Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 Kważi ċerti fil-Kottonera, imma xejn Il-Ħamrun...il-Partit Laburista b'rasu mistrieħa Il-Ħamrun. Lokalità fejn il-Partit Laburista mhux biss kiseb maġġoranza komda fuq il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin, talli baqa' jżid il-voti fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali. Fl-elezzjoni tal-2007, meta l-Ħamruniżi ħarġu jivvutaw għall-kunsill biss, il-Partit Laburista kiseb 3,128 vot u l-Partit Nazzjonalista ġab 2,277 vot biex id-distakk kien ta' 851 vot. Sena biss qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013, il- Ħamruniżi reġgħu vvutaw għall-kunsill u din id-darba d-distakk bejn il-partiti tela' għal 1,270 vot. Il-Partit Laburista żied il-voti biex ġab 3,217-il vot u l-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti u kiseb 1,947 vot. L-aħħar li l-Ħamruniżi vvutaw kien fl-2015 meta l-Partit Laburista kompla jżid il-voti u kiseb 3,332 vot. Din id-darba, il-Partit Nazzjonalista żied ukoll il-voti biex b'kollox kiseb 2,285. Id-distakk naqas għal 1,047 vot anke jekk dan xorta fisser maġġoranza komda favur il-Partit Laburista. Għalhekk, anke jekk qatt ma tista' taqbad u taqta' linja, kollox jindika li fil-Ħamrun il-Partit Laburista se jibqa' b'saħħtu ħafna. Il-Marsa…il-PL qed jitlef imma għadu komdu Fl-aħħar tliet snin fil-Marsa, il-Partit Laburista dejjem naqqas il-voti iżda għad għandu maġġoranza komda ħafna. Fl-2008, meta l-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, l-istess partit ġab ammont sostanzjali ta' voti fl-elezzjoni tal- kunsill lokali, anke jekk il-Partit Laburista ġab ħafna aktar. Fil-fatt, id-distakk bejn il-partiti kien ta' 1,421 vot, wara li l-Partit Laburista rebaħ 2,589 vot u l-Partit Nazzjonalista ġab 1,168 vot. Fl-2012, meta ma kien hemm l-ebda elezzjoni oħra ħlief tal-kunsilli lokali, il- Partit Nazzjonalista naqqas drastikament il-voti u kiseb biss 550 vot. Il-Partit Laburista wkoll tilef 470 vot, biex ġab 2,119. Madanakollu dan kien ifisser li l-Partit Laburista żied id-distakk fuq l-2008, għal 1,569 vot. Fl-aħħar elezzjoni għall-kunsill lokali li saret fl-2015, meta l-Marsin ivvutaw ukoll fir-Referendum tal-Kaċċa, il-Partit Laburista reġa' naqqas il-voti u kiseb 2,063 filwaqt li l-Partit Nazzjonalista żied ftit voti biex kiseb 679. Għalhekk id-distakk reġa' naqas għal 1,384. Għalkemm wieħed qatt ma jista' jkun ċert, anke jekk din is-sena aktar Marsin x'aktarx li ħerġin jivvutaw, id-distakk għadu kbir wisq biex jingħeleb. Tal-Pietà…fejn kull vot jgħodd Tal-Pietà. Diffiċli ħafna tipprova tbassar x'se jiġri hekk kif fl-aħħar tliet elezzjonijiet tal-kunsill lokali, iż-żewġ partiti ewlenin żiedu fil-voti tagħhom u d-distakk bejniethom kien wieħed minimu. Mhux hekk biss, talli f 'din il-lokalità, il-kunsill lokali għadda minn idejn il-Partit Laburista għal idejn il-Partit Nazzjonalista biex reġa' spiċċa f 'idejn il-Partit Laburista. Fl-2006, meta ma kien hemm l-ebda elezzjoni oħra apparti tal-kunsill, il-Partit Laburista fil-Pietà kiseb 1,049 vot u l-Partit Nazzjonalista ġab 991 vot biex id-distakk kien dak ta' 58 vot. Fl-2009, meta apparti għall-kunsill, in-nies tal- Pietà ħarġu jivvutaw għall- Parlament Ewropew, il-Partit Nazzjonalista rebaħ il-kunsill b'125 vot wara li kiseb 1,257 vot kontra l-1,132 li ġabu bejniethom il-kandidati tal- Partit Laburista. Meta fl-2013, l-istess lokalità vvutat kemm fl-elezzjoni tal-kunsill lokali u anke fl-elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista reġa' ħa f 'idu l-kunsill b'106 voti wara li kiseb 1,430 vot kontra l-1,327 vot li kiseb il-Partit Nazzjonalista. Għalhekk, għal din il-lokalità nistgħu biss nistennew u naraw. Santa Venera…lokalità oħra missielta F'Santa Venera, fl-aħħar tliet elezzjonijiet tal-kunsill lokali, iż-żewġ partiti ewlenin ġabu ammont sostanzjali ta' voti u l-maġġoranza nbidlet tliet darbiet. Fl-2005, meta ma kien hemm l-ebda elezzjoni oħra apparti tal-kunsill lokali, il- Partit Nazzjonalista kiseb 1,543 vot u l-Partit Laburista kiseb 1,724 biex rebaħ il-kunsill Vendriż b'181 vot. L-elezzjoni li kien imiss saret fl-istess ġurnata tal-elezzjoni ġenerali tal-2008 liema elezzjoni rebaħha l-Partit Nazzjonalista. Anke l-kunsill ta' din ir-raħal kien rebħu l-Partit Nazzjonalista b'142 vot, wara li żied kważi 864 vot biex rebaħ 2,407 voti. Il-Partit Laburista kien kiseb 2,265 vot. Din is-sena, l-Alternattiva Demokratika kisbet 139 vot. L-aħħar elezzjoni għall-kunsill Vendriż saret mal-elezzjoni ġenerali tal-2013 li rebaħ il-Partit Laburista. Dik is-sena wkoll il-kunsill mar f 'idejn il-partit li rebaħ l-elezzjoni ġenerali. Fil-fatt, il-Partit Laburista żied il-voti u rebaħ 2,553 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas u kiseb 2,168, biex id-distakk kien dak ta' 385 vot. L-Alternattiva kisbet 123 vot. Din is-sena l-elezzjoni għall-kunsill Vendriż se terġa' ssir ma' elezzjoni oħra importanti, din id-darba tal-Parlament Ewropew. Wieħed jista' biss jistenna u jara jekk din hux se jerġa' jkollha impatt fuq l-elezzjoni tal-kunsill. Iċ-ċans forsi jxaqleb xi ftit aktar lejn il-Partit Laburista hekk kif fost il-Vendriżi dejjem żied il-voti l-aħħar tliet elezzjonijiet. Bormla: fortizza Laburista, b'possibilità li jonqsu l-voti għall- PN/PL Bormla minn dejjem kienet lokalità meqjusa fortizza Laburista u hija prattikament ċertezza illi hekk se tibqa'. Jekk inħarsu lejn l-aħħar tliet elezzjonijiet naraw illi l-PL dejjem kiseb distakki kbar fuq il-PN li fil-fatt kibru u li allura juru illi elezzjonijiet differenti m'għamlux effett partikolari. Fl-2006, meta kien hemm elezzjoni tal-Kunsilli Lokali biss, il-PL kiseb 2,081 vot u l-PN 581 vot, b'distakk ta' 1,500. Fl-2009, meta bħal Mejju li ġej kien hemm elezzjoni tal-MEPs, id- distakk kiber għal 2,033 vot bil-PL iżid il-voti b'600 u l-PN iżid 83 vot. Fl-2013, allura ma' elezzjoni ġenerali li l-PL rebaħ b'36,000 vot, l-partiti reġgħu żiedu l-voti għalkemm l-PL żied b'rata ħafna ikbar mill-PN. Fil- fatt l-PL żied mat-300 vot biex kiseb 3,012 u l-PN żied mal-40 vot għal total ta' 704. Id-distakk kien ta' 2,308 u allura l-akbar distakk f 'dawn it-tliet elezzjonijiet. Għalkemm xejn mhu ċert, hija kważi ovvja li l-PL hawn se jibqa' b'maġġoranza qawwija, għalkemm jista' jkun hemm tnaqqis fil-voti taż- żewġ partiti meta kkumparat mal- 2013, minħabba li dik ta' Mejju mhix elezzjoni ġenerali. ....tkompli minn paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019