Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum b'diżabilità għandhom bżonn jistrieħu wkoll' b'diżabilità li xtaqu li jkun introdott dan is-servizz anke f 'Malta. Fil-fatt din id-dar hija mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Respite Care li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma ġenituri ta' tfal b'diżabilità. Għalhekk, fi kliem Saliba, din id-dar hija mmexxija minn ġenituri ta' persuni b'diżabiltà stess. Illum, il-ġurnata Dar il-Kaptan għandha 250 membru u l-persuni b'diżabilità huma mqassma f 'sitt gruppi, li jfisser li kull sitt ġimgħat il-ġenitur, jew dawk li jieħdu ħsiebhom, ikunu jistgħu jgawdu mis- servizz ta' din id-dar, anke jekk fi kliem Frida Mangion, Dar il-Kaptan hija flessibbli u tipprova kemm jista' jkun tgħin kull meta persuna jkollha bżonn. Għalhekk, għall-kuntrarju ta' servizzi oħra, l-istruttura f 'Dar il-Kaptan mhijiex fissa, fejn għandek grupp ta' persuni b'diżabilità li huma residenti. Dar il-Kaptan toffri żewġ servizzi: servizz ta' matul il-ġurnata, fejn persuna b'diżabilità tkun tista' tattendi u tirritorna d-dar filgħaxija, u anke servizz residenzjali, fejn persuna b'diżabilità tkun tista' tqatta' lejl, jiem jew ġimgħa f 'din id-dar. "Wieħed jutilizza s-servizz skont il-bżonnijiet tiegħu. Hemm min għandu bżonn lejl, hemm min għandu bżonn ġranet, hemm min ikollu bżonn is-servizz fis- sajf biss," kompliet tgħidilna Mangion waqt li spjegat li joffru wkoll għajnuna f 'każijet ta' emerġenza. 'Għall-bidu mhux faċli tafda lil uliedek f 'idejn ħaddieħor…' Dan kollu jagħmilha faċli għall-ġenituri jew dawk li jrabbu persuni b'diżabilità biex anke huma jkollhom ħin għalihom, jaħdmu, imorru għal appuntamenti u jkollhom ħin ta' mistrieħ li huwa importanti wkoll. "Jien nista' nkellmek bħala ġenitur ta' persuna b'diżabilità. Inkun sinċier. It- tfal tagħna jiddependu ħafna minna…tidħol f 'rutina u lanqas tkun taf. Anke jekk se nsiefer u miegħi se nieħu t-tifel, mhux bilfors se jfisser mistrieħ għax hemm ħafna sfidi," kompla jgħidilna Martin Saliba. Miegħu bħala ġenitur tkellimna dwar il-fatt li ġenituri ta' persuni b'diżabilità mhux dejjem jafdaw li jitilqu lit-tfal tagħhom. "Biex inkun sinċier, għall-bidu mhux faċli tħalli t-tifel jew t-tifla tiegħek f 'idejn ħaddieħor…iżda nemmen li anke għall-ġid tat-tfal huwa importanti li tasal biex tafda," kompla jgħidilna ċ-Chairperson. "Ir-realtà hi li aħna bħala ġenituri mhux se nibqgħu hawn għal dejjem. Il-fatt li qed trawwem lit-tifel jew lit-tifla tiegħek biex jgħixu u jitħalltu ma' persuni oħra, huwa ta' benefiċċju għalihom ukoll. Xi darba jien se niġi nieqes. Ix-xokk li ibni jista' jieħu dakinhar, nista' ntaffihulu." Fil-fatt, Frida Mangion spjegat kif Dar il-Kaptan tgħin ukoll lill-ġenituri u lill- qraba biex ikunu lesti jafdaw lit-tfal tagħhom f 'idejn ħaddieħor, waqt li semmiet każ partikolari ta' anzjana li kienet interessata fis-servizz iżda ma kinitx għadha lesta tafda lit-tifla f 'idejn ħaddieħor. "Importanti li ġenituri jagħmlu użu mis-servizzi ta' għajnuna għall-mistrieħ minn meta l-persuna b'diżabilità tkun għadha żgħira," qaltilna Mangion. 'Dar il-Kaptan toffri servizz speċjalizzat għal kull persuna' Ma' Frida Mangion, komplejna nitkellmu dwar il-ħidma f 'Dar il-Kaptan. B'kollox 40 persuna jaħdmu bla waqfien biex joffru l-aqwa esperjenza lill- persuni li jibbenefikaw minn dan is-servizz. Waħda mill-isfidi, li l-ħaddiema jidħlu għaliha b'ruħhom u ġisimhom huwa l-fatt li jridu jaddattaw minn ġurnata għall-oħra għall-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità, għax tista' tgħid li dawn kuljum qed jiltaqgħu ma' persuni differenti li kollha għandhom il- bżonnijiet speċifiċi tagħhom. Anke sempliċiment iż-żewġ koki, spjegatilna Mangion, iridu jkunu kontinwament aġġornati għax mhux sempliċiment isajru borma waħda għal kulħadd, iżda jippreparaw ikel bnin skont il-bżonnijiet ta' kull persuna u dan minn filgħodu sa filgħaxija. 'Is-servizz tagħna rridu li jkun ħolistiku…' Is-servizz huwa offrut lil kull persuna b'diżabilità rrispettivament mill- kundizzjoni tiegħu jew tagħha jew inkella s-sitwazzjoni finanzjarja tal-familja. Persuna li tixtieq tgawdi minn dan is-servizz, tista' sempliċiment iċċempel Dar il-Kaptan. Minn hemm ħaddiema soċjali jaraw il-każ u jiġbru kemm jista' jkun informazzjoni, qabel persuna tingħata ċans tipprova s-servizz. Minn hemm persuna tkun tista' ssir membru u tkun assenjata grupp. Apparti diversi faċilitajiet lill-persuni b'diżabilità, fosthom multi-sensory room, pool, gym u ġonna, Dar il-Kaptan tipprovdi wkoll diversi servizzi speċjalizzati. "Aħna pereżempju ma nemmnux li għandna naħslu persuna fuq is- sodda. Ġenituri anzjani ma jkunux jifilħu jaħslu lil uliedhom b'diżabilità severa fil-banju. Allura aħna għandna l-apparat apposta biex nassiguraw li meta jiġu hawn naħsluhom kif għandu jkun." Fi kliem Mangion, dan ukoll jagħti aktar dinjità lill-persuna b'diżabilità. "Is-servizz tagħna rridu li jkun ħolistiku. Ma nkunux kuntent li l-ġenituri ħallew lit-tfal hawn u huma strieħu," kompliet tgħidilna u kien għalhekk li Dar il- Kaptan torganizza diversi attivitajiet matul il-ġurnata, fosthom anke ħruġ għal dawn il-persuni. "Xi kultant affarijiet żgħar huma d-dinja għall-klijenti tagħha. Xi drabi fid-djar, il-ġenituri u l-qraba jkunu għajjiena u l-ħruġ jarawh żejjed. Il-kummenti sbieħ mingħand il-ġenituri jagħtuna l-kuraġġ," kompliet tgħidilna, Mangion. Kumpanija toffri li tħallas paga ta' sena ta' impjegat ta' Dar il-Kaptan Ovvjament dan kollu jiswa l-flus. Iċ-Chairperson spjega kif kull sena, Dar il-Kaptan tinvesti madwar €750,000 fis-servizzi tagħha. Saħaq ukoll kif fl-aħħar snin daħlu f 'Service Agreement mal- Gvern biex tkun koperta parti minn din l-ispiża. Anke jekk il-klijenti jħallsu, is-servizz huwa ssussidjat biex kemm jista' jkun ikun affordabbli, fejn il-Fondazzjoni saħansitra tgħin lil dawk il-familji li ma jkunux jistgħu jaffordjaw. Terz tal-ispejjeż jitħallsu mill- attivitajiet li jorganizzaw u anke minn donazzjonijiet u sponsorships, fosthom mir- Rotary Club Malta li ilu snin jgħin lil din id-dar. Mangion semmitilna wkoll kif il-kumpanija Technoclean ħarġet bl-idea li tħallas il- paga ta' housekeeper full- time għal sena sħiħa. "Għalina din kienet xi ħaġa kbira u tgħinna ħafna," qaltilna Mangion. "Il- ġenerożità dejjem laqtitni kemm ilni f 'dan ix-xogħol. Jekk tixtieq tibbenefika minn dan is-servizz ta' respite jew tixtieq tgħin lil Dar il-Kaptan, tista' ċċempel fuq 21450103/4 jew 27450103. Tista' tibgħat email fuq: administrator@ darilkaptan.org u dan minn filgħodu sa filgħaxija. għajjiena Terz Frida Mangion (Acting Administrator) u Martin Saliba (Chairperson) Avvizi tal –Qorti 342 B'digriet mogħti, mill-Qorti Ċivili Prim 'Awla, fil-5 ta' Novembru, 2018, fl-atti tar-Rikors Ġuramentat fl-ismijiet APS Bank Limited C 2192 vs Ambassador Clothing Limited C 22440 et, Rikors numru 997/18 MCH, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazjoni biex isservi ta' notifika fil-konfront tal-intimati Ambassador Clothing Limited, Ivan Caruana u George Caruana, a tenur ta'l-Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12. Permezz ta' Rikors Ġuramentat, ippreżentat, fil- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, fl-ismijiet APS Bank Limited (Reġ. numru C 2192) vs 1) Ambassdor Clothing Limited (Reġ. numru C 22440) bħala d-debitriċi principali; 2) Alessia Caruana (KI 460793M) u Mirco Caruana (KI 503695M) bħala eredi tad-defunt Tonio Caruana (KI 726956M); 3) Desiree Caruana (KI 24468M) u b'digriet tal-11 ta' Diċembru 2018, saret Darmanin; 4) Ivan Caruana (KI 244563M); 6) Marion Caruana (KI 472362M) 7) George Caruana (KI 554458M) ilkoll bħala garanti in solidum ta' Ambassador Clothing Limited (Reġ. numru C 22440)fit-12 ta' Ottubru, 2018, is-soċjetà rikorrenti talbet lil din l-Onorabbli Qorti; i) Tipproċedi għas-sentenza skont it-talba tal-attur biddispensa tas-smigħ tal-kawża a tenur tal-Artikoli 167 et sequitur tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta; ii) Tiddikjara lill-konvenuti bħala debituri tas-soċjetà rikorrenti fl-ammont ta' tmintax-il elf disa' mija u wieħed u disgħin ewro u tmien ċenteżmi (€18,991.08), liema ammont huwa dejn ċert, likwidu u dovut u dan mingħajr preġudizzju għall-imgħax dovut; iii) Konsegwentement tiddeċiedi u tordna u tikkundanna lil-konvenuti jħallsu lis- soċjetà rikorrenti l-ammont hekk likwidat ta' tmintax-il-elf disa' mija wieħed u disgħin ewro u tmien ċenteżmi (€18,991.08) dovut lis-soċjetà rikorrenti a tenur ta' Loan Account number 2000099415-8 u Loan Interest Disposal Account 2000132501-1. Bl-ispejjeż, kif mitlub u bl-imgħax legali mill-1 ta' Jannar, 2018, sad-data tal- pagament effettiv kontra l-konvenuti li huma inġunti in subizjoni. Ir-Rikors Ġuramentat fl-ismijiet APS Bank Limited C2192 vs Ambassador Clothing Limited C 22440 et, Rikors numru 997/18 MCH, jinsab differit għas-smigħ għat-28 ta' Marzu, 2019, fid-9.00 a.m. 1. Ambassador Clothing Ltd, 10, The Strand, Tas-Sliema 2. Ivan Caruana, Rosebud, Triq il-Ballut, Ħ'Attard 3. George Caruana, Nadine, Triq il-Kannizzata, Ħal Balzan Reġistru tal- Qrati Superjuri, illum 7 ta' Marzu, 2019 Av. Frank Portelli , LLD Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019