Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum 'In-netball huwa ħajti' - Sara Ciantar minn Cristian Antony Muscat Sara Ciantar - għandha 21 sena u qed tistudja it-tielet sena Degree bħala BA (Hons.) fuq Game Art and Visual Design, l-MCAST tal- Mosta (Creative Arts). Hija wkoll waħda mill- aqwa plejers li pproduċa n-netball lokali f 'dawn l-aħħar snin. Hija nnifisha se tkun qed ittina aktar dettalji f 'dan l-artiklu. "L-isport minn dejjem kien parti essenzjali fil- ħajja tiegħi. Fis-sena 2006, il-Cottonera Sports Club organizza, 'Girls on the move', li kien jikkonsisti minn taħlita ta' Hip-Hop classes u netball. Fis-sena 2007, żewġ plejers tan-netball tal- adulti, li waħda minnhom illum, hija l-president tan-Netball Assosiation, Cettina Gauci flimkien ma' Stephania Cassar, għaqqdu team tan-netball għall-bniet. Dan it-tim ta' tfajliet żgħar minn lokalitajiet differenti sar jismu 'Amazon'. Fl-istaġun 2013- 2014, l-Amazon ħadna sehem f 'kampjonat tan- netball ta' taħt il-21 sena u rbaħna. Iktar 'il quddiem, it-tim kiber u l-isem inbidel għal 'Netball Fundamentals' fejn għadu jeżisti sal-lum. In-Netball tani ħafna opportunitajiet mill- isbaħ, fosthom li tirrappreżenta lil Malta mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena fl-2013. Għalkemm dan kien fi żmien l-eżamijiet tal- 'O' levels, xejn ma kien qatagħli qalbi biex ma nattendix. Kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi li kelli u li tibqa' memorabbli. Il-ġenituri tiegħi minn dejjem kienu ta' sapport għalija u dejjem wassluni bil-karozza fejn kelli t-taħriġ u ħeġġewni biex qatt ma naqta' qalbi u nsib il-ħin għal kollox. L-isport dejjem baqa' konsistenti fil-ħajja tiegħi, imma b'dispjaċir fiż-żmien li kont qed nagħmel l-eżamijiet tal-'A' levels kelli nieqaf, biex niffoka fuq l-istudju. Għalija l-isport huwa essenzjali u nemmen li għandu jkun konsistenti fil-ħajja ta' kulħadd, għalhekk tistgħu tifhmu kemm kienet diffiċli. Nemmen li l-isport għandu jkun żvog u waqfien mill-ħajja frenetika ta' kuljum. Imma nemmen ukoll li f 'dan il-perjodu ta' ħajti, kienet deċiżjoni tajba, li waqaft għal ftit żmien u tajt aktar importanza lill- istudju. Meta għalaqt 18-il sena bdejt naħseb biex inġib il-liċenzja tal-karozza u nibda nfendi għal rasi. Fl-2016 it-tim tas- Silverbacks li qiegħed fil-ewwel diviżjoni, ħareġ call għall-plejers ġodda. Peressli t-tim kiber ġmielu, ġie ffurmat it-tieni tim bl-isem ta' Blackbacks. Dan qiegħed fit-tieni diviżjoni tal- kampjonat nazzjonali tan-netball. Jien għadni nagħmel parti minnu sal-lum. B'kollox il-Backs Club' jgħodd madwar 22 plejer, u n-numru dejjem jikber ġmielu. Kull sena qegħdin nitjiebu u jien dejjem inhossni aktar parti minn din il-familja. Jien inħossni aħjar li naħdem f 'tim u dan il-grupp sar parti minn ħajti. It-tim jiltaqa' erba' darbiet fil-ġimgħa għat- taħriġ, imma jien bħalissa qed nattendi darbtejn fil-ġimgħa, minħabba l-istudju u t-teżi . Il-pożizzjonijiet li nilgħab fit-tim huma ta' Gaol- Shooter (GS) u Goal- Keeper(GK). It-tnejn huma pożizzjonijiet li fihom inħobb u nħossni komda nilgħabhom. Meta l-kowċ tagħżel li tibdilli posti minn dik ta' Gaol Shooter (GS) għall-Goal Keeper (GK) fl-istess logħba, inħossha naqra diffiċli għax il-pożizzjoni u l-placing huma differenti minn waħda għall-oħra, imma ġeneralment wara xi għajta jew tnejn mingħand il-kowċ , inqum fuq tiegħi! Nista' ngħid li ninsab kuntenta ħafna li nagħmel parti minn dan it-tim u li nilgħab dan l-isport. Bl-Ingliż hemm frażi li nħossha toqgħod ħafna għalija: 'I feel I belong to the team'. In-netball huwa ħajti."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019