Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

illum | Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 20 Opinjoni K ull soċjetà hija unika. Kull soċjetà għandha l-karatteristiċi tagħha. Biss kull soċjetà hija komposta minn għadd ta' strati soċjali. L-istess hija s-soċjetà Maltija. Fortunatament iżda l-aħħar snin kienu eżempju ta' kif pajjiżna rnexxielu jtaffi l-istratifikazzjoni soċjali, u minflok wettaq u ħaddan politika, li tellgħet 'il fuq persuni vulnerabbli li għal żmien twil qatt ma emmnu li magħhom tista' titwettaq ġustizzja soċjali. Ifisser li wasalna? Għamilna ħafna u wettaqna differenza kbira fil-ħajja ta' eluf ta' familji u anzjani, iżda fadal dawk il-ftit li għadna ma lħaqniex. Irridu nagħmlu aktar. Kien hemm gvernijiet oħra fil-passat riċenti, li qalu li l-faqar huwa biss perċezzjoni. Dan il-Gvern u Moviment iżda jaħsibha ferm differenti, għax jirrikonoxxi li għad hemm persuni li ma gawdewx mit-tkabbir ekonomiku u mill-ġid maħluq. Hu għalhekk illi ninsab kuntent li nifforma parti minn Gvern, li għandu ruħ u qalb soċjali, saqajh mal-art, u li jifhem ir-realtajiet, il-piżijiet u l-weġgħat tan-nies. Dan mhuwiex biss kliem fieragħ, iżda rieda soda riflessa fil-ħidma sfieqa li wettaqna f 'dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi. Nitkellem hekk għax ir- riżultati ta' din il-ħidma qed tkompli timmaterjalizza u qiegħda riflessa wkoll fl-istatistika miġbura miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kif ukoll tal-Fond Monetarju Internazzjonali. It-tnejn li huma kkonfermaw li kompla jonqos għal darb'oħra l-għadd ta' persuni mċaħħda materjalment severament f 'pajjiżna, fejn illum hawn biss terz ta' kemm kien hawn fl-2013. Din l-istatistika nħadmet fuq is-sena 2017, li jfisser ukoll li għad iridu jinħassu l-effetti tal-miżuri tal-Baġit għas-sena 2018 u 2019. Il-kejl tal-familji dwar ċ-ċaħda materjali, severa jew mhix, huwa bbażat fuq kemm il-persuni jqisu ruħhom neqsin jew le minn ħwejjeġ bażiċi. Persuni li jgħixu f 'familji fejn ma jistgħux ilaħħqu ma' ta' lanqas erbgħa minn disa' indikaturi jitqiesu li huma mċaħħda materjalment severament. Jekk ikunu tlieta l-affarijiet li ma jifilħux għalihom allura l-persuni jkunu meqjusa li huma mċaħħda materjalment. Ir-rata ta' ċaħda materjali severa fil-preżent hija l-anqas li qatt ġiet irreġistrata f 'Malta minn mindu bdiet tinġabar din l-istatistika mis-sena 2005, u turi tnaqqis ta' kważi 28,000 persuna mis-sena 2013. Naqsu wkoll dawk il-persuni li huma mċaħħda materjalment, fejn illum din ir-rata hija anqas min-nofs ta' dik li kienet fl-2013, waqt li hija wkoll ferm aktar baxxa mill-medja fl-UE. Dawn ir-riżultati qed iwassluna biex nersqu lejn l-aqwa rati rreġistrati f 'pajjiżi fl-Ewropa tat-Tramuntana, bħad-Danimarka, l-Olanda u l-Finlandja. Dan kollu apparti, ma nixtieqx li nuża dan il-ftit spazju biex niftaħar b'dak li qed niksbu. Ċert li hemm min qed jaqra dan l-artiklu u dak li ktibt sa issa ma jħossx li jgħodd xejn għalih. Irridu nibqgħu nagħtu l-attenzjoni tagħna lilhom. Permezz ta' iktar żidiet fil-paga minima, il-garanzija għaż-żgħażagħ, inizjattivi bħat-'Tapering of Benefits', l-'Inwork Benefit', Childcare b'xejn, l-inklużjoni ta' iktar nisa fid-dinja tax-xogħol, u diversi żidiet fil-pensjonijiet, qed jirnexxilna nilħqu wkoll lil din il-faxxa ta' persuni, li għal żmien twil ma setgħux ilaħħqu mal-ħajja. Minkejja dan kollu, xorta waħda għad fadal dawk il-persuni li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħlasijiet ta' self u l-pagament tal-kera. Dan il-Gvern huwa soċjalment konxju ta' din il-problema, tant li mill-ġdid tħabbru għadd ta' miżuri fil-Baġit biex jilqgħu għall-isfidi li ġabet magħha d-domanda għal aktar akkommodazzjoni affordabbli. L-impenn tagħna qed inwettquh f 'dan il-qasam, b'titjib radikali fl-iskema ta' sussidju għall- kera sabiex il-kera, ssir aktar affordabbli. Fil-fatt, issa, ir-rati massimi ta' Housing Benefit ivarjaw bejn €3,600 u €5,000 fis- sena skont id-daqs u d-dħul tal-familja. Fil-benefiċċju tal-akkomodazzjoni soċjali, il-ġdid se nħarsu mhux biss lejn id-dħul tal-familja, iżda wkoll lejn il-persentaġġ minn dak id-dħul illi qed jintefaq fuq il-ħlas tal-kera. Bl-istess mod qed naħdmu fil-bini tal-akkomodazzjoni soċjali, fejn b'kollox se jkunu qed jinbnew 1,100 appartament għal dawk il-persuni li verament għandhom bżonn. Dan huwa l-istil u l-mod li bih, mhux biss qed nirrikonoxxu li għad hawn persuni mċaħħda materjalment, iżda qed naġixxu biex ngħinuhom joħorġu minn dik ix-xibka. Hekk se nkomplu nagħmlu fix-xhur u s-snin li ġejjin, b'rieda soda u qawwija, għax il-valuri tagħna baqgħu dejjem l-istess, dawk tal-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà. Michael Falzon huwa l-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Dawk il- persuni li ma jistgħux ilaħħqu mal- ħlasijiet ta' self u l-pagament tal-kera. Dan il-Gvern huwa soċjalment konxju ta' din il-problema, tant li mill- ġdid tħabbru għadd ta' miżuri l- baġit... " Negħlbu u mhux naħarbu l-faqar " MICHAEL FALZON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019