Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 WARA s-sorpriżi tal-vot ta' Brexit u r-rebħa ta' Donald Trump fl-Istati Uniti, ħafna osservaturi politiċi kienu tal-fehma li l-populiżmu kien laħaq l-ogħla livell fl-UE. It-telfa ta' Geert Wilders fl-Olanda u r-rebħa ta' Emmanuel Macron fi Franza nisslet daqsxejn ta' kuraġġ għall- Ewrokratiċi u l-istatus quo fi Brussell. Minkejja dan, l-andamenti politiċi f 'diversi elezzjonijiet madwar pajjiżi membri stati reġgħu sfrattaw il- mistrieħ tal-Ewrokratiċi hekk kif fl-Italja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Awstrija u fil- Ġermanja, il-partiti populisti kisbu riżultati storiċi fl-elezzjonijiet lokali. Din il-ġimgħa l-ILLUM tat ħarsa lejn is-sondaġġi tal-Parlament Ewropew li jkunu ppubblikati kull ftit żmien fil-perjodu ta' qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew liema elezzjonijiet se jsiru Malta f 'Mejju li ġej. Skont is-sondaġġi, il-partiti populisti, antimmigrazzjoni u Ewroxettiċi mistennija jagħmlu kisbiet sostanzjali. (L-ebda siġġu minn sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew) Id-dominju politiku f 'Malta hu ddominat minn żewġ partiti ewlenin minkejja dan fi żmien riċenti twaqqfu wkoll partiti politiċi populisti. Fosthom hemm Il- Moviment Patrijotti Maltin u l-Imperium Ewropa; partit b'ideoloġija ta' lemin estrem u Neo-Nażista. Skont l-aħħar sondaġġi l-ebda minn dawn mhu mistenni jirbaħ xi siġġu fil-PE. (Il-Belġju: ħamsa minn 21 siġġu fil-Parlament Ewropew) Fil-Belġju, il-Partit New Flamish Alliance (N- VA), partit konservattiv u populist immexxi minn Bart De Wever mistenni jirbaħ erba' siġġijiet fil-PE. L-NVA, li hu l-aktar partit politiku popolari fiż-żona tal-Flanders fil-Belġju. Dan tal-aħħar ilu żmien jisħaq li ż-żona tal-Flanders għandha ssir stat indipendenti mill- bqija tal-Belġju. Fl-istess waqt, il-partit estremista 'Vlaams Belang' mistenni jirbaħ siġġu wieħed fil-Parlament Ewropew. (Ir-Repubblika Ċeka: tmienja minn 21 siġġu fil- Parlament Ewropew) ANO 2011 hu partit populist ċentrist fir- Repubblika Ċeka, imwaqqaf minn Andrej Babis wieħed mill-aktar persuni sinjuri fl-istess pajjiż. Dan il-partit mistenni jirbaħ tmien siġġijiet fl-elezzjonijiet li ġejjin. (Id-Danimarka: tlieta minn 14-il siġġu fil-Parlament Ewropew) Taħt it-tmexxija ta' Kristian Thulesen Dahl, id-Danish People's Party, partit nazzjonalista populist mistenni jirbaħ tliet siġġijiet fl-elezzjoni tal-PE. Id-DPP jimxi ma' politika li hi kontra l-immigrazzjoni. (Il-Ġermanja: 12 min 96 siġġu fil-Parlament Ewropew) Il-Partit AFD, Alternattiva għall-Ġermanja) li f 'Ottubru li għadda kiseb riżultati tajbin ferm fl-elezzjoni federali fil-Ġermanja, mistenni jirbaħ 12-il siġġu fl-elezzjoni prospettiva tal-PE. Immexxi minn Frank Magnitz, l-AFD qed jippromwovi politika antimmigrazzjoni u nazzjonalista. (L-Estonja: tnejn minn seba' siġġijiet fil-Parlament Ewropew) Fl-Estonja il-Partit nazzjonalista konservativ EKRE, partit kontra l-immigrazzjoni u multikulturariżmu mistenni jirbaħ żewġ siġġijiet. Apparti minn hekk, il-Ħadd li ġej se jsiru l-elezzjonijiet fl-Estonja u skont l-aħħar sondaġġi l-istess partit mistenni jakkwista 20% tat-total tal- voti u b'hekk dan isir it-tielet l-akbar partit fl-Estonja. (Il-Greċja: tnejn minn 21 siġġu fil-Parlament Ewropew) F'Jannar 2015, il-partit neo-faxxist Golden Dawn sar it-tielet l-ikbar partit politiku fil-Parlament tal- Ġreċja propju tliet snin biss wara li kkontesta l-ewwel darba fil-Parlament. Fl-elezzjonijiet li ġejjin dan il-partit tal-lemin estrem mistenni jirbaħ żewġ siġġijiet. (Spanja: 12 minn 59 siġġu fil-Parlament Ewropew) Imwaqqaf biss sitt snin ilu, minn eks membri fil-Partit Popolari ta' Spanja, VOX huwa moviment populista tal-lemin li fl-elezzjonijiet li ġejjin mistenni jirbaħ sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Fl-aħħar elezzjonijiet ġenerali fi Spanja dan il- Partit kien irnexxielu jirbaħ 12-il siġġu mit-total ta'109 u b'hekk daħħal l-ewwel darba fil-Parlament. (Franza: 29 minn 79 siġġu fil-Parlament Ewropew) Ir-Ressamblent National, dik li qabel kienet tissejjaħ bħala Front National, mistennija tirbaħ 21 siġġu mit-total ta' 79. L-RN huwa partit b'ideoloġija ta' nazzjonaliżmu Franċiż, libertà ekonomika, populiżmu tal-lemin u kontra l-immigrazzjoni. Min-naħa l-oħra, il- partit xellugi populist La France Insoumise, mistenni jikseb tmien siġġijiet fl- elezzjonijiet li ġejjin. Dan twaqqaf fis-sena 2016 minn Jean-Luc Mélenchon; eks Membru tal-Parlament Ewropew u eks president tal- Partit Xellugi. (Il-Kroazja: tnejn minn 12-il siġġu fil-Parlament Ewropew) Fil-Kroazja, il-Partit li bl-isem ta' Human Shield mistenni jirbaħ żewġ siġġijiet. Interessanti huwa l-fatt li dan il-partit jimxi lil hinn mill-ideoloġiji politiċi nazzjonali u minflok jgħid li għandu l-interess umanitarju fiċ-ċentru tal- politika tiegħu. Madankollu l-politika tagħhom hi waħda, Ewroxettika u antiestablishment. (L-Italja: 49 minn 76 siġġu fil-Parlament Ewropew) Fl-Italja, il-partiti tal- Lega Nord u l-Movimente Cinque Stelle jidhru li se jkunu l-aktar żewġ partiti politiċi fl-Italja li se jirbħu siġġijiet fil-PE. Iż-żewġ partiti li bħalissa jmexxu l-Gvern Taljan f 'koalizzjoni jħaddnu twemmin politiku li jvarja però wieħed ibbażat fuq il-populiżmu u Ewroxettiċiżmu. Il-Lega ta' Salvini mistenni jiġbor 27 siġġu filwaqt li ċ-Cinque Stelle ta' De Maio jirbaħ 22 siġġu. (Ċipru: tnejn minn sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew) Fuq il-gżira ta' Aphrodite, il-partit ELAM partit b'ideoloġija ta' nazzjonaliżmu Grieg mistenni jirbaħ siġġu. Dan il-partit huwa wieħed Ewroxettiku u kontra l-immigrazzjoni. (Il-Latvja: tmien siġġijiet minn disgħa fil-Parlament Ewropew) Fil-Latvja l-Alleanza Aħbarijiet Aħbarijiet Il-partiti Populisti u Ewroxettiċi l-elezzjonijiet tal-MEPs u s-siġġijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019