Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter L -attakkatni tekniċi, id- difensuri aġili u l-kowċis għorrief. Dawn huma fost l-aktar igglorifikati fil-logħba tal-ballun. Għaldaqstant jifred it- tattika tal-kowċ u l-abbiltà tal-plejers fil-grawnd hemm ir-referì, inkarigat biex iżomm kontroll tal- logħba minn kull aspett. Ovvjament dawn l-uffiċjali sikwit ikunu kkritikati minħabba d-deċiżjonijiet tagħhom li xi drabi ma jinżlux tajjeb ma' xi parti involuta fil- logħba. Però wara kollox, wieħed faċli jinsa li dan huwa rwol uman u mhux wieħed ipprogrammat b'mod xjentifiku. Din il-ġimgħa, l-ILLUM iltaqgħet ma' Alexei Tabone, il-President tal-Malta Football Refereeing Association (MFRA), l-unjin li tiddefendi u tagħti vuċi lir-referis. Għaqda li din is-sena ċċelebrat is-70 sena anniversarju mit- twaqqif tagħha. Tabone huwa proprju l-bniedem li attwalment qiegħed jipprova jressaq il-partitarji viċin ir-referis u fl-istess waqt jesponi l-umanità tar- referis f 'Malta. Ma' din il-gazzetta huwa tħaddet fid-dettall fuq diffikultajiet li r-referis qed jiffaċċjaw f 'dan il-mument kif ukoll dwar l-effetti sekondarji li r-referì u familtu jgħaddu minnhom kaġun tal-impenn attiv fil- futbol lokali. 'Ir-referì u l-familja tiegħu jkunu taħt skrutinju u pressjoni kbira' Fit-taqtigħa taħraq tal- logħba wħud jinsew li r-referì huwa uman. Skont Tabone, din hi problema enormi għal dawk kollha li jaspiraw li jidħlu fid-dinja tar-refereeing. "Il-pressjoni tax-xogħol ta' referì hi evidenti f 'kull referì membru," sostna Tabone. Żied jgħid li "r-referì u l-familja tiegħu, b'mod speċjali dawk tal-Premier, jitpoġġew taħt skrutinju kbir mill-pubbliku ġenerali. Għal żmien twil jitpoġġew taħt il-pressjoni tal-midja u t-tgħajjir kontinwu minn xi partitarji. Dan apparti is-sigħat twal li matul il-ġimgħa r-referì jkun 'il bogħod mill-familja tiegħu," sostna l-President. Minkejja dawn l-isfidi, Tabone hu tal-opinjoni li, "l-MFA mhi tagħmel xejn biex tnaqqas din il-pressjoni. Fl-aħħar snin konna 'bullied' mill- President attwali meta f 'każ partikolari li fih kien qala' xebgħa referì, qalilna, 'jekk ma tridux taqilgħu s-swat oqogħdu ilagħbu mal-mara u l-kelb.' Dak huwa t-ton ta' dawk fit- tmun," saħaq il-President. Iridu żieda fil-paga… iżda r-referis mhux diġà mħallsin biżżejjed? Fl-aħħar ġranet ta' Jannar, l-MFRA kienet ordnat lir-referis kollha sabiex ma jattendux aktar għat-taħriġ tal-VAR li kien qed isir kull ġimgħa. Din kienet l-ewwel direttiva wara l-kwistjoni taħraq fuq il-paga tar- referis membri. Fid-dawl ta' din il-kwistjoni li għadha għaddejja, l-ILLUM staqsiet lil Tabone biex jispjega l-għeruq tat-talba tal-unjin. Hu jibda biex jgħid, "qabel l-elezzjoni tal- 2010, l-amministrazzjoni attwali kienu wiegħdu li se jiġu riveduti l-pagi u dan kien sar. Riżultat ta' hekk ċertu referis żdiedu bi 30% u oħrajn, bħar- referis tal-premier, żdiedu b'100%. B'hekk minn €100 referì beda jitħallas €200, ovvjament maqsumin fuq numru ta' snin," qal Tabone. Huwa kompla jelabora fuq deċiżjoni li ttieħdet wara l-elezzjoni tal-2013 li finalment skattat din il-kwistjoni tal-pagi. "Fl-2013 l-MFA taħt it-tmexxija ta' Norman Darmanin Demajo, neħħiet il-kumpens għat-taħriġ li kien jingħata lir-referis u li b'kollox kien jammonta għal €1,750 fis-sena," spjega Tabone. L-ILLUM staqsiet għal liema raġuni kien jingħata dan il-kumpens. Tabone jgħid li, "dan kien jingħata minħabba li mit- Tnejn sal-Ħadd ir-referis jitħarrġu, jattendu seminars u fuq kollox ikomplu jagħtu l-impenn attiv tagħhom. Dan tneħħa u ma ġie kkumpensat qatt," sostna l-President. "Kaġun t'hekk," żied jgħid Tabone, "disa' snin wara, referì tal-Premier qiegħed jitħallas inqas minn dak fi żmien l-eks President Joe Mifsud. Ironikament dak iż-żmien konna qed ngħidu li r-referì ma kienx imħallas biżżejjed," irrimarka l-President tal- MFRA. 'Ilni 3 snin ma niltaqa' mal-President Norman Darmanin Demajo' Kemm fl-elezzjoni tal- 2010 u dik tal-2013, l-MFRA kienet tat it-tliet voti tagħha lill-President attwali tal-MFA. Iżda llum il-ġurnata hu sigriet magħruf li ż-żewġ presidenti m'għandhomx xi relazzjoni feliċi. L-ILLUM staqsiet lil Tabone għaliex din ir-relazzjoni marret żmerċ. Tabone jgħid, "bħala Assoċjazzjoni ninsabu ddiżgustati bl-attitudni tal-President Norman Darmanin Demajo. Jiena bħala President ilni għal dawn l-aħħar tliet snin nitlob sabiex niltaqa' miegħu, u dan s'issa għadu ma ltaqax miegħi. Kull darba li jkollna l-ħtieġa niltaqgħu, hu jibgħat lil xi ħadd ieħor," sostna Tabone. Hu jkompli jgħid, "aħna bħala parti integrali mil- logħba tal-futbol suppost għandu jiltaqa' magħna, anke meta ma naqblux miegħu. Jiena fl-irwol tiegħi fejn ma qbiltx miegħu waqaftlu." Il-President fakkar li, "aħna bħala Assoċjazzjoni vvutajnielu kemm fl- 2010 kif ukoll fl-2013. Iżda għaliex din id-darba, fl-elezzjoni ta' Lulju jaf ikollna kandidat ieħor preferut tagħna, qed joħroġ b'arroganza u jagħmlilna l-bsaten fir-roti." Skontu wieħed mill- affarijiet li fihom il- President qed jiżbalja hi, li mhuwiex jirrikonoxxi l-proċess demokratiku tal- MFRA. "Aħna bħala għaqda niġu eletti b'mod demokratiku fost il-membri referis u saħansitra qegħdin organizzazzjoni membru fl-MFA. Biex jipprova jnaqqas is-saħħa tagħna, Darmanin Demajo qed jipprova jinnegozja l-miżati ma' xi ħadd li mhuwiex rappreżentant tal-MFRA," saħaq Tabone. Tabone ma jeskludix li titieħed azzjoni jekk l-MFA tibqa' 'tkaxkar saqajha' Ma' din il-gazzetta, Tabone tkellem ukoll dwar l-aħħar andamenti fil- kwistjoni tal-pagi. "Sabiex nesponu l-maturità tagħna u ma nagħmlux ħsara lir- referis għażilna li naħtru grupp intermedjajru li qiegħed jinnegozja mal- MFA." Għalkemm, għall-bidu huwa stqarr li l-affarijiet kienu mixjin fid-direzzjoni t-tajba, din il-ġimgħa mal-ILLUM hu ddikjara li "l-frustrazzjoni kaġun tad-dewmien mill-MFA taf twassal għal azzjoni mir- referis, fiż-żmien li ġej. Mhux biss aħna frustrati iżda anke xi membri mill-grupp intermedjarju Il-President tal-MFRA bi kliem iebes għall-MFA… jgħid li Darmanin Demajo qalilhom li jekk ma jridux jaqilgħu s-swat joqogħdu jilagħbu mal-mara u l-kelb. Biex tiddefendi lir-referis sħabek, l-ewwel nett ma jrid ikollok l-ebda rabta kummerċjali personali mal-MFA " " 'Jekk sa ġimgħa oħra ma jkollniex risposta konkreta Fl-aħħar snin konna 'bullied' mill- President attwali " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019