Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum 'Din is-sena nixtieq naqleb professjonali' - Theon Camilleri minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, il-Boxer Malti Theon Camilleri huwa l-GBBU International Champion ġdid hekk kif il-bieraħ filgħaxija fir-Renju Unit hu rebaħ il-ġlied tiegħu kontra Jack Watson li f '40 ġlieda Amateur u 6 Novice Pro kien għadu qatt ma tilef. Camilleri li għandu 20 sena rebaħ ir-rawnds kollha f 'din il-ġlieda għat- titlu u ċintorin tal-Great British Boxing Union fil-kategorija Super Light. Hu kien akkumpanjat mill- kowċ tiegħu Steve Martin u minn Demis Tonna, Promotur ta' Prize Boxing Promotions. Theon Camilleri nnifsu tana iktar dettalji: "Din kienet l-ewwel ġlieda tiegħi barra minn pajjizi. Ħadt gost ħafna fejn tlajna grupp ta' 18-il Malti. Kelli sapport sabiħ, kienet ġlieda tajba u rbaħt sewwa. Din is-sena nixtieq naqleb professjonali." Valletta Subbuteo Club jirbħu l-Bormla SC Citta Cospicua International Open 2019 FILJIEM li għaddew, Bormla Subbuteo Club bil-kollaborazzjoni tal- kunsill lokali ta' Bormla organizzaw International Open ġewwa l-każin tal- banda San Ġorġ f 'Bormla stess. Valletta Subbuteo Club kienu r-rebbieħa ta' dan it- tournament fil-kategorija tat-timijiet. Bormla Subbuteo Club ġew fi tieni post u warajhom ġew Valletta Lions TFC. Samuel Bartolo ta' Valletta Subbuteo Club kien ir- rebbieħ tal-kategorija Open. Fil-finali Bartolo għeleb lil Charlie Aquilina ta' Bormla SC bl-iskor ta' 5-1.Semifinalisti kienu Tristan Fenech u Mauro Camilleri. Fil-kategorijatal-Veterani Mario Camilleri ta' Valletta Subbuteo club kienir-rebbieħ meta lagħab il-finali kontra Adrian Bonnici ta' Valletta Lions TFC. Il-logħba spiċċat bl-iskor ta' 1-1, iżda ntrebħetminn Camilleri b'sudden death. Is-semifinalisti kienu John Zammit u Charlie Aquilina. Fil-kategorija ta' taħt il-15-il sena Thomas Ebejer ta' Valletta Lions TFC kienir-rebbieħ, fil-finali kontra Jeshua Bonnici ta' Valletta Lions TFC. Kayden Barun u Jayden Bonnici kienu semifinalisti. Il-preżentazzjoni saret mis-Sindku ta' Bormla, is-Sinjura Alison Zerafa Civelli. Theon Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019