Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum Minn Liam Carter LASSOĊJAZZJONI Maltija tal-Futbol (MFA) nediet proġett soċjali li se jkun qed jaħdem bi sħiħ għal aktar inklużjoni fis-soċjetà Maltija bl-użu tal-logħba tal-ballun. L-inizjattiva bl-isem ta' 'All in All for Football,' se tkun qed tipprovdi sessjonijiet ta' taħriġ għal refuġjati u persuni vulnerabbli Maltin bl-għan aħħari jkun li l-isport, f 'dan il- każ il-futbol, jiffaċilita l-proċess ta' integrazzjoni għal dawn il-persuni fil-gżejjer Maltin. Fid-dawl ta' dan kollu, din il-gazzetta tkellmet ma' Peter Busuttil, il-kordinatur ta' dan il-proġett. Huwa tkellem fid- dettall dwar l-għan wara dan il-proġett b'ruħ soċjali. "Grazzi għal dan il-proġett, l-MFA se tkun qed tersaq aktar viċin lejn dawk il- persuni vulnerabbli li jixtiequ jipparteċipaw fil-logħba tal- futbol u l-attivitajiet relatati. B'din l-inizjattiva dawn se jkunu jistgħu jieħdu sehem f 'sessjonijiet tal-futbol imma wkoll f 'attivitajiet oħra relatati," sostna Busuttil. Mal-ILLUM huwa kompla jispjega l-fażi li jmiss sabiex jiġi attwat dan il-proġett. "Wara li jkun irreġistrat l-interess tal-klabbs, l-MFA tibda diskussjonijiet li jittrattaw l-użu tar-riżorsi tal-klabbs fosthom fuq it-tagħmir, il- kowċis u l-postijiet sabiex dan kollu jkun jista' jsir realtà. Żied jgħid li, "wara li bgħatna diversi avviżi lill-klabbs affiljati magħna jidher li l-proġett intlaqa' sew. In-numru ta' klabbs parteċipanti jidher li se jiżdied minn dak tas-sena ta' qabel," saħaq Busuttil. Din l-inizjattiva hi kontinwazzjoni ta' proġett separat li s-sena l-oħra l-MFA kienet nediet bl-isem ta' 'Include Me and I Will Understand'. Dan kien proġett bl-istess għan li kien ra l-parteċipazzjoni ta' aktar minn 300 persuna fosthom refuġjati, persuni vulnerabbli, 12-il klabb tal-futbol lokali u numru ta' NGOs. Hu mifhum li mat-12-il klabb li ħadu sehem is-sena l-oħra se jkunu qed jiżdiedu sitt klabbs ġodda li beħsiebhom jipparteċipaw f 'din l-inizjattiva. Fil-kummenti tagħha, il-kap tal-MEUSAC, Mandy Falzon, faħħret din l-inizjattiva u rrimarkat kif, "dawn it-tip ta' proġetti huma xempju ta' kif il-fondi Ewropej huma kapaċi jħallu effett pożittiv fuq il- komunità." L-inizjattiva soċjali tinkludi l-ħidma ta' diversi klabbs lokali, NGOs varji u aġenziji fosthom: AWAS, Appoġġ u l-Fondazzjoni LEAP filwaqt li dan il-proġett huwa appoġġat mill-UEFA, u kofinanzjat mill- Unjoni Ewropea. Proġett bl-għan li refuġjati u Maltin jiġu inklużi fis-soċjetà bl-użu tal-ballun CAREER OPPORTUNITY Lands Authority is seeking applications from interested persons to fill the following position: Senior Manager Information Technology Jobplus Permit Number – 229/2019 ESSENTIAL Qualifications A recognized Diploma in ICT studies equivalent to MQF Level 5 from a recognized institution and a good level of general education. Demonstrated knowledge of Windows software and desktop products. Demonstrated knowledge of setting up remote access for users. Demonstrated ability to administer a 500+ node network. Demonstrated ability to support networked printers and photocopiers. Demonstrated working knowledge of current communications devices and protocols, server and desktop technologies. Have a basic knowledge on configuring and administering Network Routers and Switches. Basic background in most of the areas within this job especially TCP/IP, sub-netting and VLANs in a routed networks environment. Experience on TCP/IP and related diagnostic tools are a must. DESIRABLE The prospective jobholder is expected to be a highly energetic individual who shall display high levels of initiative and thorough preparation and will also be an excellent communicator. He / She shall demonstrate excellent time skills and be able to work on a tight schedule and deadlines, as well as, to be a strong team player. Interested persons are kindly requested to submit a letter of application and a detailed CV only by email, as one pdf document to: hr.la@landsauthority. org.mt by Monday 8th April 2019. Emails are to indicate the position being applied for and the name of the applicant in the subject. Applications will be acknowledged and treated in strictest confidence. For more information visit the link below: WE ARE RECRUITING https://landsauthority.org.mt/about-us/careers/ Experience Knowledge of ICT related applications and experience is a must. Skills Knowledgeable about the operations/business of the Lands Authority. Ability to represent the organization well, becoming fully knowledgeable about the organization and able to interpret it to others. Other Attributes (if applicable) Il-kap tal-MEUSAC tfaħħar l-inizjattiva u tgħid li dawn huma proġetti li verament iħallu impatt l-komunità

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019