Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 Tellieqa billejl mis-serje Eurosport Trail Running League Race tiġbed il-folol AGONES SFC, li issa stabbilixxew ruħhom bħala speċjalisti fit-trail running ġewwa Malta, ospitaw it-tieni tellieqa tas-Serje Eurosport Trail Running f 'Birzebbugia nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Filwaqt li l-ħsieb li timxi għal madwar sitt kilometri billejl, f 'temp kiesaħ, madwar il-widien u l-mogħdijiet f 'Birżebbuġa jista' ma jkunx attraenti għal kulħadd, xorta din it-tellieqa ġibdet kważi 150 atleta li kienu lesti li jesperjenzaw ġirja oħra, din id-darba bil-lejl. Mgħammra bit-torċijiet, l-atleti kienu maqsuma fi tliet mewġiet biex jiżguraw li nħolqu ftit ostakli f 'xi partijiet dejqa tar-rotta li kienet tinkludi taħlita ta' nżul off road, partijiet ta' wita kemm fit-toroq, kif ukoll fil-widien. Fil-Kategorija tal-Irġiel Ryan Farrugia (Raptorz Running Club) ħa postu fuq quddiem segwit minn Pierre Chicco, ukoll jirrapreżenta lil Raptorz Running Club. Chicco daħal kważi minuta wara Farrugia. Fit-tielet post kien Gerald Grech li daħal 30 sekonda wara Chicco. Dawn ir-riżultati jirriflettu l-istess postijiet miksuba fl-ewwel tellieqa tas-Serje fil-Buskett. Sadanittant fil-kategorija tan-nisa, Tara Abdilla kisbet rebħa oħra. Abdilla ġiet segwita minn Carmen Hili li spiċċat kważi tliet minuti wara Abdilla. It-tielet post ġie miksub minn Bronwyn Hunter li tat prestazzjoni tajba biex jegħleb uħud mill-atleti li rreġistraw post aħjar fl-ewwel tellieqa. L-atleti ġew ittrattati għal ikel ħafif b'korteżija ta' Agones SFC u Al Fresco Restaurant u midalja prodotti minn materjali favur l-ambjent. Il-Midalji u t-trofej kienu prodotti mill- artista mill-Ġibiltà Phillippa Shaw, mill-injam. Il-kurdun kien magħmul minn spag li ma jagħmilx ħsara lill- ambjent. "Għandna pjaċir li nkunu klabb li jospita avvenimenti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. It-Trail Running idur mal-fatt li wieħed igawdi, jirrispetta u japprezza l-ambjent ta' madwaru. Ir-rotot ġew immarkati b'tape bio- degradabbli u ma ngħatawx fliexken tal-plastik meta l-atleti spiċċaw it-tellieqa," spjega Warren Muscat, President, Agones SFC. Caroline Zammit, li tirrappreżenta lil Agones SFC, ippreżentat it-trofej u l-premjijiet lir-rebbieħa. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.agones-sfc.eu. Ritratti - Kevin Mifsud japprezza l-ambjent ta' fliexken tal-plastik meta Caroline Zammit, li Għal aktar informazzjoni Ritratti - Kevin Mifsud Ritratti - Kevin Mifsud

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019