Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet Minn Liam Car ter HUWA stat ta' fatt li Malta għaddejja minn tkabbir ekonomiku bla preċedent. Kaġun ta' din il-qabża ekonomika, jidher li s-suq tal-proprjetà u tal-kirjiet sploda 'l fuq. Dak li qabel kien jinkera b'miżerjament €300 llum irdoppja jew anke saħansitra trippla. Però dan l-iżvilupp kollu jawgura tajjeb għall- ekonomija tagħna fit-tul? Hemm riskju ta' bużżieqa ta' proprjetà simili għal dik li kkaġunat il-kriżi finanzjarja fl-Istati Uniti fl-2007-2008? Il-valur tal-proprjetà huwa minfuħ wisq? L-ekonomista Gordon Cordina jirrispondi. Mistoqsi jekk il-prezz tal- proprjetà hux qed jintefaħ bħal bużżieqa, Cordina saħaq li, "il-prezz tal- proprjetà jkun qed jintefaħ bħal bużżieqa li kieku min qed jixtri qed jagħmel dan biss bl-iskop li jerġa' jbigħ fi ftit żmien wara u li jkun qed jixtri grazzi għal self, li x-xerrej jista' jkun ma jiflaħx għalih." Żied jgħid li, "l-andament tas-suq tal-proprjetà jkun determinat minn diversi fatturi fosthom: it-tkabbir naturali tal- popolazzjoni, jiġifieri d-differenza bejn dawk li jitwieldu u dawk li jmutu, iċ-ċaqliq fil-popolazzjoni bl-immigrazzjoni u l-emigrazzjoni, id-dħul u assi finanzjarji ta' xerrej, id-domanda għal kirjiet mit-turisti, il-kwalità tal- proprjetà li qed tinxtara, l-użu tal-proprjetà bħala mezz ta' tfaddil, ir-rata ta' żvilupp ta' proprjetà ġdida, kif ukoll riġenerazzjoni ta' dik li m'għadhiex tajba għall-bżonnijiet tal-lum." Apparti minn hekk, ma' din il-gazzetta l-ekonomista stqarr li, "iż-żieda fil- prezzijiet ta-proprjetà mibjugħa li qiegħda madwar 5%, tqabbel sew mat-tkabbir ekonomiku." Skont l-ekonomista din iż- żieda fil-prezz ma tagħtix tħassib ta' żidiet artifiċjali u bla bażi. Minkejja dan huwa stqarr li, "jista' jkun hemm proprjetajiet jew lokalitajiet sħaħ fejn iż-żidiet ma jkunux sostenibbli f 'każ ta' ċaqliq negattiv qawwi fl-andament ta' ċertu setturi li jistrieħu ħafna fuq ħaddiema barranin," saħaq Cordina. Għandu jkun hemm kontrolli fuq il-kirjiet? Ħafna huma tal-opinjoni li f 'Malta hemm bżonn li jiġu intradotti kontrolli fuq il-kera. X'opinjoni għandu Cordina? Mal-ILLUM huwa jiddikjara li, "ma naħsibx li l-istat għandu jintervjeni direttament fil-prezzijiet għax kull meta jagħmel hekk ikun qed joħloq aktar deni milli ġid." Minkejja dan, huwa qal li, "il-politika ekonomika u soċjali tal-Gvern għandha tiżgura li jkun hemm biżżejjed soqfa biex jilqgħu għal dawk li qegħdin fil- faqar." Kompla jgħid li għandu jkun hemm regolamenti biex is-self mill-banek ikun prudenti. "Għandha tispiċċa l-evażjoni fiskali u l-abbuż mill-kirjiet fuq kerrejja vulnerabbli." Fl-aħħar nett l-ekonomista qal li, "il-Gvern jista' jikkonsidra wkoll li jippubblika informazzjoni dwar il-prezzijiet li wieħed għandu jistenna li jsib fis-suq fuq proprjetajiet ta' karatteristiċi differenti liema proprjetajiet jkunu l-aktar li jappellaw għall- pubbliku." illum | Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta The Cross Pharmacy, 859, Triq il- Kbira San Ġuzepp, Ħamrun Lantern Pharmacy, 46, Misraħ il- Kebbies, Santa Venera St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant'Elena, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Pietà Balluta Pharmacy, 30, Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin Medicine Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Qawra Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gen- dus, Bormla St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbel- lika, Żabbar Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Luqa The Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Gozo Chemists, Mġarr Road, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 4 lokalment forza 4 għal 5, li jdur mill-Punent BAĦAR Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Grigal forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4, gradwalment idur mill-Punent Majjistru u jsir forza 4 BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir ħafif agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'L-ebda riskju ta' bużżieqa ta' proprjetà f 'Malta' jgħid l-ekonomista Cordina SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - L-iżvilupp kollu li għaddej bħalissa jawgura tajjeb għall-ekonomija? Il-prezz tal-proprjetà hu minfuħ? L-Ekonomista Gordon Cordina jwieġeb Malta qiegħda f 'riskju ta' bużżieqa ta' proprjetà? L-ekonomista Gordon Cordina

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019