Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum Nazzjonali, moviment ultra konservattiv u populist mistenni jikseb tmien siġġijiet. Fil-Latvja, l-Alleanza Nazzjonali hija r-raba' l-akbar partit fil- parlament nazzjonali. Apparti minn hekk, il-partit Ewroxettiku u antiestablishement bl-isem ta' 'Who Owns the State?' mistenni jirbaħ l-ewwel siġġu tiegħu. (L-Ungerija: 17 minn 21 siġġu fil-Parlament Ewropew) Il-Partit tal-President attwali tal-Ungerija Victor Orban, 'Fidesz', partit li jħaddan ideoloġija konservattiva, nazzjonalista u populista mistenni jirbaħ 13-il siġġu fl-elezzjonijiet li ġejjin. Intant il-Jobbik (Moviment għal Ungerija Aħjar) mistenni jirbaħ erba' siġġijiet. Dan il- partit Ungeriż għandu għeruq nazzjonalista radikali u għandu l-għan li jissalvagwardja l-prinċipji Kristjani u valuri Ungeriżi. Fil-passat dan il-partit kien deskritt bħala anti-Semitiku u saħansitra neo-Nazzist (L-Olanda: erbgħa minn 29 siġġu fil-Parlament Ewropew) Il-Partit Populista ta' Geert Wilders li jħaddan politika Ewroxettika, antimmigrazzjoni u populista mistenni jirbaħ 29 siġġu fl-elezzjonijiet li ġejjin. Fl-elezzjoni tal-2017, dan il-partit rebaħ 20 siġġu fil- Parlament Olandiż u b'hekk sar l-akbar partit fl-Olanda. Fl-istess waqt il-partit Forum for Democracy (FVD), partit konservattiv Ewroxettiku mistenni jirbaħ l-ewwel żewġ siġġijiet tiegħu fil-PE. Apparti minn dan, il-partit bl-isem ta' Christen Unie, partit politiku Kristjan li għandu wkoll pożizzjonijiet Ewroxettiċi mistenni jikseb l-ewwel siġġu tiegħu. (L-Awstrija: 11 minn 19-il siġġu fil-Parlament Ewropew) Fl-Awstrija, il-Partit tal- President attwali Sebastian Kurtz mistenni jikseb sitt siġġijiet. Il-Partit iħaddan politika populista u antimmigrazzjoni. Apparti minn dan, il- Freedom Party of Austria, partit populista lemini u konservattiv mistenni jikseb ħames siġġijiet. (Il-Polonja: 24 minn 52 siġġu fil-Parlament Ewropew) Il-partit populist tal- lemin PIS fil-Polonja mistenni jkun l-akbar partit li jirrappreżenta l-Polonja. Attwalment, il-partit populista jinsab fit-tmun tal-Polonja u dan ta' sikwit kien ikkritikat fuq il-politika tiegħu dwar l-immigrazzjoni u r-riformi fil-ġudikatura. Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea bdiet proċeduri kontra l-Polonja fuq is- saltna tad-dritt fil-pajjiż, hekk kif għal-ewwel darba fl-istorja tal-UE li Artiklu 7 tat-Trattat ta' Lisbona kien invokat kontra pajjiż. (Is-Slovakkja: tlieta minn 14-il siġġu fil-Parlament Ewropew) Fl-Islovakkja l-partit Sme Rodina / We Are Family, mistenni jikseb żewġ siġġijiet, dan huwa partit li jħaddan politika populista tal-lemin u antimmigrazzjoni. Min-naħa l-oħra, il-partit bl-isem ta' Our Slovakia magħruf aħjar bħala Kotleba, partit neo-Nazzist mistenni jirbaħ siġġu wieħed. (L-Isvezja: erbgħa minn 21 siġġu fil-Parlament Ewropew) Id-Demokratiċi Svediżi, partit politiku konservattiv soċjali u populist tal-lemin fl-Isvezja mistenni jikseb 4 siġġijiet fl-elezzjoni li ġejja. Il-partit jimxi fuq ideoloġija konservattiva, nazzjonalista u antimmigrazzjoni. Ewroxettiċi li se jikkontestaw s-siġġijiet li jafu jiksbu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019