Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi F'MEJJU li ġej, apparti l-elezzjoni biex neleġġu l-Membri Parlamentari Ewropej (MEPs) se nkunu qed nintalbu wkoll nivvutaw biex neleġġu l-Kunsilli Lokali l-ġodda, fil- lokalitajiet kollha tal- pajjiż. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn ir-riżultati fl- aħħar tliet elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, fil-kuntest partikolari ta' kull waħda, biex tipprova tifhem aħjar x'inhuma x-xejriet f 'kull lokalità u allura, fil-kuntest tas-sondaġġi bħalissa, x'inhuma l-ewwel previżjonijiet li wieħed jista' jagħmel għal kull lokalità, fejn din il-previżjoni tista' tkun possibbli. F'dan l-analiżi li se jkun imqassam fuq diversi Ħdud, il- gazzetta se tħares lejn kull lokalità, jekk kienx hemm elezzjoni oħra ma' dik tal-Kunsilli fl-istess ġurnata u kif il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista żiedu jew naqsu l-voti matul l-aħħar tliet elezzjonijiet u kif din ix-xejra tista' tħalli effett, jekk taffettwa, dak li se jiġri f 'Mejju li ġej. Tkompli f 'paġni 6 u 7... Kunsilli Lokali: ir-riżultati tal-aħħar tliet elezzjonijiet l-kuntest li seħħew. Liema xejriet qegħdin juru dwar il-PN u l-PL? U f 'Mejju x'inhu l-aktar probabbli li jiġri? L-ewwel minn sensiela ta' artikli dwar l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali... Kunsilli Lokali: x'ġara u x'jista' jiġri (1) Il-Belt…iberraq għall-Partit Nazzjonalista Il-Belt Valletta hija meqjusa bħala lokalità Nazzjonalista iżda mhux faċli wieħed jaqta' linja u jgħid b'ċertezza min se jkun qed imexxi l-kunsill lokali tal-belt kapitali wara l-elezzjoni ta' Mejju li ġej. L-aħħar kunsill lokali f 'din il-lokalità kien elett fl-2013, meta l-Beltin ħarġu jivvutaw mal-bqija tal-pajjiż f 'elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista. Dan jidher li ħalla effett ukoll fuq l-elezzjoni tal-kunsill lokali hekk kif id-distakk bejn il-partiti kien l-inqas wieħed mill-2005 'l hawn. Fl-2005, meta ma kien hemm l-ebda elezzjoni oħra ma' dawk tal-kunsilli lokali, il-Partit Nazzjonalista rebaħ 2,109 voti filwaqt li l-Partit Laburista ġab 1,738 vot. Id-distakk bejn iż-żewġ partiti fl-elezzjoni għall-kunsill lokali tal-Belt Valletta kien dak ta' 371 vot. Fl-2008 u allura mal-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Nazzjonalista, il-kandidati Nazzjonalisti għall-kunsill tal-Belt kisbu bejniethom 2,665 vot u dawk tal-Partit Laburista kisbu 2,155 vot, biex id-distakk tela' għal 510 voti. F'dik is-sena, kandidat indipendenti kien irnexxielu jikseb 209 voti. Fl-2013, id-distakk bejn iż-żewġ partiti, fl-elezzjoni għall-kunsill lokali, kien ta' 150 vot, fejn il-PN kiseb 2,453 vot u l-Partit Laburista kiseb 2,303 voti. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista żied il-voti fl-2008 u reġa' naqqashom fl-2013, il-Partit Laburista fil-Belt baqa' jżid il-voti f 'kull elezzjoni. Il-Furjana… fejn l-indipendenti jistgħu jilagħbu parti importanti Il-Furjana minn dejjem kienet lokalità interessanti hekk kif minkejja li l-Partit Laburista dejjem ġab il-maġġoranza tal- voti, kandidati indipendenti kisbu numru sostanzjali ta' voti, b'Nigel Holland saħansitra jkun is-sindku għal diversi snin. Fl-2007, meta ma kien hemm l-ebda elezzjoni oħra ma' dawk tal-kunsilli lokali, il-Partit Laburista kien rebaħ 719- il vot u l-Partit Nazzjonalista rebaħ 463 vot biex id-distakk bejniethom kien ta' 256. Dik is-sena, Nigel Holland, f 'isem Floriana, l-ewwel kien kiseb 137, filwaqt li Publio Agius f 'isem Aġenda Soċjali għall-Furjana kien kiseb 134 vot. Dan il-vot kien wassal biex il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jtellgħu żewġ kandidati kull wieħed wara li ġie elett ukoll Nigel Holland li ntgħażel biex iservi bħala Sindku. Fl-2012, meta wkoll kien hemm elezzjoni lokali biss, il-Partit Laburista rebaħ 654 vot, il-Partit Nazzjonalista rebaħ 485 vot u Holland kiseb 182 vot u reġa' mexxa l-kunsill bħala Sindku. Fl-2015, id-distakk bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista tela' għal 218-il vot, fejn il-Partit Laburista kiseb 664 vot u l-Partit Nazzjonalista ġab 446 vot. F'din l-elezzjoni, Holland kiseb 132 vot u Publio Agius f 'isem Aġenda għall-Furjaniżi ġab 127 vot. Din id-darba, il-Partit Laburista rnexxielu jeleġġi tliet kandidati u għalhekk mexxa l-kunsill. Interessanti wkoll li f 'din il-lokalità, iż- żewġ partiti ewlenin żiedu u naqsu l-voti fl-aħħar tliet elezzjonijet. Jekk inħarsu lejn l-2012, meta l-kandidat indipendenti Publio Agius ma kkontestax, il-Partit Laburista naqqas il-voti fuq l-elezzjoni tal-2007, bil-Partit Nazzjonalista u Nigel Holland iżidu ftit voti kull wieħed. Meta Agius reġa' kkontesta fl-2015, kemm il-Partit Nazzjonalista u anke Holland naqsu l-voti. Dik is-sena, il- Partit Laburista żied biss 10 voti. Għalhekk, għal din il-lokalità, forsi għall-kuntrarju ta' dak li nistgħu ngħidu għal lokalitajiet oħra, il-kandidati indipendenti (Holland ikkonferma li ħiereġ ma' din il-gazzetta) jistgħu jilagħbu parti importanti ħafna fir-riżultat finali. Apparti minn hekk, ġaladarba din is- sena l-Furjaniżi se jkunu qed jivvutaw ukoll fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, iċ-ċans huwa li aktar nies joħorġu jivvutaw, bil-PL u/jew PN, iżidu fil-voti tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019