Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 minn Cristian Antony Muscat FRANCESCA Brincat - fost l-aqwa plejers li pproduċa n-netball, handbaall u waterpolo lokali f 'dawn l-aħħar snin tant li tista' titqies bħala ikona f 'dawn it-tliet sport diversi. Hija stess tatna iktar dettalji. "Ili nilgħab in-netball għal 15-il sena, il-handball għal 12- il sena u l-waterpolo għal dawn l-aħħar erba' snin. Minkejja li kont ippruvajt dan l-isport meta kont żgħira qatt ma ħadtu daqshekk serjament sat-tieni sena tiegħi fl-Università. Niftakar li kont qed nistudja sabiex insir fiżjoterapista u wieħed mil-lekċerers Dr Xerri de Carlo ħadna għal sessjoni tal-waterpolo fil-pixxina nazzjonali. Kien hawnhekk li bdejt nerġa' ninteressa ruħi f 'dan l-isport u kien għalhekk li ddeċidejt li nilgħab ma' San Ġiljan fis-sajf tas-sena 2014. Dik is-sena u ta' warajha xejn ma kienu snin faċli għall- klabb minħabba li konna qed nesperjenzaw perjodu ta' transizzjoni. Fil-fatt ħafna mill-plejers tal-esperjenza bdew jitilqu minħabba li skont huma l-kumitat ma tantx kien qed itihom l-importanza meħtieġa. Dak kien x'kont smajt! Jien kont għadni ġdida u għalhekk ma tantx stajt inkun involuta. Kellna wkoll kowċis differenti kull sajf u għalhekk kien hemm ħafna tibdil. Kien hemm mumenti fejn bdejna nibżgħu li ma ngħaqqdux tim fl-2016 sakemm kien hemm grupp ta' plejers li jilagħbu l-basketball li ngħaqdu magħna għat- taħriġ ta' qabel jibda l-istaġun. Kollha kellna passat ta' sport differenti u fuq kollox il- waterpolo ma kienx l-isport ewlieni tagħna. Ħafna minna lanqas konna nafu r-regoli bażiċi ta' dan l-isport u wisq anqas ngħumu kif suppost. Għalhekk tista' taħseb li xejn ma kienet faċli li nikkompetu kontra timijiet oħra. F'dak l-istess sajf il-kowċ preżent Dale Dowling ħa f 'idejh ir-riedni tat-tim u kien għalhekk li ddeċidejna li nieħdu sehem. Kellna staġun fejn ħadna pjaċir għalkemm mhux dejjem ksibna r-riżultati mixtieqa. Anke s-sena 2017 xejn ma kienet daqshekk faċli għax ħafna mill-plejers li kienu jilagħbu l-basketball kellhom pjanijiet differenti f 'dak is-sajf partikolari. Għalhekk kellna nibdew kollox mill-bidu. Il-kumitat kellu ideat u pjanijiet ġodda għalina. Ħafna mill-membri riedu jgħinuna nibnu tim ġdid u nipprova inkunu aħjar milli konna. Xtrawlna malji tal- għawm ġodda sabiex nidhru aktar bħala tim u għat-tieni darba Dale għenna sabiex ningħaqdu aktar. Bit-tlugħ u nżul kollu involut, it-tim żamm għal dak is-sajf ukoll. Min-naħa tiegħu, il-kowċ żamm kelmtu u kompla jagħmel l-almu tiegħu sabiex ikompli jtejjeb il-livell tat-tim. Jien kont il-captain tat-tim u konna nikkomunikaw ta' spiss ma' xulxin. Għall-bidu kont naħseb li qed jiffissa żżejjed iżda jien xorta bqajt nittama li mixjin fit-triq it-tajba. Għall-ewwel darba minn mindu bdejt, il-kumitat tana l-ħinijiet tat-taħriġ fil-pixxina nazzjonali f 'Tal-Qroqq u anke fil- KinetikaFitness Club sabiex anke fix-xhur kesħin tax- xitwa nibqgħu attivi. Wara dan ix-xogħol mill- plejers, kowċ u l-kumitat li tana l-għajnuna sabiex irreġistrajna plejers ġodda, dan is-sajf irnexxielna nieħdu draw kontra Sliema u spiċċajna t-tieni fil- kompetizzjoni KO. Bħas- sena l-oħra qed inkomplu nitħarrġu matul din ix-xitwa sabiex inkunu lesti għall- kampjonat tas-sajf li ġej." Francesca Brincat... ikona n-netball, handball u waterpolo lokali Ritratt - Jonathan Bugeja Francesca Brincat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019