ħadem biex il-Belt Valletta ngħatat it-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. "Mhux se ndur mal-lewża. Ma kienx hemm relazzjoni tajba bejn il-Fondazzjoni u l-kunsill. Kommunikazzjoni ma kienx hemm," saħaq Christian Micallef. Mistoqsi jekk l-affarijiet hux se jinbidlu issa li Dingli rriżenja, Micallef qal li huwa mill-ewwel iltaqa' ma' Jason Micallef, li se jkun qed imexxi l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. "Kont inkun immatur kieku bqajt għaddej bil-kunflitt ma' persuna li magħha ma naqblux fuq livell politiku," saħaq Micallef. "Nibqa' nsostni li Jason Micallef mhux dejjem aġġixxa fl-aqwa interess tar- residenti Beltin, iżda llum huwa fir-responsabbilità tiegħi li nassigura li jkolli relazzjoni tajba miegħu biex fejn ma naqblux, niddiskutu u fejn naqblu, naħdmu flimkien. Fejn id-deċiżjonijiet ikunu fl-aħjar interess tal-Belt u l-Beltin lest nimxi id f 'id ma' kwalunkwe politiku oppost tiegħi, inkluż ma' Joseph Muscat." 'Ħloqna aspettattivi kbar fuq il-V18, iżda ftit niftakru dwarha' Komplejna nitkellmu fuq il-Valletta 2018, li ngħiduha kif inhi, ma tantx ġiet imfaħħra mis-Sindku ta' qabel. Staqsejna lil Christian Micallef x'jaħseb li se jkun "il-legat," kif iħobb jgħid Jason Micallef, li ħalliet din is-sena. Is-Sindku mill- ewwel tkellem fuq diżappunti u saħaq li r-residenti ma kinux involuti biżżejjed. "Biex insemmi ħaġa waħda biss, li jkollok kampjonat tal-futbol u l-Valletta FC ma jkunux involuti, meta l-attività kienet organizzata mill-Valletta 2018 ma naħsibx li jagħmel sens," saħaq is-Sindku. Semma wħud mill-attivitajiet li fi kliemu għamlu ġieħ lill- Belt Valletta, fosthom il-Festa l-Kbira, anke jekk fakkar li għaliha l-Kunsill Lokali Belti ma kienx mistieden. "Iżda kien hemm attivitajiet oħra fejn ħafna artisti Beltin tħallew barra," saħaq Micallef. "Naħseb ħloqna aspettattivi kbar għall-Valletta 2018, iżda ftit huma l-attivitajiet li niftakru. Il-legat li jrid iħalli dan it-titlu huwa dak li ġie fil-proċess tal-V18. Il-Valletta 18 ġiet bis-saħħa tal-viżjoni li Lawrence Gonzi kellu għall- Belt Valletta. Kien hemm ħafna proġetti, anke infrastrutturali li fetħu t-triq biex il-Belt Valletta saret Belt tan-nies u għan- nies, ħidma li kompla fuqha l-Partit Laburista wkoll," insista s-Sindku. 'Għal ħafna residenti l-V18 ġiet u marret u minnha ma ħadu xejn' Ma stajniex ma nitkellmux mas-Sindku dwar mistoqsijiet li żgur ir-residenti Beltin jixtiequ jistaqsuh. Komplejna fuq il-Valletta 2018 u staqsejnieh jekk dan l-avveniment tax biżżejjed importanza l-ambjent li jgħixu fih il-Beltin, partikolarment fiż-żoni magħrufa tal- Mandraġġ, l-Aċipierku u d-Due Balli. Christian Micallef saħaq li filwaqt li l-Belt Valletta Christian Micallef. Inħatar Sindku ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Kif qed iħares lejn il-kariga? Il-PN se jirbaħ dan il-kunsill? X'se jagħmel dwar il-parkeġġ jekk jerġa' jkun Sindku? U dwar l-ambjent f 'ċertu żoni tal-Belt? Lest ikun Sindku full-time? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Min jinqabad jabbuża kontinwament mill-parkeġġ tar-residenti, mhux biss jingħata multa iżda għandu jkollu l-karozza kklampjata " " Lest ma nkunx Sindku basta nara lill-Belt Il-V18 ġiet bis-saħħa tal-viżjoni li Lawrence Gonzi kellu għall- Belt Valletta. Kien hemm ħafna proġetti, li fetħu t-triq biex il-Belt Valletta saret Belt tan-nies u għan-nies, ħidma li kompla fuqha l-Partit Laburista " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019