Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 648 • 24 ta' Marzu 2019 L-ewwel minn sensiela ta' artikli b'ħarsa lura lejn ir-riżultati elettorali u l-previżjonijiet Ara paġni 5,6 u 7 X'juru ċ-ċifri li kisbet l-ILLUM dwar is-serq mid-djar fl - aħħar sena? • Medja ta' żewġ serqiet kuljum minn Jannar tal- 2018 sax-xahar li għadda, għal total ta' 992 serqa • San Pawl il-Baħar l-aktar lokalità li fi ha seħħ serq minn djar b'117-il serqa, segwita minn Tas-Sliema b'66 serqa • Numri baxxi ħafna ta' serq f 'Għawdex, b'massimu ta' 10 seriqet fi ż-Żebbuġ li jinkludi lil Marsalforn ŻEWĠT IDJAR JINSTERQU KUL JUM €1.2m profitt minn telf ta' €31m fl-Air Malta Minn Liam Carter F'KUMMENTI li ta lil din il- gazzetta propju ftit wara li tħabbar l-andament finanzjarju pożittiv għal Air Malta bl-ewwel profitt fi 18-il sena, il-Ministru għat- Turiżmu Konrad Mizzi, qal li l-fattur li ddetermina t-titjib fil- qagħda tal-linja nazzjonali tal-ajru kien propju l-ħaddiem. "L-akbar riżorsa li għandha l-Air Malta hija n-nies," sostna Mizzi. Skontu, "il-ħaddiema huma determinati u jemmnu fil-bidla u lesti biex ikunu aktar flessibbli. Il-fatt li ffirmajna ftehim kollettiv ma' erba' gruppi ta' ħaddiema, ifisser li nistgħu nkomplu nkabbru," qal il-Ministru. Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk dan il-profitt kienx attribwit għad-dħul li l-linja nazzjonali tal-ajru għamlet mill-bejgħ tal-islots, argument li qed isir minn bosta, Mizzi għamilha ċara li dan l-argument ma jreġix. "Mhux veru. Illum ippreżentajna żewġ profitti. Wieħed tal-operazzjonijiet u l-ieħor li huwa l-bottom line. Jekk tħares lejn id-dħul mill-islots aħna daħħalna €15-il miljun," spjega Mizzi. Tkompli f 'paġna 14... Ara paġna 3 L-ewwel

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019