Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

illum | Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 22 Illejla fuq it-TV TVM 9:25 Valletta 9:55 Fil-Gnien Ma' Melo 10:25 Malta U Lil Hinn Minnha 12:00 News 12:15 Hadd Ghalik 3:00 Hbieb U Ghedewwa 3:45 Teleshop- ping 4:00 News 4:05 Hbieb U Ghedewwa 6:00 News - Sign Languaged 6:15 Ghawdex Illum 6:45 Ninvestigaw X'Qed Nieklu 8:00 News Bulletin 8:50 Danusan Day 10:00 Headline News 10:05 Danusan Day 10:30 Insights 11:00 News 11:10 Spor ts News 11:25 Animal Diaries TVM 2 9:00 Il-Quddiesa tal-Hadd 10;00 Minn Jum Ghal Jum 10:30 Awtokura 11;00 TV5 Monde - 7 Jours Sur La Planete 11:30 Ar tna - Kultura Agrikola 12:00 Mafkar 12:15 Mill-Ghatba 'l Gewwa 12:45 Teledrammi - Nostalgija u Tifkiriet 1:45 Animal Diaries 2:00 Soccer 4:00 Dwarna 5:00 Ilsienna 5:30 Deheb il-Kar ta 5:45 Fil-Gnien Ma' Melo 6:15 Maltar ti 6:30 Madagascar 7:00 Valletta 7:30 Buckle Up 8:00 News - Sign Languaged 8:15 Ve- nere 8:45 90 Minuta 9:30 Ghawdex Illum 10:00 Dissett 11:00 Dot EU 11:15 Mafkar 11;20 Inven- zjonijiet NET 07:00 Net News 07:30 Immagni (ripetizzjoni) 08:00 Telebejgh 08:30 Quddiesa mis-Santwarju Ta' Pinu 09:15 Headlines 10:30 Bieb u Ghatba 11:30 Id-Diskors tal-Kap tal-PN Adrian Delia 12:00 NET News 12:05 Bieb u Ghatba 13:00 Tel- ebejgh 15:00 NET News 15:05 Telebejgh 15:35 Mirja (ripetizzjoni) prog 18. 16:35 Sorsi Infur- mati (ripetizzjoni) 17:30 Meander (ripetizzjoni) 18:00 NET NEWS 18:05 Spor t Extra - Charles Ca- menzuli 18:45 Flusek (ripetizzjoni) 19:15 Trend- ing 19:30 NET NEWS 20:10 Id-Diskors tal-Kap tal-PN Adrian Delia (ripetizzjoni) 20:45 Replay 22:00 Net News 22:05 Replay 22:30 Pro Wres- tling Malta (ripetizzjoni) 23:00 NET News 23:30 Wheelspin (ripetizzjoni) ONE 10:00 Qribek 10:30 Tabor 11:05 Aroma Kitchen 12:10 Telebejgh 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 3:30 ONE News 3:35 Countr y Jamboree 4:20 Pink Panther 5:00 Popcorn 5:35 L-Argument 7:25 Rappor t tat-temp 7:30 ONE News 8:15 Ieqaf 20 Minuta 8:35 Attività Politika 9:15 Klassi Ghalina 10:20 Ondroad 11:00 Brussels calling Italia 1 8:15 Le 1001 favole di Bugs Bunny 9:45 Fu- turama 10:10 Futurama 10:35 Una mamma per amica 11:30 Una mamma per amica 12:25 Studio Aper to 1:00 Spor t Mediaset 1:45 E-Planet 2:00 Honey 2 4:11 Supergirl 6:00 Mr. Bean 6:30 Studio Aper to 7:00 Spor t Mediaset 7:30 CSI: New York 8:20 CSI: Scena del crimine 9:15 Le Iene Rete 4 10:00 Santa Messa 11:00 Dalla par te degli ani- mali 11:55 Anteprima Tg4 12:00 Tg4 Telegiornale 12:30 Donnavventura 12:35 La signora in giallo 1:40 Donnavventura 2:47 Nina 4:55 Duello tra le rocce 6:50 Anteprima Tg4 6:55 Tg4 Telegiornale 7:32 Tempesta d'amore 8:35 Qualificazioni UEFA Euro 2020 10:55 Qualificazioni Europei 2020 11:28 Calcio Canale 5 8:45 Media Shopping 9:05 Supercinema 9:35 Documentario 11:20 Le storie di Melaverde 12:00 Melaverde 1:00 Tg5 1:40 L'arca di Noè 2:00 Beautiful 2:30 Una vita 3:25 Una vita 4:20 Il se- greto 5:20 Domenica Live 6:45 Avanti un altro! 8:00 Tg5 8:40 Paperissima Sprint 9:24 Il silenzio dell'acqua 11:30 Tg5 notte Rai Uno 8:18 Unomattina in famiglia 9:40 Paesi che vai.. Luoghi, detti, comuni 10:30 A sua immagine 10:55 Santa Messa 11:50 A sua immagine 12:00 Recita dell'Angelus da Piazza San Pietro 12:10 A sua immagine 12:20 Linea verde 1:30 Tg1 2:00 Domenica In 5:30 Tg1 5:35 La prima volta 6:45 L'eredità 8:00 Tg1 8:35 Che tempo che fa 12:05 Speciale Tg1 Rai Due 9:00 Sulla via di Damasco 9:30 Tg2 Dossier 10:15 Chesapeake Shores 11:00 Tg Spor t 11:10 Mezzo- giorno in famiglia 1:00 Tg2 Giorno 1:30 Tg2 Mo- tori 1:55 Meteo 2 2:00 Squadra Omicidi Istanbul 5:10 Tg2 L.I.S. 5:15 Il fiume della vita: Rio delle Amazzoni 6:50 Il fiume della vita 8:30 Tg2 20:30 9:00 Quelli che... Dopo il TG 9:15 The Good Doctor 10:05 The Good Doctor 10:55 Speciale Tg2 Rai Tre 8:30 TGR Speciale 11:10 TGR EstOvest 11:30 TgR RegionEuropa 12:00 Tg3 12:13 Tg3 fuori linea 12:25 Tgr Mediterraneo 12:55 Tg3 L.I.S. 1:00 Il posto giusto 2:00 Tg Regione 2:09 Tg Regione meteo 2:15 Tg3 2:30 1/2 h in più 3:30 Kiliman- giaro 4:45 Kilimangiaro 6:55 Meteo 3 7:00 Tg3 7:30 Tg Regione 7:51 Tg Regione meteo 8:00 Blob 8:20 Grazie dei fiori 9:30 Amore criminale 11:35 Tg Regione Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 How To Train Your Dragon: The Hidden World (PG) 11:15, 14:00, 16:15, 18:30 A Dog's Way Home (PG) 11:35, 14:00, 16:15, 18:25, 20:35 Instant Family (12A) 11:25, 13:55, 16:25, 18:55, 21:25 Escape room (18) 14:05, 16:25, 18:40, 20:55, 23:10 Fighting with my Family (12A) 11:20, 14:05, 16:25, 21:05, 23:35 Captain Marvel (3D) (12A) 14:30, 18:00, 21:00 Captain Marvel (12A) 11:05, 13:45, 16:30, 20:00, 22:45 Border (12A) 16:20 Boy Erased (15) 20:55, 23:25 Rosie (12A) 14:05, 21:05 The Aftermath (15) 14:05, 16:25, 18:45, 21:05 Miss Bala (15) 14:05, 16:20, 18:40, 21:00 Ben Is Back 11:35, 14:10, 16:30, 18:50, 21:10, 23:30 Carmelo (12) 18:45 Everyone Knows (15) 14:20, 17:45, 20:35, 23:20 What Men Want (15) 13:45, 16:15, 18:45, 21:15, 23:45 Let's Read Together (U) 10:00 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Escape Room (15) 16:00, 20:50 Cold Pursuit (15) 10:35, 13:25, 16:00, 18:30, 21:05 Fighting With my Family (12A) 10:45, 16:00, 18:40 The Aftermath (15) 10:50, 13:15, 15:45, 18:30, 21:00 Miss Bala (15) 11:00,13:25, 16:00, 18:40, 21:05 Ben Is Back (15) 11:05, 13:30, 16:00, 18:20, 20:45 What Men Want (15) 10:45, 13:20, 15:55, 18:30, 21:00 Captain Marvel 3D (12A) 21:10 Films ċ-ċinema TV/Ċinema Rokit: Rakkont distopiku li jpoġġina f 'dimensjoni alternattiva ta' spazju u ħin IDDINJA li Loranne Vella jirnexxila toħloq f 'Rokit, hija waħda surreali li però tirrifletti ċerta realtajiet kurrenti li diġà qed inħossu r-riperkussjonijiet tagħhom. Fost it-temi prinċipali li tittratta, fil- fatt, insibu dak tat-tisħin globali, u t-tibdil negattiv fil-klima u l-ambjent li dan iġib miegħu. Hija timmaġina r-riżultati koroħ tal-konsegwenzi li dan il-fenomenu ambjentali jista' jħalli fuq ġżiritna fil-ġejjieni. U allura, fir- rakkont tagħha, naraw immaġni ta' Malta maħkuma kemm mill-ambjent kif wkoll mill-bniedem, jiġifieri fiżikament mill- għargħar u l-maltempati, u politikament minn kolonja Taljana. Fi kliem ieħor, insibu Malta midruba kemm fiżikament kif ukoll spiritwalment. F'dan il-futur immaġinarju, il-Maltin tilfu kemm arthom fik ukoll l-identità tagħhom. Futur mhux daqstant differenti mill-passat. Vella tiżviluppa t-temi prinċipali permezz ta' numru ta' karattri interessanti li eventwalment niltaqgħu magħhom tul ir- rakkont. Fl-ewwel parti tar-rakkont, li jseħħ prinċipalment fil-Kroazja, niltaqgħu maż- żewġ karattri prinċipali: Rika u n-neputi tagħha Petrel. U fl-isfond ta' kollox hemm il-fotografija li nistgħu ngħidu huwa karattru ieħor prinċipali. Kemm Rika kif ukoll Petrel għandhom perċezzjoni tad-dinja ta' madwarhom mill-lenti estetika tal-apparat fotografiku. Petrel wiret l-imħabba lejn il- fotografija proprju mingħand nanntu. Huwa interessanti kif Vella tuża t-teoriji estetiċi dwar l-arti tal-fotografija biex tiżviluppa l-karattri tagħha u toħloq sitwazzjonijiet surreali li jistgħu jfakkru f 'dawk tal-kittieb Ġappuniż magħruf Haruki Murakami. It-tema tal-identità nazzjonali hija żviluppata b'mod ferm interessanti għaliex l-eroj ta' dan ir-rakkont, il-fotografu Petrel, nistgħu ngħidu li huwa taħlita ta' diversi nazzjonalitajiet. Huwa Malti, imma fl- istess ħin m'huwiex. Jitkellem bil-Malti, imma b'aċċent li m'huwiex Malti. Qatta tfulitu u żgħożitu jdur id-dinja ma' Rika, pero' m'hemmx pajjiż li jista' jsejjaħlu d-dar tiegħu, la l-Kroazja u tant ieħor Malta. Allura Petrel jirrapreżenta ċ-ċittadin tad-dinja. U billi huwa ċittadin tad-dinja, forsi għandu potenzjalità li min għandu identità nazzjonali ma jistax ikollu. Infatti, l-privileġju li jitla' fuq ir-rokit u jivvjagga fl-ispazju infinit, Vella ttiħ lil Petrel u mhux lil Benjamin. Niltaqgħu ma' Benjamin fit-tielet parti tar-rakkont, Dnubiet il-Missier. Benjamin huwa iben Petrel. Ir-relazzjoni bejn il- missier u l-iben, però, m'hijiex xi waħda tajba. Eventwalment Benjamin – wara li jirnexxielu jegħleb il-ħafna biżgħat w inċertezzi tiegħu– iħalli d-dar ta' missieru u jingħaqad mar-ribelli – dawk il-Maltin li ma rrassenjawx ruħhom għall-ħakma Taljana u li jridu jikkumbattu biex jirbħu lura pajjiżhom. Benjamin għandu l-funzjoni tal-eroj f 'sens tradizzjonali, dak ta' bniedem speċjali li permezz tal-ħiliet umani tiegħu jista' jeħles il-poplu tiegħu mill-għadu. Karattru ieħor interessanti u enigmatiku huwa dak ta' Veronika, omm Benjamin. Permezz tal-karattru tagħha, Vella tkompli tiżviluppa t-tema dwar il-misteru tal-ħajja u l-mewt. Petrel jiltaqa' ma' Veronika meta jżur id-dar ta' Rika f 'Haż-Żebbuġ, dar li tant kien ilu jara fir-ritratti li Rika kienet ta' spiss turiħ qabel ma mietet. Il-preżenza ta' Veronika fid-dar tixbaħ dik ta' xi fantażma. Veronika tappari u tgħib u tħalli l-fwieħa tal-misteru warajha. F'kapitolu surreali u enigmatiku għall-aħħar, Veronika timmultiplika ruħha, bħal mera tinkiser fl-elf biċċa. Il-kamra timtela' ħafna Veroniki, ta' etajiet differenti. F'Retroprospettivi – t-titolu tal-aħħar parti ta' dan ir- rakkont epiku – Vella terġa ddaħħalna f 'din il-kamra. Hawnhekk nassistu għal mument meta l-Veronika l-aktar anzjana tkun wasslet fl-aħħar ta' ħajjitha. Insiru wkoll nafu, però, li l-mewta tagħha hija ċċelebrata, mill-Veroniki l-oħra, f 'ritwal li jirrepeti ruħu ad infinitum. F'dan ir-ritwal il-mortalità tal-anzjana Veronika tinħall fl- immortalità tal-Veroniki l-oħra, u għalhekk, il-kunċett tal-mewt jintilef f 'dak tal-ħajja u viċe versa; il-kunċett ta' ċirkularità li kull bidu huwa tmiem u viċe versa. Element ieħor interessanti f 'Rokit huwa dak tal-użu ta' żewġ narraturi differenti. Il-biċċa l-kbira tar-rakkont huwa rrakkontat minn narratur li jiżvela l-identità tiegħu biss lejn l-aħħar. Fl-istess ħin, Petrel ukoll għandu funzjoni ta' narratur fl-ewwel parti tar-rakkont, fil-bidu ta' kull kapitolu– u dan huwa indikat permezz tat-tipa bil-korsiv. Infatti, huwa permezz tat-tipa bil-korsiv li l-qarrej jidentifika li l-vuċi, fl-aħħar kapitolu, hija dik ta' Petrel. Jiskopri li Petrel rikeb ir-rokit, u li fl-aħħar irnexxielu jitlaq minn Malta u jkompli l-vjaġġ personali tiegħu. Ir-rokit huwa simbolu b'saħħtu ta' tama. Jista' jitlaq fl-ispazju, u jista' le, jista' jibqa' fuq l-art. It-tluq tar-rokit huwa għalhekk simbolu ta' evoluzzjoni personali. Permezz ta' Rokit, Vella toħloq distopja f 'Malta, fil-futur immaġinarju - spazju fejn tqajjem kwistjonijiet problematiċi li jġegħluna nirriflettu dwar il-kundizzjoni umana, jew x'aktarx diżumana tagħna. Għalkemm immaġinarja, infatti, d-distopja tirrifletti r-realtà tal-lum, il-problemi tal- lum u dak li qed naffaċċjaw. Barra minn hekk, il-plawżibilità tal-viżjoni futuristika tagħha hija bbażata fuq il-kunċett li l-istorja tirrepeti ruħha. Vella, b'hekk, tħeġġiġna naħsbu b'mod kritiku u kreattiv dwar min konna, min aħna u kif qegħdin ninbidlu. L-użu eċċessiv tat-telekomunikazzjoni u d-dipendenza tagħna fuqha, fl-aħħar mill-aħħar, jistgħu jifirduna minflok ma jgħaqqduna. Għandna, għalhekk, nirriflettu serjament dwar il-fatt li l-umanità tagħna tinsab fil-periklu, u nirreaġixxu biex ma nitilfuhiex.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019