Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 Tara Abdilla żżomm ritmu bla waq en biex tirreġistra rebħa oħra l-Eurosport Trail Running League ILEUROSPORT Trail Running League laqat kważi 140 atleta fil- Munxar nhar is-Sibt li għadda. It-tellieqa li saret wara nofshinhar kienet miżmuma f 'temp mil- isbaħ. Ir-rotta ta' għaxar kilometri rat lill-atletli jtellqu fl-inħawi ta' Marsaskala u Delimara, rotta li hija miżgħuda b'varjeta ta' mogħdijiet dojoq u inklinazzjonijiet għoljin. Bħalma ġara fit-tlielaq preċedenti, Tara Abdilla (La Salle AC) ddominat it-tellieqa mill-bidu nett. Abdilla, kisbet postha wkoll mal-aqwa għaxar atleti fil-klassifika biex għelbet bosta rġiel fil-proċess. Ezatt warajha, għal darb'oħra kienet Carmen Hili (St Patrick's AC). Dan id- duo formidabbli wera konsistenza mill-ewwel tellieqa u qedin fil-quċċata tal-klassifikazzjoni ġenerali. Ft-tielet post daħlet Dzintra Grech. Daħla sorpriża fil- Kategorija tal-Irġiel rat lil Florian Gall jirbaħ it-tellieqa, b'sebgħa u għoxrin sekonda vantaġġ fuq Ryan Farrugia (Raptorz Running Club). Madankollu, it-tieni post għal Farrugia m'għandux jaffettwa l-pożizzjoni tiegħu fil-klassifikazzjoni ġenerali. It-tielet post daħal Gerald Grech (AS Libertas) li kien qed isegwi mill-qrib lil Farrugia matul is-sensiela ta' tlielaq din is-sena. "It-tellieqa, li hi ta' qabel tal-aħħar, kompliet turi kemm it-Trail Running sar popolari. Inkomplu naraw uċuħ ġodda f 'kull tellieqa. Xi atleti, li qatt ma għamlu tellieqa qabel, jkomplu għidulna x'atmosfera tajba hawn f 'dawn it-tiġrijiet," spjega Warren Muscat, President, Agones SFC. "Dan huwa tassew sodisfaċenti għalina, speċjalment meta wieħda jara l-impenn li membri tal-klabb għandhom lejn dan l-isport. Aħna nkomplu nieħdu ħsieb l-ambjent u għalhekk naċċertaw li l-materjali kollha użati ma jagħmlux ħsara lill- ambjent u neħħejna l-użu tal-plastik kollu ". Il-"Eurosport Trail Running League" hija organizzata minn Agones SFC u sponsorjata mill- Eurosport, bl-appoġġ ta' Xemxija Pitstop u Nature Valley. L-aħħar tellieqa tal- Eurosport Trail Running League se ssir nhar il- Ħadd 7 ta' April u se tkun ir-rotta ta' 19km li tieħu lill-atleti mil-Lvant għall-Punent ta' Malta minn fuq il-Victoria Lines. Din hi l-itwal rotta fil-Kampjonat li tieħu lill-parteċipanti minn qalb l-isbaħ postijiet fil- kampjana u wirt storiku ta' Malta. Fadal ftit postijiet, għalhekk l-atletli huma mħeġġa jirreġistraw fuq www.agones-sfc.eu. li membri tal-klabb għandhom lejn dan organizzata minn Agones SFC u sponsorjata mill- għall-Punent ta' Malta minn fuq il-Victoria IRONMAN 70.3 Oman | It-Triatleta ta' Birkirkara St. Joseph Rudolph Agius jikkwalifi ka għall-Kampjonati tad-Dinja ITTRIATLETA ta' Birkirkara St. Joseph Sports Club Rudolph Agius spiċċa fit-tielet post, fil-grupp tal-età tiegħu, fit-tellieqa tal- Ironman 70.3 ġewwa l-Oman, nhar is-Sibt li għadda. Agius spiċċa t-tellieqa f 'erba' sigħat, 28 minuta u 23 sekonda biex spiċċa fit-tielet post fost 118 triatleta fil-grupp tal-età tiegħu u fil-15-il post minn 577 parteċipant. L-atleta tal-klabb Karkariż spiċċa l-għawma ta' 1.9 kilometru fil-port tal-belt ta' Oman, f 'ħin ta' 30 minuta u 8 sekondi u b'hekk stabilixxa ruħu fit-tielet post tal-grupp tiegħu. Fit-taqsima tar- rota, li kienet tikkonsisti f 'rotta ta' 90 kilometru u li spiċċa f 'ħin ta' sagħtejn, 27 minuta u 54 sekonda, Agius tilef it-tielet post li kiseb fil-bidu tat-taqsima izda Agius kellu prestazzjoni qawwi fin-nofs maratona li fiha rreġistra ħin ta' siegħa, 25 minuta u 34 sekonda. B'dan il-ħin Agius reġa' kiseb it-tielet post. B'dan ir-riżultat, Agius kiseb post fit-tellieqa prestiġjuża tal- Kampjonati tad-Dinja tal Ironman 70.3 li ser jsiru ġewwa Nizza fi Franza fit-30 ta' Ġunju ta' din is-sena. Karkariż spiċċa l-għawma it-tielet post li kiseb fil-bidu tat-taqsima izda Agius kellu prestazzjoni siegħa, 25 minuta u 34 sekonda. B'dan il-ħin B'dan ir-riżultat, Agius kiseb post fit-tellieqa Ironman 70.3 li ser jsiru ġewwa Nizza fi Franza Daniel Mifsud Bason

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019