Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 32 TLIET laboratorji ġodda tal-Fiżika fil-Junior College b'investiment ta' madwar €600,000 li se jitgawdew minn bosta studenti tal-Fiżika ġew inawgurati mis- Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima. Dawn il-laboratorji huma mgħammra bl-aħħar teknoloġija għal ħtiġijiet moderni tal-edukazzjoni u b'sistemi moderni ta' sigurtà kif ukoll arja kundizzjonata. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħidma importanti li l-Junior College qed twettaq biex tikkontribwixxi fl-iżvilupp ħolistiku tal-istudenti tagħna permezz li toffri opportunitatjiet liż- żgħażagħ biex ikomplu jsaħħu t-talenti tagħhom filwaqt li jesploraw ħiliet ġodda. Dawn il-laboratorji juru biċ-ċar l-impenn ta' dan il-Gvern li jkompli jinvesti bis-sħiħ fl-edukazzjoni ta' wliedna u li jkompli jtejjeb il-kwalità tas- sistema edukattiva ta' pajjiżna. Dan huwa pass ieħor 'il quddiem li jikkontribwixxi għal pjan ta' titjib f 'dan il- qasam, tenna s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. Il-Prinċipal tal- Junior College, Paul Xuereb, saħaq li dawn il-laboratorji jagħmlu parti minn sensiela sħiħa ta' proġetti ta' immordernizzar u titjib li qegħdin isiru biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni offruta fil-Junior College. Fl-istess waqt, il-Junior College tal-Università ta' Malta organizzat Open Day għall-pubbliku, studenti prospettivi u għall-ġenituri tagħhom biex iżuru l-Kulleġġ bl- opportunità li jiltaqgħu mal-Prinċipal u mal- letturi kif ukoll iżuru l-faċilitajiet, servizzi u jkunu aktar intiżi bil-programmi li joffri l-Kulleġġ. L-istudenti prospettivi għandhom l-għażla li jistudjaw minn numru ta' programmi ta' studju kif ukoll għażla wiesgħa ta' suġġetti li jwasslu għall-edukazzjoni terzjarja. Tliet laboratorji ġodda tal-Fiżika b'investiment ta' madwar €600,000 fil-Junior College Clifton Grima waqt il-ftuħ tal-laboratorju | Ritratt DOI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019