Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 SHAW Dimech - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-hockey lokali f 'dawn l-aħħar snin u li bħalissa jinsab misluf ma' Rabat mingħand Qormi Daikin. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-hockey? L-imħabba tiegħi lejn il-hockey bdiet għax dejjem xtaqt nagħmel xi ħaġa differenti mil- maġġoranza. Bdejt ninżel kull nhar ta' Sibt Ħal- Qormi fil-kategorija tal-juniors u minn hemmhekk ħassejt ġibda lejn l-isport. Kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport li tant tħobb? Komplejt nevolvi f 'dan l-isport għax qatt ma rajtu bħala passatemp u dejjem rajtu bħala dmiri għall- klabb. Madankollu biex komplejt nissaħħaħ fih, apparti t-taħriġ ma' Ħal- Qormi mort b'self mar- Rabat. Dan kollu għeni biex noħroġ ċerti valuri fija bħal- leadership u teamwork. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' Qormi Daikin? Esperjenza li tgħallimt ħafna minnha u tista' tgħid li rbaħt kull unur li kien hemm magħhom. Għenitni kemm bħala plejer kif ukoll fil-ħajja ta' kuljum b'mod fiżiku u anke mentali. U dik ta' matul dan l-itsgaun li tinsab b'self ma' Rabat? Is-self mar-Rabat hi esperjenza tajba ħafna kif ukoll ta' tagħlim għax magħhom komplejt nimmatura fil-logħba tal-hockey. Ma' tim ieħor int titgħallem tilgħab bi stil differenti u b'hekk tista' tvarja u t-teknika li tkun tgħallimt miż-żewġ timijiet. Magħhom għandi unur ukoll li nilgħab mal-aqwa players li hawn f 'Malta u nitgħallem minnhom. Kif thossok kull meta taffronta lil Qormi Daikin? Inħossni motivat u nipprova nilgħab l-aħjar logħba li nista' biex meta jgħaddi dan l-istaġun nirritorna u nieħu posti b'mod regolari ma' Qormi. Madankollu, ovvjament li nilgħab kontra sħabi li kbirt magħhom qatt mhi faċli! Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ specjalment nisa li bħalek jixtequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-hockey. Il-messaġġ tiegħi lil dawk it-tfal u żgħażagħ hu li jkomplu jagħmlu ħilithom f 'dan it-taħriġ għax qatt mhu tard biex titgħallem affarijiet ġodda għax dejjem se jkun hemm fejn tista' tiżviluppa u tissaħħaħ fil-logħba tiegħek. Unuri individwali li rebaħ Shawn Dimech: Under 12 most dedicated player Under 12 most promising player Under 14 most dedicated player junior club award Citta Pinto best male player Under 17 most promising player Unuri li rebaħ fuq bażi ta' klabb: Il-kampjonati tal-juniors kollha Il-kampjonat ma' Qormi Daikin (2) In-knockout tas-supercup Iċ-challenge club Il-Euro division 4 illum Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 'Qatt mhu tard biex titgħallem aff arijiet ġodda' - Shawn Dimech SHAW Dimech - fost l-aqwa plejers li Rabat v Whitehart Ritratt: Andrea Curmi Photography ħafna minnha u tista' tgħid li rbaħt kull unur tkun tgħallimt miż-żewġ timijiet. Magħhom għandi Għaddi messaġġ lil dawk player Under 12 most promising

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019