Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- basketball? Kont espost għall-basketball minn eta' żgħira tista tgħid b'mod naturali għall-fatt li missieri huwa Willie Vassallo, ikona tal-basketball fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv lokali għal kważi 50 sena. Għadni niftakar pjuttost tajjeb l-ewwel darba li akkumpanjajt lil missieri fl-1977 għal partita tat-tieni diviżjoni bejn Żebbuġ u Ġżira ġewwa l-padiljun antik b'art tal-konkos f 'Ta' Qali. Minn dakinhar, bqajt imkaħħal mal- logħba u kont nitla' ma' missieri fil-gyms f 'Ta' Qali, De La Salle u aktar tard Kordin, l-ewwel għall-gost fejn kont inħobb inżomm il-punti tat-timijiet, bil-palletti tal-ħadid, fuq l-iscoreboards manwali ta' dak iż-żmien u mbagħad bħala tfajjel akkanit li nitgħallem il-logħba wara li ta' 10 snin mort skolasport fil-Marsa. Ta' 12-il sena ngħaqadt ma' Luxol fejn domt ħames staġuni u anke doqt u ksibt l-ewwel punti fl-ewwel diviżjoni. Wara lgħabt tliet staġuni ma' Floriana, sena ma' Conte di Fontegreca u l-aħħar żewġ staġuni, qabel weġġajt, ma' Ħamrun Liberty. Ma' dawn it-timijiet kelli sodisfazzjon ta' rebħ ta' xi unuri diversi kif ukoll unuri individwali bħal drabi plejer tal-ġimgħa (unur li m'għadux fis-seħħ) fl- ewwel diviżjoni kif ukoll l-aqwa '3-point shooter' fl-1990 u l-1991. Wara erba' snin wieqaf, ippruvajt nerġa' nipprova nilgħab din id-darba fit-tieni diviżjoni ma' Mellieħa, imma anke jekk spiċċajt nirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena, iddeċidejt li nieqaf ghal kollox kemm minħabba li l-uġiegħ wara kull logħba ma kienx sabiħ iżda wkoll għaliex kont issa qed nersaq viċin bħala referì internazzjonali. U kif għażilt proprju l-karriera ta' referì? Dħalt fil-qasam b'koinċidenza wara li kelli nieqaf ħesrem milli nilgħab fl-ewwel diviżjoni. Sa dak il-ħin, ma tantx kont nara lir-referis minn lenti sabiħa u qatt ma ħsibt li nkun bis-suffara. Wara ftit xhur wieqaf, kont imħeġġeġ, wara bosta telefonati u laqgħat, mill- president ta' dak iż-żmien Joe Farrugia u wara li aċċetajt, sibt li kollox ġie naturali u qatt ma ħarist lura. Id-debutt lokali tiegħi kien fl-1992 f 'partita femminili milgħuba f 'Għawdex bejn l-istess Għawdex u Mosta flimkien ma' Antoine Cefai. Minn dakinhar diġà qattajt 27 staġun u aktar minn 800 logħba fl-ogħla diviżjoni lokali maskili u kburi li l-iktar referì fl-istorja b'numru ta' finali tal-playoffs u finali KO u Shield. Int ukoll referì rikonoxxut fl-ambitu Ewropew tal-Basketball. X'tgħidilna dwar dan? Kien f 'Mejju 1996 li kkwalifikajt bħala referì internazzjonali, ta' 25 sena, wara clinic finali ġewwa Bratislava. Id-debutt tiegħi wasal f 'Novembru 1996, f 'partita femminili mit-Tazza Ronchetti bejn Messina (l-Italja) u Osnabruck (il- Ġermanja). Xahar wara kelli partita mic- champions league femminili bejn Como (l-Italja) u Ramat Hasharon (l-Iżrael). Illum, ta' 48 sena, ninsab fl-aħħar snin tal-karriera internazzjonali peress li l-massimu hu ta' 50 sena però r-rieda għadha qawwija u t-tagħlim ma jieqaf qatt. Fl-aħħar xhur ksibt ukoll kwalifika oħra hekk kif kont parti mill- ewwel grupp ta' 40 ruħ minn madwar l-Ewropa li, wara kors intensiv, ksibna ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ġdida ta' FIBA instructor. Hemm xi logħba li kkontrollajt li hija aktar memorabbli minn oħrajn? Mill-ewwel logħba Ewropea 23 sena ilu, sa issa kkontrollajt ferm aktar 450 partita internazzjonali li jvarjaw minn finali ta' kampjonati Ewropej, 'full internationals', logħob ta' Tazzi Ewropej ta' klabbs u kategoriji oħra u jkun hemm partiti li jibqgħu fil-memorja u kienu sinifikanti. Kull staġun ikollu s-sabiħ tiegħu. Fl-aħħar xhur il-partiti internazzjonali ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad- Dinja Ċipru vs l-Awstrija, l-Italja vs il-Maċedonja kif ukoll l-Ingilterra vs l-Iżrael, li marret fil-ħin barrani, kienu sbieħ. Nemmen li mument kruċjali fil-karriera tiegħi, li għollieni ferm 'il fuq fir- rankings, wasal fl-2006 waqt il-Logħob tal-Commonwealth ġewwa Melbourne, l-Awstralja. Hemmhekk, taħt il-lenti ta' nies li jifhmu, kelli prestazzjonijiet tajbin u spiċċajt ġejt fdat bil-kontroll tal-finali bejn l-Awstralja u New Zealand quddiem aktar minn 16,000 ruħ. Wara dan, bdew jaslu ferm aktar nominazzjonijiet u wieħed mill-aktar importanti, li jien ferm kburi biha anke jekk ħafna f 'Malta ma jirrealizzawx l-importanza u l-fatt li ċ-ċansijiet huma żgħar li referì minn pajjiż żgħir fil-basketball jasal għal tragwardi bħal dawn, kien meta kont magħżul għall- finali tal-kampjonati maġġuri Ewropej, EuroBasket 2011, ġewwa l-Polonja. Sentejn wara, fl-2013, wasal tragward ieħor ta' livell ferm għoli meta kont referì fil-Final 8 tal-EuroLeague femminili ġewwa Ekaterinburg fir-Russja. Partiti oħra li jien ferm kburi bihom huma dawk għal midalja tal-bronż fil-Kampjonati u20 Division A fl-2011 bejn is-Serbja u l-Polonja u fl-2017 bejn ir-Republikka Ċeka u l-Belġju kif ukoll fil-Kampjonati u18 Division A fl-2013 bejn Latvja u Spanja. Hemm bosta partiti oħra fl-ambitu Ewropej li niftakar f 'dawn is-snin kollha imma rrid ukoll nsemmi l-esperjenza sabiħa li kelli meta fl-2014 kont ġejt mistieden biex immur nikkontrolla f 'ġimgħat differenti fil-kampjonat professjonali BBL fl-Ingilterra u b'kollox kont irreffjajt 10 partiti matul dak l-istaġun. Liema kienet l-aktar logħba diffiċli li qatt ikkontrollajt? L-ebda partita hi faċli u referì jrid ikun iffukkat għax jekk le, qed jistieden il- problemi. Jekk inħares lura, kien hemm partiti diffiċli quddiem partitarji ferm numerużi u f 'ambjent bil-bosta ostili però dan huwa xi ħaġa li tistenna f 'xogħlok u tidrah. Però inċident li niftakar sew kien fl-2015 waqt logħba mill-FIBA EuroLeague bejn Praga u Galatasaray meta wara biss erba' minuti logħob, bħala r-referì prinċipali, kelli nwaqqaf il-logħba għal nofs siegħa wara li nqala' ġlied bejn il-partitarji ultras rispettivi u bosta minn dawn spiċċaw jaqbżu u fiżikament jissieltu anke ftit metri 'l bogħod minni fuq il-court. Kemm kien faċli li tinfed fl-ambitu Ewropew? Il-bidu kien ferm diffiċli. Kont niddejjaq ferm nisma' bosta drabi, 'imma f 'Malta tilagħbu basketball?' u ma kienx faċli li n-nies ta' fuq ta' dak iż-żmien jafdawk f 'partiti importanti meta l-ewwel ħsieb li jassumu kif jisimgħu Malta kien, pajjiż żgħir, livell baxx allura tistenniex ħafna minn dan r-referì. Bla tlaqliq, mhux faċli tkun mhux biss referì li qatt ma rawk (illum hi differenti minħabba l-internet) imma wkoll ġej minn pajjiż meqjus inferjuri u żgħir. Investejt ħafna u ħafna ħin u riżorsi biex nitjieb teknikament, mentalment u fiżikament u kienu l-perseveranza u l-paċenzja, quddiem kull bieb li inizjalment sibt magħluq, li għenuni nippersisti, bosta drabi totalment waħdi u mingħajr għajnuna, fl-għan li negħleb din l-istigma li teżisti rigward pajjiżna fl-ambitu sportiv. Wara ftit snin tgħallimt li m'għandix bżonn nuri x'naf lil ħadd imma għandi naħdem biss biex inkun 100% f 'kull logħba li ningħata. U bil-mod il-mod, grazzi wkoll għall- fatt li kelli partiti pożittivi quddiem osservaturi ta' stoffa, bdejt niġi aktar fdat u tielgħa fir-rankings u llum hi storja differenti għax inħoss li ksibt ħafna aktar minn mistenni għal wieħed minn pajjiż żgħir u nħoss li ningħata rispett sħiħ fil- kamp Ewropew. Kif jirnexxilek iżżomm kalm meta tisma' xi nies joffenduk mill-istands? Qatt ma tista' tkun popolari għax trid tieħu deċiżjonijiet xi kultant iebsin u dejjem ħa tolqot liż-żewġ naħat xi darba jew oħra. Maż-żmien huwa naturali li wieħed irabbi ġilda ħoxna u drajt sew nibqa' ffukkat. Fortunatament jien dejjem kont pjuttost bniedem ferm kalm però l-aktar importanti hu li wieħed ikun ffukkat u kkonċentrat. Bla dubju, dan huwa aktar faċli f 'padiljun mimli u b'logħob veloċi u ta' livell għoli. Fil-fatt, fil-kamp Ewropew nista' nintilef fil-logħba, bla ma nisma' l-madwar, il-ħin kollu. Il-problema hi aktar meta lokalment, f 'ċertu partiti, ikun hemm ftit tużżani u waqt li l-logħba tkun milgħuba b'intensità u ritmu baxx, ikollok bilfors anke jekk ma tridx tisma' xi elementi, li suppost jagħtu eżempju jew li jaħsbu li jafu l-fatti, li Perserveranza, paċenzja u rieda interna jixprunawh Cristian Antony Muscat Bernard Vassallo - wieħed mill-aqwa referis li qatt ipproduċa l-basketball lokali waqt li għamel isem u ġieħ lil pajjiżna wkoll -ambitu Ewropew ta' dan l-isport tant popolari madwar id-dinja. Tant hu hekk li huwa meqjus bħala awtorità bħala referì l-basketball internazzjonali. Xejn ma jiġi b'xejn jew mil-lum għal għada. Irid ikollok paċenzja u dejjem tkun lest li titgħallem u timxi pass, pass " " Wieħed ukoll irid jiftakar li qatt ma wasalt għax anke jekk tasal, trid iżżomm il- livell tiegħek. It-tagħlim ma jispiċċa qatt. Minkejja li ili bosta snin l-qasam, għadni xorta nttex id-dettalji, nanalizza bosta partiti Ewropej kull ġimgħa u nipprova dejjem nitjieb " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019