Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum 'Qatt tkun sodisfatt u tirrilassa anzi aħdem iktar' - Chad Cuschieri Patus minn Cristian Antony Muscat CHAD Cuschieri Patus - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f 'dawn l-aħħar snin. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-basketball? Bdejt nilgħab dan l-isport minn meta kont għadni żgħir. Konna nilagħbuh il-familja kollha, il- ġenituri, żewġ ħuti subien u tifla. Din kienet diġà raġuni biżżejjed sabiex inkun involut fil-logħba tant sabiħa tal-basketball. Liema aspett tal-logħba tħossok komdu fih u li tħoss li huwa faċli għalik? Fil-verità xejn mhu faċli f 'dan l-isport. Ikun hemm bżonn ta' sigħat twal ta' prattika u taħriġ sabiex inkun dak li jien illum. Snin twal ta' taħriġ, ripetizzjoni ta' tattiċi u insistenza sabiex intejjeb il-ħiliet tiegħi. Kien hemm mumenti fejn ma kellix aptit ċerti affarijiet iżda xorta komplejt għaddej. Iżda fuq kollox liema aspett tal-logħba sibtha diffiċli li tħaddem? Kif għedtlek diġà f 'din il-logħba xejn mhu faċli. Jien għamilt ħafna ħin mhux biss nipprattika iżda wkoll nosserva lil ħaddieħor jilgħab sabiex nara fejn għandi nitjieb. Dan kollu jagħmel differenza kbira fil- progress tiegħek minn sena għal sena bħala atleta. Kif tipprepara ruħek għal xi logħba tarah xi ftit differenti minn kif iħejju ruħhom sħabek? Ma tantx jien ċert fuq din ir-risposta. Personalment għandi rutina li nżomm qabel kull logħba. Inħobb ħafna nimxi, niekol l-istess ikel u nipprepara mentalment għal-logħba li nkun ser nilgħab. X'inhuma l-affarijiet li tgħallimt mill-basketball? Kemm qed tużahom għall-ħajja tiegħek ta' kuljum? Dan l-isport għallimni ħafna affarijiet. Fost l-oħrajn tani l-opportunità nitgħallem kif għandi naħdem ma' ħaddieħor bħala tim. Dan il-fattur għeni wkoll nagħmel ħafna ħbieb. Tgħallimt kif għandi nanalizza ċerti sitwazzjonijiet u nikkritika lili nnifsi sabiex nitjieb dejjem aktar. Dan kollu ġiegħlni nirrealizza kemm għandi nkun dedikat u naħdem sabiex nilħaq l-għanijiet tiegħi. Għandek xi drawwa jew ritwal li tħobb tagħmel qabel kull logħba? Għandi ħafna drawwiet li nieħu gost nagħmel sabiex inkun lest għal- logħba. Kif għedtlek inħobb niekol l-istess ikel, nisma' l-istess mużika u nipprepara ruħi psikoloġikament sabiex toħroġli logħba tajba. Liema kienet l-iktar ħaġa li sibtha diffiċli tagħmel f 'dan l-isport? Naħseb l-iktar parti iebsa li sibt kien żmien il- kulleġġ fejn kont nattendi u ħafna eżerċizzji li konna nagħmlu qabel jibda l-istaġun. Fiżikament ridt tkun verament tajjeb biex tlaħħaq ma' dawn l-eżerċizzji ferm iebsa. Ifisser xi ħaġa għalik in- numru li tħobb tilbes fuq il-flokk? Mhux daqshekk! Matul is- snin ilbist ħafna flokkijiet b'numri differenti. In- numru favorit tiegħi huwa 72 għalkemm kif għedtlek mhux li tant ifisser xi ħaġa partikolari n-numru. Liema kienet l-iktar memorja tal-istaġun li għadda li tibqa' ġġorrha għal ħafna żmien? Bla dubju meta rbaħna l-kampjonat. Minkejja kollox ma niftakarx biss l-aħħar logħba li tatna t-titlu iżda l-partiti l-oħra li għenuna nkomplu nżidu l-progress tagħna matul dan l-istaġun. Fl- aħħar mill-aħħar ilħaqna l-qofol tagħna lejn l-aħħar filwaqt li ngħaqadna bħala tim sabiex wasalna għall-għan finali. X'taħseb dwar il-livell tal-basketball f 'Malta? Naħseb li l-livell tal- basketball f 'Malta huwa tajjeb. Anzi qed nara li matul dan l-istaġun, il-kampjonat huwa verament kompetittiv. Il- logħba qed tkompli tikber anke għax hawn iktar courts li l-pubbliku jista' jipprattika fihom. Dan kollu jagħti iktar fiduċja li l-basketball f 'Malta ser ikompli jikber fis-snin li ġejjin. U xi tgħidli dwar l-infrastruttura relatata ma' dan l-isport? Sodisfatt bil-padiljun nazzjonali f 'Ta' Qali? L-ewwel u qabel kollox l-awtoritajiet għamlu biċċa xogħol tajba li taw ħajja ġdida lill-padiljun f 'Ta' Qali filwaqt li żiedu courts oħra maġenbu. Kif għedtlek qed nara potenzjal kbir li l-logħba tkompli tikber dejjem aktar. Jekk inżewġu l-ideat ta' xulxin ser inkomplu nżidu iktar opportunitajiet f 'dan l-isport. Kif tista' tiddeskrivi l-istaġun preżenti ma' Hibernians? Dan l-istaġun s'issa kien tajjeb għalkemm dejjem nimmiraw li nirbħu kull unur li nikkompetu għalih. Minkejja li xi drabi mhux dejjem tajna l-aqwa tagħna, dejjem konna umli li tgħallimna mill-iżbalji tagħna u dan kollu tana spinta sabiex bdejna s-sena bit-tajjeb. Taħseb li tistgħu terġgħu tirbħu l-kampjonat jew xi unur ieħor matul dan l-istaġun? Kif għedtlek mhux ser tkun faċli għalkemm jien meta ninżel fil-court dejjem nagħmel dan b'mentalità rebbieħa. Fit- tim tagħna hemm ħafna kompetizzjoni u postok qatt mhu ċert. Iżda dan kollu jġib aktar rieda biex dejjem tagħti l-mija fil- mija tiegħek. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal jew żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil-basketball. L-ewwel u qabel kollox ħu pjaċir tagħmel dak li tixtieq. Iġri wara l-ħolm tiegħek u kompli rsisti anke meta forsi l-affarijiet jiġu bil-kontra. Qatt tkun sodisfatt u tirrilassa anzi aħdem iktar ħalli dak li tkun qed tfittex issibu. Chad Cuschieri Patus Ritratt - Wally Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019