Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 Kif bdiet l-imħabba lejn id-dgħajjes u l-powerboats? Kemm id-dgħajjes kif ukoll il- powerboats huma parti min-negozju tal-familja. Dejjem niftakarni f 'dan l-ambjent ferm sabiħ. Kelli tmien snin meta missieri beda jagħmel il- powerboats. Għalhekk ma niftakar l-ebda żmien fi tfuliti fejn ma kontx inkun fuq il-baħar. Għadda ż-żmien u żgħożiti komplejt ngħixha f 'dan l-ambjent marittimu sa ma tħajjartnipparteċipa fl-avvenimenti li joffri dan l-isport. Fil-fatt kien fl-2004 meta ddeċidejt li nieħu sehem fil-kampjonati dinjija tal- powerboats. Kienet xi ħaġa unika li diffiċli ninsa. Anke bħala xogħol ninsab ferħan li involut f 'dan il- qasam għax qisu qed tagħmel xi ħaġa li tħobb. Għadda ż-żmien u f l-2008 ksibt l-ewwel unur tiegħek fil- kampjonati dinjija tal-powerboats. X'tiftakar? Iva dik kienet xi ħaġa oħra ferm sabiħa li għaddejt minnha. Dakinhar irnexxielna nirbħu 12-il tiġrija u ma fallejna l-ebda waħda. B'hekk ħloqna rekord perfett filwaqt li rnexxieli nirbaħ dan il-kampjonat għall-ewwel darba. Dan ma kienx l-uniku suċċess li ksibt minħabba li segwew unuri oħra fis-snin ta' wara hux hekk? Iva fil-fatt sena wara kont irbaħt dan l-istess avveniment mondjali anke jekk tlajna b'magna kompletament differenti. Fis-sena 2011 konna rbaħna fl-Amerika b'dgħajsa li kienet ittella' 120 mil fis- siegħa. Fir-raba' okkażjoni fl-2014 konna morna tajjeb ħafna filwaqt li fil-ħames darba fl-2017 komplejna nikkonfermaw il-potenzjal tagħna. Minn dawn il-ħames rebħiet liema hi l-iktar waħda li tiftakar? Naħseb mingħajr ma rrid ngħidlek li l-ewwel darba li rbaħt fl-2009. Dik hija l-iktar memorja mnaqqxa f 'qalbi. Wara kollox hi xi ħaġa kbira li tkun champion tad-dinja. Niftakar ukoll l-unur tal-2011 minħabba li kkompetejna kontra avversarji li kienu l-krema tal- powerboats dak iż-żmien. Dak kien unur li kien ferm diffiċli li nġibu iżda li rnexxielna nieħduh. Fejn jitrenjaw dawk li huma involuti fil-qasam tal-powerboats? Bħala raceboat ma tantx nitħarreġ fuqha għax inkella tkun qed toħdilha mill-enerġija tagħha. Madankollu nħobb nuża dak li bl-Ingliż jgħidilhom pleasure boats minħabba li xorta tkun qed tħarreġ il-ħiliet tiegħek f 'dan l-isport. Fl-2014 irnexxielek tirbaħ ukoll f 'Ibiża. Bqajt tikkonferma l-aqwa tiegħek anke f 'dan l-avveniment. Iva niftakar li kellna ħames avvenimenti u kellna tappa li minn Salerno ħaditna sa Abudhabi. Kienet tellieqa ferm diffiċli iżda għall-grazzja t'Alla rnexxielna nagħmluha. Kif tiddeskrivi Team Chaudron li waqqaftu int stess? Kollox beda fis-sena 2004 meta bdejna nikkompetu bħala Team Chaudron. Konna ħadna sehem fl-ewwel turnament mondjali tagħna. Bdejna jien u oħti u mill- 2008 'l hemm soqt ħafna ma' Angelo Tedeschi u sewwieqa oħra barranin. Madankollu l-għajta jew l-isem Team Chaudron baqa' dejjem jispikka. Kif ħriġt bl-idea tal-Boomquest? Kont ili madwar tlieta jew erba' snin naħdem mal-UIM. Bdejt naħdem sabiex nieħu anke d-drittijiet li norganizza dan il- kampjonat dinji. Fil-fatt irnexxieli nieħu dan it-titlu ta' promotur. Bdejna naħsbu anke sabiex ikun hemm ċertu standard f 'dak li għandu x'jaqsam magni. Fil-fatt ħsibna li kull min jipparteċipa jkollu l-istess mudell ta' magna dik imsejħa VR 27. Tajjeb li wara kollox id-dgħajjes ikunu l-istess. Peress li jien ser inkun il-promotur iddeċidejt li ma ntellaqx. Għamilna staġun esperimentali fejn kellna żewġ tiġrijiet barra minn Malta inkluż l-Italja. Rajna u ttestjajna kollox sabiex l-attività li ser tiġi organizzata dalwaqt tkun suċċess. Ninsab ħerqan sabiex it-tliet tiġrijiet li għandna bejn is-26 u t-28 t'April ikunu suċċess. Kien hemm tellieqa riċenti li ġiet posposta. X'ġara eżatt? Dan kollu ġara fis-7 ta' Ġunju tas-sena l-oħra meta kellna t-tiġrija tal-boomquest. L-għan tiegħi kien li nikser ir-rekord ta' Mario Invernizzi. Meta kont qed nipprova d-dgħajsa nqala' ħafna maltemp u għalhekk kellu jiġi pospost kollox. Int ġieli soqt ma' Domenic Martini? Jien is-sewwieq ewlieni. Martini jsuq fil-Boomquest. Nimmaġina li huwa ferm importanti li bħala tim tiftiehmu sal-inqas dettall. Hija xi ħaġa kruċjali li tiftiehem sew u tkun taf l-affarijiet kif għandhom imorru. Fost l-oħrajn trid tara li l-istabilizers tad-dgħajsa jkunu kif suppost u skont il-baħar tara li d-dgħajsa tkun modifikata sabiex tiflaħ għall-mewġ u għal dak kollu li l-baħar kapaċi joffri. Aħna nikkomunikaw kontinwament sabiex kollox imur sew. M'ilux ġejt ippremjati fil-UIM Gala Awards. X'tiftakar minn dik l-esperjenza? Iva dawn huma memorji li jibqgħu f 'moħħok. Ġejna ppremjati tal- kampjonat dinji li rbaħna. Kien mument ta' sodisfazzjon kbir mhux biss għalija iżda wkoll għat-tim kollu li ħdimna ferm f 'dawn l-aħħar snin. Semmejt lil Marco Invernizzi. Kemm tafu lil dan il-bniedem? Nafu għax kien għamel il- kategorija evolution. Min-naħa tiegħi jien kelli kategorija inqas u issa żidt rekord inqas u nixtieq inżid iktar. Xi tgħidli dwar id-dgħajsa msejħa Gold Miner? Din hija l-istess mudell ta' dgħajsa li ntellaq biha jien. Hija pleasure boat sabiħa ferm u anke klijent tiegħi għandu bħalha. Int tibni dawn id-dgħajjes hux hekk? Iva, dak huwa xogħli. Kemm jgħinek il-fatt li tkun 'Ma nistax nifhem kif jien ħames darbiet Champion Cristian Antony Muscat Aaron Ciantar - ħames darbiet Champion tad-Dinja tal-Powerboats iżda li inkredibbilment qatt ma rebaħ l-unur tal-Isportiv tas-Sena. L-ewwel u qabel kollox għandi f 'moħħi li nagħmlu skola tal-powerboats. Qed nitkellem mal-federazzjoni sabiex naslu għal dan kollu. Naħseb li tkun xi ħaġa li biha nistgħu nimxu 'l quddiem f 'dan l-isport. Imbagħad hemm il-kampjonat dinji li wkoll hija xi ħaġa storika. " " Tista' tikkompara li jekk int għaddej bil-120 mil s-siegħa l-baħar, tkun għaddej bil-220 mil -art. Trid tqis ukoll li l-baħar huwa iebes biex issuq fuqu. Il-kundizzjonijiet ħżiena li xi kultant ikollu l-baħar ftit jgħinu. Il-mewġ jeettwa wkoll iżda nieħu pjaċir meta jkun baħar imqalleb speċjalment meta tkun tista' tħaddem id-dgħajsa. " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019