Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 32 "INNAXXAR, bħal-lokalitajiet il-kbar kollha f 'Malta hu fgat bil-bini bla rażan u bit- traffiku. L-ambjent urban li hu tant essenzjali fil-katina li tikkontribwixxi għall-kwalità ta' ħajja aħjar għal kulħadd, qiegħed taħt assedju". Dan qalu Carmel Cacopardo, Chairperson ta' Alternattiva Demokratika waqt konferenza stampa fiċ-ċentru tan- Naxxar. Cacopardo għamel referenza għall-proposta tal-Malta Developers' Association (MDA) u qal li proposta bħal din tkompli toħloq problemi taż-żoni urbani tagħna. "L-industrija tal-bini għandha bżonn li titrażżan u mhux li tkun iffaċilitata tkompli żżid mal-ħerba li diġà għamlet," sostna Cacopardo. "Dan ikompli jżid mal- problemi kkawżati mill-iskema ta' razzjonalizzazzjoni approvata fl-2006," sostna f 'referenza għall- pjan tant ikkritikat li kien tressaq minn Gvern Nazzjonalista. "Illum il-ġurnata qed jinħassu l-impatti kollha tagħha. Għax f 'diversi partijiet tan-Naxxar u tal-lokalitajiet li jmissu ma' din il-lokalità, għaddej żvilupp massiċċ li hu konsegwenza diretta ta' dik id-deċiżjoni. Dan qed iwassal mhux biss biex djar baxxi jkunu sostitwiti b'ġungla tal-konkos imma fuq kollox biex tiżdied kemm id-densità tal-bini u żieda kbira ta' karozzi f 'żona żgħira. Din iż-żieda fit-traffiku qed tkompli tgħarraq il-kwalità tal-arja u allura tikkontribwixxi għal iktar mard respiratorju." Intant l-Alternattiva Demokratika qed tipproponi tnaqqsis tal- veloċità f 'żoni residenzjali għal massimu ta' 30 kilometru fis- siegħa kif ukoll bl-iżvilupp tal- infrastruttura b'tali mod li jkun inkoraġġut iktar l-użu tar-roti. Carmel Cacopardo L-AD tgħid li n-Naxxar, bħal lokalitajiet oħrajn, hija 'fgata bil-bini bla rażan u traffiku' L-ambjent urban...qiegħed taħt assedju Raġel ta' 27 sena bi ġrieħi gravi wara li pprova jwaqqaf ġlieda f 'Paceville ĠLIEDA bejn sitt persuni kmieni is- Sibt filgħodu ġewwa Paceville, ħalliet żewġ persuni midruba b'mod gravi. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li għall- ħabta tas-06:00am ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq San Ġorġ, San Ġiljan. II-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn sitt persuni. Waqt dan l-argument raġel ta' 27 sena mill-Kolombja ġie midrub kif ukoll raġel ta' 34 sena mill-Kolombja li ma kienx involut fl-argument iżda beda jipprova jwaqqaf l-argument. Allegatament, waqt dan l-argument intużat xi arma li taqta'. Iż-żewġ irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza, fejn aktar tard ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019