Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 Minn Liam Carter KOLLOX beda minn kitba fuq Facebook ta' omm Maltija tistaqsi għal opinjoni fuq diversi ismijiet għat-tarbija tagħha. Fost il-lista, kien hemm l-isem 'Dnegel', bl- istess omm tispjega li dan l-isem kien ispirat mill-kelma 'legend' iżda b'differenza, bil- maqlub. Tista' tgħid li ftit mumenti wara, id-dilemma ta' din l-omm inbidlet f 'ċajta nazzjonali, b'dan l-imbierek Dnegel jispiċċa fiċ-ċentru ta' memes u saħansitra anke uragan tal-Ħadd imsemmi warajh. Minkejja dan, lil hinn miż- żebliħ u ċ-ċajt kienu ħafna li esprimew tħassib serju dwar l-għażliet simili ta' ismijiet f 'Malta. Fid-dawl ta' dan kollu, din il-gazzetta tkellmet mal- Kummissarju tat-Tfal, Pauline Miceli. Mal-ILLUM hi għamlitha ċara li, "l-għażla tal-isem li tingħata tarbija għandha ssir b'għaqal biex iktar 'il quddiem ma ġġegħelhomx jistħu jew ikunu vittmi tal-bullying li nafu kemm huwa preżenti fost it- tfal u l-kbar," spjegat Miceli. Hi kompliet titkellem fuq l-importanza li għandu isem. "Dan huwa parti mill-identità tal-persuna u l-ġenituri jew kustodji tagħhom għandhom l-obbligu li jagħżlu dak l-isem li apparti li jkun jogħġobhom ma jkunx il-kaġun ta' problemi li jistgħu jiffaċċjaw it-tfal meta jibdew jikbru," sostniet il-Kummissarju tat- Tfal. Miceli temmen li jekk il-ġenituri jaħsbu li l-isem jista' jintuża biex jirredikola lil dak li jkun allura jkun fl-interess tat-tfal infushom u tagħhom stess biex dan jiġi evitat. "Ebda ġenitur ma jrid jara lit-tfal tiegħu jbatu bla bżonn minħabba f 'hekk," irrimarkat il-Kummissarju. Tappella għal aktar responsabbiltà mill-adulti u l-ġurnalisti f 'sitwazzjonijiet simili Mal-ILLUM, il-Kummissarju spjegat kif l-għażla tal-ismijiet tista' tvarja skont il-gosti tal- ġenituri u l-kultura tagħhom. "Ħadd m'għandu jiġġudika lil ħadd dwar l-għażliet tal- ismijiet li jingħataw lill-ulied. L-unika ħaġa li hemm bżonn hi li l-ġenituri jiftakru jaħsbu ftit dwar kif dak l-isem jista' jinstema' u jingħad minn ħaddieħor u kif dak jista' jaffettwa lit-tfal tagħhom," saħqet Miceli. Skontha, "isem li jista' jidher stramb f 'ilsienna jew il-kultura tagħna jista' jkollu tifsira ferm differenti għal dawk it-tfal barranin li jgħixu fostna. Għalhekk għandna nrawmu fit-tfal kultura ta' rispett lejn nies li ġejjin minn kulturi diversi u li jħaddnu twemmin ieħor." Fl-istess waqt Miceli appellat għal aktar responsabbilità mill-adulti u l-ġurnalisti f 'sitwazzjonijiet simili bħal dik ta' Dnegel. "F'dan il-każ kienu l-adulti li waqqgħu l-isem għaż-żufjett u jekk vera hemm tifel jismu Dnegel min jaf kif qed iħossu bħalissa. L-istess ngħidu għall- ġenituri tiegħu," qalet Miceli. Fl-aħħar nett hija sostniet li, "il-ġenituri għandhom id-dritt u r-responsabbilità li jagħżlu isem għat-trabi tagħhom għandhom jieħdu dan bis-serjetà billi jirrispettaw id-dinjità ta' wliedhom u jikkunsidraw x'jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet fuqhom iktar 'il quddiem. 'L-għażla tal-isem għandha ssir b'għaqal' tgħid il-Kummissarju tat-Tfal Fid-dawl ta' 'Dnegel' il-Kummissarju tat-Tfal, Pauline Miceli tappella għal aktar kawtela fl-għoti tal-ismijiet tat-tfal Tappella għal aktar responsabbilità mill-adulti u l-ġurnalisti f 'sitwazzjonijiet simili " " Il-Kummissarju tat-tfal - Pauline Miceli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019