Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Daħħlu l-living wage u prosit tal-Air Malta GĦAL bosta snin tkellimna dwar il-living wage, fil-fatt kien il-Partit Laburista stess li tkellem dwarha u l-bżonn li naħsbu fuq pagi li għall- inqas ikopru dak li huwa bażiku biex persuna tgħix b'mod diċenti. L-ewwel nett x'inhi d-differenza bejn paga minima u living wage? Paga minima hija l-inqas paga li persuna li tista' titħallas legalment, kulm'hu taħt dik il-paga huwa illegali. Din il- miżura mhix neċessarjament tikkunsidra l-inflazzjoni u l-ispejjeż biex persuna tgħix b'mod diċenti. Il-living wage hija kkalkulata skont l-ispejjeż meħtieġa biex persuna tgħix diċenti u allura skont il-prezzijiet tal-ikel, akkomodazzjoni, ħwejjeġ, dawl u ilma, mediċina u dak kollu li persuna teħtieġ biex tgħix kif suppost, f 'pajjiż li qed jagħmel tant flus fis-seklu li qegħdin fih. Hemm żewġ tipi ta' spejjeż, hemm dawk li jwassal għalihom direttament il-Gvern u dawk li jwassal għalihom is-suq. Pereżempju, il-prezz tal-ħalib u l-ħobż huwa ddettat mid-domanda u l-forniment, il-kompetizzjoni u n-natura. L-ebda Gvern ma jista' jqum filgħodu u jiddetta tal-ħalib xi prezz għandhom iżommu jew il-furnara xi prezz għandhom jitolbu. Il-Gvern jista' biss jara li fil- proċess taż-żieda fil-prezzijiet il-konsumatur mhux qed jiġi żvantaġġjat b'mod inġust. L-istess il-proprjetà. Il- Gvern ma jistax imur fuq ċittadin privat u jiddettalu kemm għandu jbigħ dik id-dar u allura x'marġini ta' telf jew qligħ jista' jagħmel. Persuna privata, sakemm qed timxi mal-liġi, għandha dritt tinvesti fil-proprjetà u dritt tagħmel dak li trid biha, mill- ġdid dejjem sakemm tkun osservata l-liġi. Imbagħad hemm dawk l-ispejjeż li jiddeterminahom il-Gvern innifsu, fejn l-entitjiet huma mmexxijin mill-Gvern. Il-prezz tad-dawl u l-ilma u l-gass jiddeterminahom il-Gvern. U tajjeb infakkru li Gvern Laburista, għallinqas fejn ma sarux żbalji, raħħas id-dawl u l-ilma u stabilizza l-prezz tal-gass. Issa għalfejn qed ngħidu dan? Qed ngħiduh għaliex huwa importanti li nitfgħu kull ċifra u numru u kritika f 'kuntest. Il-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja ma ssirx billi ngergru fuq l-għoli tal- prezzijiet u nieqfu hemm. Ma jsirx billi noqogħdu ngħidu biss kemm għolew ċertu prodotti. Jekk il-prodott mhux ikkontrollat mill-Gvern m'hemm ebda garanzija li, jkun hemm min ikun hemm fil-Gvern, dak il-prodott ma jogħliex. Li nistgħu nagħmlu huwa li fejn ma jistax jindaħal il- Gvern għandu jgħin. Li nintroduċu living wage hija waħda mis-soluzzjonijiet li jagħmlu ħafna sens u li verament jistgħu jagħmlu differenza. Bil-kunċett ta' living wage, għalkemm xorta se jibqa' jkollna min huwa fqir u min huwa sinjur, se jkollna mekkaniżmu li jikkalkula u sa ċerta punt jaċċerta illi d-dħul ta' persuna jiggarantixxi li tista' tgħix diċenti, li jkollha biżżejjed flus biex tixtri x'tiekol, biex issaħħan darha u biex f 'każ ta' mard ikollha biżżejjed biex tħallas il- mediċini. Biex ma nerġgħux naraw stejjer bħalma rajna fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda. Biex ma jibqax ikollna nies li lanqas jaf hux se jkollhom saqaf fuq rashom għada jew le. Biex verament il-ġid igawdi minnu kulħadd, mhux hawn min qed iħallas tliet kwarti tal-paga għall- kirja. L-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru illi l-prezzijiet tal- ikel baqgħu telgħin u telgħin, biex fi Frar waslu għall-ogħla rata ta' inflazzjoni li kellna fl- aħħar sena. Dan għandu jġegħelna naħsbu u għandu jġegħelna nifhmu li hemm bżonn ta' proposti iktar konkreti u aktar dejjiema bħal-living wage. Minn hawn nappellaw lill- klassi politika kollha, imma speċjalment lill-Kap tal- Oppożizzjoni Adrian Delia, li qed iqajjem is-suġġett tal-għoli tal-ħajja b'mod frekwenti, biex jerġgħu jikkunsidraw dan il-mekkaniżmu u biex terġa' tqum diskussjoni dwaru. Dan, partikolarment, għandu jsir fid-dawl tal-isplużjoni fil-prezzijiet tal-kiri u tal- proprjetà u quddiem iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel. Din il-gazzetta temmen li l-'living wage' hija l-aqwa għodda biex neradikaw il- faqar. Air Malta: ħidma li qed tħalli l-frott Ilbieraħ tħabbar illi għall- ewwel darba fi 18-il sena l-Air Malta għamlet profitt. Kif kien iħobb jgħid l-eks PM Lawrence Gonzi, "xejn ma jiġri b'kumbinazzjoni." Dan ir-riżultat pożittiv ħafna huwa frott deċiżjonijiet tajbin, tmexxija tajba, xi ftit sagrifiċċji wkoll, ħaddiema bieżla u Ministru li jaf x'inhu jagħmel! Meta dan l-ispazju editorjali kien dwar 17 Black, konna għidna li kienet ħasra illi l-Ministru Mizzi kien taħt tant suspett bil-kwistjoni kollha tal- Panama, meta huwa ministru li kapaċi jġib ir-riżultati. Din l-aħbar hija konferma. Nemmnu li dak li tħabbar ilbieraħ, kien verament akkwist kbir għal pajjiżna u għal-linja nazzjonali tal-ajru, li sa ftit żmien ilu konna kważi ċerti li waslet għall-mewt. Nittamaw li s-snin li ġejjin se jkomplu jfissru tkabbir u suċċess għal-linja nazzjonali tal-ajru. Long live Air Malta! Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019