Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum Il-€1.2m ġej minn kemm il-kumpanija rnexxielha tbigħ biljetti u tnaqqas l-ispejjeż …Tkompli minn paġna 1 REĊENTEMENT il- Gvern waqqaf kumpanija ġdida bl-isem ta' Malta Air Travel Ltd. Din il- kumpanija ħadet f 'idejha d-drittijiet ta' nżul li tuża l-Air Malta f 'uħud mill-ikbar ajruporti madwar l-Ewropa. Dawk kritiċi tal-Gvern allegaw li s-suċċess dovut lil Air Malta kien grazzi għal bejgħ ta' dawn l-islots. Imma l-Ministru Mizzi kompla jgħid kif il-€1.2 miljun kien propju profitt tal-operazzjonijiet. "Il- €1.2 miljun ġej minn kemm il-kumpanija rnexxielha tbigħ biljetti u kemm irnexxielha tnaqqas l-ispejjeż." L-ewwel profitt fi kważi 20 sena għal Air Malta Il-profitt li tħabbar ilbieraħ kien ta' €1.2 miljun. Dan huwa l-ewwel profitt fi 18-il sena għal Air Malta hekk kif fi tmiem l-2013 id-dejn tal-Air Malta kien ilaħħaq kważi €31 miljun. Skont l-informazzjoni li ħarġet waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal- kumpanija, l-Air Malta żiedet id-dħul b'€5.3 miljun u b'hekk it-total tela' għal €197.5 miljun. Fl-istess waqt kien hemm żieda ta' 11% fil- passiġieri, 8.5% fit-titjiriet u 2.8% f 'żieda ta' kemm vjaġġaw passiġġieri. Fl-aħħar nett l-Air Malta rnexxielha tnaqqas l-ispejjeż totali b'€6.5 miljun. Dawn in-nuqqasijiet ġew irreġistrati l-aktar minħabba tnaqqis fil- fjuwil, kiri ta' ajruplani u spejjeż ta' tiswijiet. Fid-diskors tiegħu, Mizzi qal li dan l-irkuprar tal-Air Malta ġie rrikonoxxut, kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Huwa qal, li dan huwa kapitlu storiku fl-istorja tal-avjazzjoni u l-istorja ta' pajjiżna. Il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Air Malta filwaqt li żied jgħid kif, "is-suċċess huwa dovut għall- ħaddiema kollha tal-Air Malta. Malta hija nieqsa minn kull forma ta' riżorsa naturali. L-unika riżorsa li għandna huma l-ħaddiema tagħna li dejjem wasslu lill-pajjiż biex jagħmel suċċessi kbar," sostna. Fid-diskors tiegħu, iċ-Chairperson tal-Air Malta, Charles Mangion, qal li, "diġà ħsadna ftit minn dak li żrajna però hemm ħafna iktar xi jrid isir." Mangion qal li sabiex l-istrateġija tal-Air Malta tibqa' tħalli l-frott jeħtieġ li l-impjegati kollha tal-linja tal- ajru jagħtu l-kontribut tagħhom. "Dawn jistgħu jsawru jew jeqirdu lill- kumpanija. Għandhom obbligazzjoni lejn il- Maltin kollha li tawhom l-appoġġ għal dawn l-aħħar 45 sena." Fi tmiem id-diskors tiegħu Mangion saħaq, "l-Air Malta twaqqfet 45 sena ilu u nassumi li kulħadd jixtieq li l-Air Malta tissaħħaħ u tibqa' topera sa 45 sena oħra." Waqt l-istess konferenza stampa, il-Kap Finanzjarju tal-Air Malta Omar Bonello qal li "dan ir-riżultat pożittiv kien iġġenerat grazzi għal diversi fatturi fosthom strateġija aktar aggressiva ta' bejgħ, investiment fl-informatika, l-paċi industrijali, il-flessibiltà u żieda fil-produttività." Tbassir finanzjarju għal din is-sena u l-futur tal- Air Malta Waqt l-istess konferenza ġew żvelati dettalji ġodda fuq l-andament ekonomiku tal-Air Malta għal din is-sena. Skont it-tbassir tal-Air Malta, jidher li x-xhur ta' April u Ġunju tas-sena 2019 se jaraw żidiet sostanzjali fin-numru ta' passiġġieri. Apparti minn hekk issa jidher li għas-sena d-dieħla l-Air Malta se titfa' għajnejha fuq il- pajjiżi tal-Lvant Ewropew, l-Iskandinavja u saħansitra fl-Afrika sub-Saħarjana. Apparti minn hekk huwa qal li fi żmien li ġej l-Air Malta se tibda topera titjiriet lejn il-Kajr fl-Eġittu u Warsaw fil- Polonja. Paul Sies, il-Kap Eżekuttiv Kummerċjali tal-Air Malta qal li, "iż-żieda fir-rotot il- ġodda ġġeneraw dħul ta' aktar minn €12-il miljun. Sies faħħar ukoll l-implimentazzjoni tal-Go Light. Li skontu, it-titjiriet taħt din il-kappa żdiedu b'20%."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019