Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum titmexxa minn maġġoranza Nazzjonalista hija mimlija proprjetajiet mill-isbaħ li jiswew il-flus u miżgħuda b'boutique hotels, jeżistu wkoll diversi realtajiet soċjali, fosthom nies li jgħixu waħedhom u mhux f 'kundizzjonijiet tajbin. "Għal dawn in-nies il- Valletta 2018 ġiet u marret u minnha ma ħadu xejn," insista s-Sindku. "Ngħidu li llum li tgħix il-Belt saret lussu, iżda l-Belt hawn ħafna każi soċjali u jeħtieġ nindirizzawhom. Għandu jkun hemm għajnuna diretta biex nindirizzaw dawn il-każi. Hawn problema ta' akkomodazzjoni fil-Belt. Għalfejn ma hawnx proġett ta' akkomodazzjoni soċjali fil-Belt biex il-Beltin jibqgħu jgħixu fil-Belt." Kien hawn li assigura lil dawn il-persuni li l-Kunsill Lokali qiegħed viċin tagħhom u jinteressah minnhom waqt li fakkar is-servizz ta' trasport b'xejn li l-Kunsill Lokali qiegħed joffri għall-anzjani, flimkien mas-settur privat, miżura li issa qed jintroduċuha wkoll kunsilli oħra. 'Il-gwardjani lokali għandhom jaqgħu taħt il-kunsill' Iżda apparti r-realtajiet soċjali, l-ambjent f 'ċertu żoni tal-Belt ma tantx jilqgħek. Il-Belt mhijiex Strada Rjali u Strada Merkanti biss. X'jaħseb is- Sindku? "Qabel tkun fil-kunsill, toħlom u taspira li tbiddel. Iżda meta tkun fuq is-siġġu tal- poter taraha mod ieħor. X'fondi għandek? Kważi l-fondi kollha li nirċievu fil-Gvern jintużaw għat-tindif u manutenzjoni. Ma jifdallek xejn jew ftit għal proġetti ġodda," saħaq is- Sindku. Kompla jisħaq li l-kunsill lokali jrid ikun intelliġenti biżżejjed biex fondi għal dawn il-proġetti jġibhom minn bnadi oħra. "Trid taħdem inti biex iġġib jew fondi oħra mill-Gvern, jew mill-Unjoni Ewropea jew inkella tissieħeb mal-privat kif għamilna bit-trasport," kompla jispjega Micallef. Kien hawn li fakkar ukoll li meta l-gwardjani lokali kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-kunsill lokali, il-flus miċ- ċitazzjonijiet kienu jidħlu għandu. "Almenu meta xi ħadd kien iwettaq inkonvenjent għad- dettriment tar-resident, miċ- ċitazzjoni li jħallas, il-kunsill kien qed jinvesti f 'xi ħaġa li minnha jgawdu r-residenti," kompla Micallef. "Deċiż li naħdmu biex il-kunsill lokali tal-Belt Valletta jerġa' jkollu f 'idejh il-gwardjani lokali anke għax importanti li l-kunsill ikollu kontroll fuq is-sigurtà tal-lokalità." Il-parkeġġ. X'qed jipproponi? Il-parkeġġ. Jibqa' wġigħ ta' ras għar-residenti Beltin. X'jaħseb Christian Micallef? Saħaq li dwar il-parkeġġ ma jilmentawx biss ir-residenti, iżda anke s-sidien tan-negozji li jinsistu li l-bejgħ naqas minħabba l-parkeġġ, għax skonthom hemm wisq parkeġġ riservat għar-residenti. Ovvjament, il- Beltin jgħidu bil-kontra. "Irid jinħoloq bilanċ," saħaq is-Sindku waqt li insista li din il-problema tista' tkun indirizzata billi jissaħħaħ is-servizz tal-park & ride u billi jiġu implimentati proġetti ta' parkeġġi barra l-Belt. Fost dawn semma l-proġett tal- parkeġġ ta' Floriana FC. "Il-Gvern kien wegħedna wkoll parkeġġ li kellu jieħu ħsiebu l-kunsill tal-Belt fi sħab ma' Valletta FC li iżda sal-lum għadu ma ġiex mogħti lilna," qalilna s-Sindku. Iżda dawn jieħdu ż-żmien biex isiru. Christian Micallef jemmen li immedjatament għandu jissaħħaħ l-infurzar biex jonqos l-abbuż waqt li insista li jiddejjaq ħafna b'dawk il-każijiet ta' persuni li jaħdmu jew għandhom l-uffiċini l-Belt u għax jistgħu jħallsu, jiġu jaqgħu u jqumu u jipparkjaw fuq il-parkeġġ tar-residenti. "Alexiei Dingli kien ħareġ bi proposta u qegħdin f 'diskussjonijiet biex min jinqabad jabbuża kontinwament mill-parkeġġ tar-residenti, mhux biss jingħata multa iżda jkollu l-karozza kklampjata biex lilu toħloqlu inkonvenjent," saħaq Micallef. "Din hija waħda mir- raġunijiet għalfejn nixtieq li l-gwardjani lokali jkunu jaqgħu taħt il-kunsill." L-interess tan-negozji qed jirbaħ fuq dak tar-residenti? "Iżda ma taħsibx li xi kultant l-interess tan-negozji jirbaħ fuq dak tar-residenti?" staqsejna lis- Sindku li dlonk wieġeb li anke jekk mhux dejjem ikun faċli, is-soluzzjoni hi li dejjem jinstab bilanċ. "Jekk irrid inkun populist ngħid li r-residenti Beltin għandhom jingħataw preċedenza. Fil-fatt hekk hu, iżda l-komunità kummerċjali ma nistgħux ninjorawha, anke għax din tħaddem ħafna Beltin ukoll. Għal raġunijiet ovvji, inkluż il-parkeġġ, sid ta' ħanut jaqbillu jħaddem lil xi ħadd mill-Belt," insista s-Sindku. Alexiei Dingli kien qal mal-ILLUM li ma jaqbilx ma stabbilmenti bħal ristoranti u barijiet f 'żoni residenzjali tal-Belt. Is-Sindku l-ġdid jaqbel perfettament ma' dan u insista li ż-żoni residenzjali għandhom jibqgħu dejjem żoni residenzjali. "Jinkwetani ħafna meta jkun hemm dan l-iżvilupp," insista Micallef. "Irridu nżommu f 'moħħna li fil-Belt jgħixu ħafna anzjani. Diġà qed ingerrxu ħafna Beltin inkluż anzjani." Micallef lest iħalli kollox u jkun sindku full-time? U fl-aħħar nett, x'jaħseb dwar il-proposta li s-sindki jkunu full-time. Lest iwarrab kollox, inkluż il-karriera tiegħu, biex ikun Sindku full-time? Christian Micallef hu tal- fehma li mhux is-sindki biss ikunu full-time imma anke d-Deputati Parlamentari. "Biex nagħmlu dan, irridu ngħollu l-onorarja għal dawn in-nies biex nattiraw l-aqwa nies lejn il-politika tagħna," insista Micallef. "Nassigurak li hemm ħafna nies li huma kapaċi u sal-lum għadhom ma resqux lejn il-politika minħabba din ir-raġuni. Għandhom karriera u l-paga ma tattirahomx." Mistoqsi direttament jekk hux lest iwarrab kollox biex ikun sindku full-time, Micallef wieġeb li l-Belt Valletta hija wisq għal qalbu u lest li jwarrab kollox biex iserviha. "Erbaħt l-unur tal-aqwa ġurnalist tal-isport disa' darbiet iżda dawn flimkien ma jagħmlulix l-unur daqskemm inħossni onorat li jien is- Sindku tal-Belt Valletta," temm jisħaq Micallef. Christian Micallef is-Sindku tal-Belt Valletta Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019