Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum F'14-il xahar insterqu 1,000 dar f 'Malta u Għawdex Minn Yendrick Cioffi MINN Jannar tas-sena li għaddiet sa Frar ta' din is-sena, il-Pulizija ħadmet fuq 992 każ ta' serq minn djar privati f 'Malta u f 'Għawdex. Skont l-istatistika li kisbet din il-gazzetta mill-Korp tal-Pulizija, dan ifisser li fl-aħħar 14- il xahar insterqu medja ta' żewġt idjar kuljum. L-akbar ammont ta' serq minn residenzi kien irrapportat f 'San Pawl il-Baħar. F'din il- lokalità, li tinkludi wkoll Burmarrad, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija u l-Wardija, fost lokalitjiet żgħar oħra, insterqu 117- il dar. Dan ifisser li kważi 12% tas-serq kollu mid-djar li kien irrapportat f 'dawn l-14-il xahar seħħew f 'dawn il-lokalitajiet. Wara San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema ra l-akbar ammont ta' serq mir- residenzi, fejn b'kollox, fl-istess perjodu, insterqu 66 dar. Warajh, il-lokalità turistika tant qrib, San Ġiljan, fejn ħallelin irnexxielhom jidħlu u jisirqu 59 residenza privata. Fl-Imsida, f 'Birkirkara u f 'Birżebbuġa, fl-istess perjodu, il-Pulizija rċeviet aktar minn 40 rapport dwar serq minn residenzi. Mill-Imsida, il- Pulizija rċeviet 44 rapport, filwaqt li f 'Birkirkara ħadmet fuq 43 każ. Għall-Imsida, dan l-ammont huwa sinifikanti aktar u aktar meta tqabblu mar-rata ta' serq f 'Birkirkara li l-popolazzjoni tagħha hija kważi t-triplu ta' dik Misidjana. L-istess jista' jgħodd għal Birżebbuġa. Minkejja li skont l-aħħar ċensiment il- popolazzjoni ta' dan ir- raħal hija kważi nofs dik Karkariża, f 'Birżebbuġa nsterqu kważi l-istess ammont ta' djar. Kif irrapportat din il-gazzetta l-Ħadd li għadda, f 'Birżebbuġa, kienu rrapportati 41 każ ta' serq minn djar privati, bi 13-il serqa jseħħu kollha x-xahar li għadda. Mill-istatistika li għandha f 'idha din il-gazzetta, jirriżulta li l-Mosta u Bormla kienu wkoll fost l-aktar lokalitajiet li fihom insterqu djar. Bħal fil-każ tal-Imsida, Birkirkara u Birżebbuġa, f 'Bormla seħħ kważi l-istess ammont ta' serq mid-djar li seħħ fil- Mosta u dan minkejja li l-popolazzjoni Mostija hija kważi erba' darbiet akbar dik Bormliża. Bejn Jannar 2018 u Frar li għadda, fil-Mosta nsterqu 32 dar filwaqt li minn Bormla nsterqu 30 residenza. F'lokalitajiet oħra, jiġifieri f 'Ħ'Attard, fil-Fgura, fil-Gżira, fil-Ħamrun, f 'Wied il- Għajn, fil-Mellieħa, fin- Naxxar, f 'Raħal Ġdid, f 'Ħal Qormi, fis-Swieqi u f 'Ħaż-Żabbar, f 'dawn l-14-il xahar, kienu rraportati 'l fuq minn 20 serqa. F'Għawdex insterqu 41 residenza f '14-il xahar Bejn Jannar tas-sena li għaddiet u Frar ta' din is-sena, f 'Għawdex insterqu 41 residenza. L-aktar lokalità li fiha nsterqu residenzi kienet dik taż-Żebbuġ li magħha jagħmel ukoll il-villaġġ turistiku ta' Marsalforn. F'dawn iż- żewġ villaġġi, insterqu 10 residenzi. Fir-Rabat, kienu rrapportati 8 każijiet, filwaqt li fil-lokalitajiet l-oħra Għawdxin kienu rrapportati inqas minn 5 serqiet. Il-maġġoranza tas-serq seħħ meta ħallelin daħlu f 'residenzi okkupati L-istatistika li għandha f 'idha din il-gazzetta tagħmel ukoll distinzjoni bejn is-serq li seħħ f 'residenzi li fihom jgħixu n-nies, oħrajn vakanti li jinkludu wkoll proprjetajiet ta' villeġġjatura u anke serq minn fuq barra ta' djar, bħal ngħidu aħna minn parapetti. Il-maġġoranza assoluta tas-serq li seħħ mid- djar f 'dawn l-aħħar 14-il xahar, jiġifieri 717-il serqa, seħħew proprju meta l-ħallelin irnexxielhom jidħlu fir- residenzi li fihom jgħixu n-nies. 147 rapport ieħor kienu jinkludu serq minn fuq barra tad-djar, filwaqt li nsterqu wkoll madwar 128 dar vakanti jew proprjetajiet ta' villeġġjatura. Il-Pulizija ma setgħetx twieġeb kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti u kemm minnhom għadhom pendenti. magħha jagħmel ukoll il-villaġġ turistiku ta' X'tista' tagħmel biex tevita li tiġi misruq? Fid-dar persuna għandha s-sigurtà tagħha. Kulħadd jagħmel mill-aħjar li jista' biex jassigura li daru tkun protetta, iżda kulħadd ġieli llaxka xi ftit bħal meta hawn min iħalli ċ-ċavetta fil-kaxxa tal-ittri jew f 'xi qasrija quddiem il-bieb. Dawn huma ftit punti li tagħmel aċċenn għalihom il-Pulizija u li jistgħu jnaqqsu r-riskju ta' serq minn residenzi: • Id-dawl fuq barra tar-residenza għandu jkun tajjeb • It-twieqi, partikolarmanent dawk li jagħtu għal barra u fil-livell tat-triq għandhom ikunu siguri • Is-serratura tal-bibien u t-twieqi għandha tkun b'saħħitha • Il-ħasira, jew inkella xi ħaġa simili mal-bieb ta' barra, għandha tkun evitata • Alarm dejjem tista' sservi ta' deterrent. • Oġġetti li jiswew il-flus jew dokumenti importanti għandhom jintrefgħu f 'post sigur u li ma jidhirx. • Somom kbar ta' flus u oġġetti ta' valur ma għandhomx jinżammu fid-djar mingħajr ma jkunu siguri • Oġġetti prezzjużi, bħal ġojjellerija jew antikitajiet għandu jitteħdilhom ritratt • Qatt tħalli ċwievet f 'xi qasrija, kaxxa tal-ittri jew taħt it-tapit • Il-bibien ta' barra għandhom ikollhom ktajjen jew inkella post minn fejn persuna tittawwal u tiċċekkja sew min ikun ħabbat • Staqsi jew iċċekkja għal dokumenti ta' identifikazzjoni qabel ma tħalli nies jidħlu • Qatt tagħti informazzjoni fuq il-midja soċjali meta tkun se ssiefer, se toħroġ jew li tista' tindika li mhux qiegħed/qiegħda d-dar • Siġar u pjanti quddiem ir-residenzi għandhom jinżammu baxxi biex il-bibien u t-twieqi jkunu jidhru sewwa • F'każ li tilmaħ persuni jew vetturi suspettużi quddiem id-dar tiegħek għandek iċċempel l-għassa tal-lokalità jew inkella fuq 119 Wara li s-serq mir-residenzi privati kienu fost il-ftit każijiet ta' serq li żdied tul l-2018, il-gazzetta ILLUM tikseb statistika dwar il-każijiet kollha li ħadmet fuqhom il-Pulizija minn Jannar tas-sena li għaddiet. Il-ħallelin jagħmlu festa mid-djar f 'San Pawl il- Baħar, Tas-Sliema u San Ġiljan…

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019