Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat ANDREAS Vella - fost l-aqwa goalkeepers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-ewwel darba li qatt bdejt nitħarreġ kont ta' età ferm żgħira ma' San Ġwann FC, fejn għamilt 11-il sena nipprattika l-futbol. U għaliex għażilt proprju l-irwol ta' goalkeeper? Meta bdejt nipprattika l-isport, kont nilgħab bħala difensur. Jien u ħija Jean Matthias, li huwa l-goalkeeper tar-Rabat bħalissa, konna ngħaddu sigħat sħaħ nilagħbu b'xi ballun id-dar u niftakar ġurnata minnhom b'mod partikolari meta konna qattajna ġurnata sħiħa fil-garaxx jixxuttjali. F'dik il-ġurnata ndunajt li xtaqt nidħol bejn il-lasti. Għalhekk, naħseb li kieku ma kontx nara lil ħija jilgħab meta kont għadni ta' età żgħira, qatt ma kont insir goalkeeper. X'tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma' Ħal Qormi? Kienet esperjenza ġdida li ppruvajt nieħu l-aħjar li stajt minnha. Ta' 14-il sena, avviċinani l-kowċ Josef Mansueto u wara ġimgħat ta' ħsieb iddeċidejt li niċċaqlaq mal-klabb. Inħossni fortunat immens li kelli l-opportunità li nibda nilgħab fl-ogħla diviżjoni hawn Malta ta' 16-il sena. Kemm tgħallimt minn din l-esperjenza? Ovvjament, nemmen li l-'playing time' huwa ferm importanti għal kwalunkwe plejer, speċjalment għall- goalkeeper. Għalhekk, naħseb li kien l-aktar staġun li tgħallimt fih fil-karriera tiegħi s'issa. U xi tgħidli dwar l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Mosta? Peressli jien mill-Mosta stess, inħossni onorat li nilbes in-numru wieħed tal-klabb. Dan huwa t-tielet staġun tiegħi magħhom u nemmen li huwa l-aħjar post bħalissa fejn nista' nitgħallem u navvanza 'l quddiem fil- karriera tiegħi. U fuq il-president George Galea? Il-president George Galea dejjem mexa ta' raġel miegħi u ghandirelazzjonitajbamieghu. Int tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il- 21 sena. X'inhi l-esperjenza tiegħek meta tirrappreżenta lil pajjiżek speċjalment wara l-aħħar riżultati pożittivi li ksibtu bħala tim? Naħseb li bħal kull plejer ieħor, huwa unur kbir kull meta nirrapreżenta lil pajjiżi hawn Malta stess u barra. Nirringrazzja lill-kowċis kollha li fdaw fija u tawni l-opportunità li nitħarreġ u nilgħab mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, u anke iżgħar. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Naħseb li d-distakk li kien hemm qabel bejn it-timijiet ta' fuq u dawk t'isfel qed jonqos u kull skwadra kapaċi tagħtik logħba f 'dan il- kampjonat. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier? Il-kwalità tal-grounds dejjem qed tiżdied matul is-snin. Ovvjament, ikun ferm aħjar jekk nilagħbu fuq art naturali b'mod regolari għaliex tgħinna meta niġu biex nilagħbu f 'livell internazzjonali fejn ir-ritmu tal-logħba jkun ferm għoli. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji tagħna jibdew mid-dar, fejn kollox jaffettwa: id- dieta, kif inqassmu l-ħin tagħna, biżżejjed serħan u d-dedikazzjoni. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudju tiegħek u mal- futbol? Nemmen li l-aktar ħaġa importanti għal student- atleta bħali huwa kif inqassam il-ħin. Bħalissa qiegħed fit-tielet sena minn sitta fl-Università ta' Malta fejn nifforma parti mill- Fakultà tal-Ambjent Mibni. Qiegħed nistudja sabiex jekk Alla jrid nilħaq Perit. Bl-introduzzjoni ta' programmi bħall- 'iStudent Athlete Support Programme' (SASP), qed insibha eħfef biex insolvi sitwazzjoni problematika mmens meta jkolli logħba futbol fl-istess ġurnata tal- eżami. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Inħares dejjem b'ottimizmu lejn il- futur tiegħi. Kull staġun inqiegħed ċerti miri li nixtieq nilħaq u li nipprova nilħaqhom kontinwament. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Huwa importanti immens li jsibu rutina li taqbel għalihom. Sfortunatament, ħafna talent hawn Malta jikber matul is-snin però xorta ma jilħaqx il-potenzjal kollu tiegħu minħabba t-'time management'. Nixtieq ngħidilhom ukoll biex ikunu persistenti f 'dak li qed jagħmlu u jemmnu fih kontinwament. Kulħadd se jsib testijiet fi triqtu għall-miri tiegħu personali. Però, dawk li jifhmuhom u jitgħallmu minnhom biss jimxu 'l quddiem. 'Kull staġun qed inqiegħed ċerti miri li nixtieq nipprova nilħaqhom kontinwament' - Andreas Vella Andreas Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019