Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat b'suċċess is-sitt attività Autocross mill- Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019. Għal din l-attività ħadu sehem il-Karozzi Autocross fejn irreġistraw 22 kompetitur maqsuma fit-tliet klassijiet, dik Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Diesel. Fl- aħħar tal-progrmm ġiet organizzata għal l-ewwel darba 'Ladies Demolition Derby' li għaliha pparteċipaw 10 nisa. Il-Ħadd filgħodu ġiet organizzata wkoll il-ħames attività mill-Kampjonat Nazzjonali Trials li saret fil- barriera tas-Sagħtar, limiti tan-Naxxar. Intant il-qofol u l-għeluq tal-program tal- Ħadd kienet id-Demolition Derby tan-Nisa fejn 10 kompetituri rreġistraw għal din l-ewwel edizzjoni f 'Malta. Dawn kienu Carol Bowell fuq Toyota Starlet, Michaela Sammut fuq VW Polo, Francesca Schembri fuq Ford Fiesta, Panthea Butler fuq Skoda Favorit, Kayleigh Desira fuq Toyota Starlet, Mandy Farrugia Lomax fuq Skoda Favorit, Yanica Gilford fuq Kia Pride, Mary Butler fuq Skoda Favorit, Jessica Magro Butler fuq Subaru J10 u Maronia Mallia fuq Skoda Favorit. Kollox beda fit-3:20pm fejn wara li l-kompetituri nisa li għal diversi snin jissaportjaw lil-irġiel tagħhom jew membri oħra tal-familja issa kienu n-nisa fil-kontroll assolut tal-vettura taħħom. Dawn l-ewwel għamlu parata ta' żewġ dawriet mal- Korsa u wara ngħata is-sinjal għall-bidu ta' din id-Derby. Minkejja li dawn qatt ma kellhom l-esperjenza wara l-isteering ta' Demolition, bdew jagħtu daqqiet spettakolari b'teknika pulita fis-sewqan u skont ir-regolamenti tal-logħba b'attenzzjoni li ma tinkiser l-ebda regola. Dawn l-għaxar kompetituri għamlu show mil-isbaħ minkejja li numru kbir mill-pubbliku preżenti bdew jissaportjaw karozzi jew oħra. Wara kwazi 50 minuta ta' battalja bejn dawn il-karozzi kien għad fadal dwell bejn Magro Butler u Sammut fejn għal kwazi 15 il-minuta rajna lil dawn iż-zewġ karozzi jgħatu u jaqilgħu daqqiet waqt li l-magni tagħhom ma setgħu jintfew b'xejn. Waqt li Sammut kien għad kellha l-karozza timxi u taħdem dik ta' Magro Butler baqgħat taħdem u timxi izda bir-roti ta wara wiqfin għal kollox. Dik li kellha tkun l-aħħar daqqa biex tiddetermina min ser ikun ir-rebbieħ, rajna liz-zewġ karozzi jintfew u jergħu jistartjaw qishom karozzi ġodda. Fejn is- soltu naraw l-aħħar daqqa li tiddetermina lir-rebbieħ kien nar zgħir li żviluppa fil-magna ta' Sammut li bi prekawzjoni, Sammut kellha tabbanduna l-karozza u tiġi ddikjarata Runner-Up waqt li Magro Butler rebħet din l-ewwel edizzjoni tal-'Ladies Demolition Derby'. Iż-żewġ finalisti ferħu b'xulxin fuq is-saqaf ta' waħda miż-żewġ karozzi finalisti. Il-president tal- Assoċjazzjoni Frans Deguara, qabel il- preżentazzjoni tat-trofej irringrazzja lill-irġiel tal- kompetituri li ħadu ħsieb jippreparaw il-karozzi biex dawn in-nisa setgħu jieħdu sehem f 'din id-Derby u lin-nisa wkoll tal-wirja sportiva li wrew. Il-president ħabbar ukoll li din l-attività ser tiddaħħal fil-kalendarju tal-ASMK bħal Demolitions oħra. Intant diġà bdew il- preparament għal Demolition Derby bil- karozzi żgħar li dejjem issir qabel l-Għid il-Kbir. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@ asmk.org.mt jew permezz tal-mowbajl fuq in-numru 99425489. Jessica Magro Butler innifisha tatna iktar dettalji: "Id-Demolition Derby ilni mmur naraha għal dawn l-aħħar 10 snin. Ovvjament, biex nissapportja lir- raġel tiegħi u anke lill- familjari. Ħafna drabi kienu jidħlu familja sħiħa biex jikkompetu għax kienet saret okkażjoni fejn jinġabru u jidħlu għaliha bħala logħba flimkien. U ovvjament il-grupp dejjem jiżdied. Fuq id-demolition tan- nisa kien ilna ngħidulhom biex jagħmlu waħda fejn tkun nisa biss, u wara dan iż-żmien ta' stennija saret waħda fil-jiem li għaddew, li għalija kienet suċċess kbir. In-nisa konna grupp tajjeb ħafna, qbilna bejnietna u dħalna għaliha bħala logħba u mingħajr piki bejnietna. Jien dħalt nikkompeti sforz tax-xogħol li jieħdu l-irġiel tagħna, għax il-karozzi jridu jkunu armati skont il-liġijiet u r-regolamenti tal- ASMK, fejn huma jieħdu ħsieb ħafna is-sigurtà tas-sewwieqr. Minn hawnhekk, nixtieq nirringrazzja lill-irġiel tagħna li ħadmu bis- sħiħ biex jagħmlulna l- karozzi u jarmawhom sew. Aħna n-nisa ħadna gost niżbgħuhom b'kuluri vivaċi u b'xi kliem u ismijiet ta' familjari tagħna wkoll. Għalkemm tidħol għaliha bħala logħba, ġaladarba tkun fiha naħseb li kulħadd ikun jixtieq li jirbaħ. Biss però, żgur li dan ma kienx it-tir tiegħi, għar-raġuni li qatt ma bsart li kont ser nirbaħ. Hija logħba sabiħa ħafna. Mhix faċli għax jiġu mumenti li jkunu ta' taqtiegħ il-qalb. Tibda tibża' li l-karozza se tieqaf jew li mhux se jirnexxilek tistartja biex tkompli, imma oħroġ il- għaġeb il-karozza baqgħet b'saħħitha wara dawk id- daqqiet kollha u rnexxieli nasal ukoll sal-finali fejn spiċċajt fl-ewwel post. Nixtieq nirringrazzja lill- organizzazzjoni tal-isport kif ukoll lill-Għaqda tal- ASMK li wrew l-interess fin-nisa. Issa nista' ngħid li bħala pajjiż li jirrenja fl- ugwaljanza, li nżidu in-nisa fl-isport hija xi ħaġa sabiħa ħafna, u dan huwa riżultat ta' suċċess fejn il-mara hija kapaċi daqs l-irġiel u tista' tasal jekk dejjem wieħed ikun determinat li jasal. Jalla li l-ASMK tibqa' torganizza attivitajiet bħal dawn biex inkomplu nkabbru l-interess u n-nisa jsiru aktar midħla ta' dan l-isport ukoll! Nixtieq ngħid lil dawk in- nisa li kkompetew miegħi prosit kbira tal-ghaqda li kien hemm bejnietna u anke tal parteċipazzjoni tagħhom. Għalkemm din hija logħba fejn xi ħadd wieħed biss ikollu jirbaħ - ftakru li intom kollha rebbiħin! 'Bħala pajjiż li jirrenja -ugwaljanza, ngħid li l-mara hija kapaċi daqs raġel u tista' tasal jekk tkun determinata' - Jessica Magro Butler Ritratti - Mario Micallef

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019