Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum jibdew b'nuqqas ta' rispett b'xi kummenti li jsaħħnu lil dawk ta' ħdejhom li ma jifhmux fil-logħba jew b'kummenti mhux lejn l-'uniformi' tar-referì imma personali bla bżonn. F'dawn il-mumenti, bħalma nsostni meta nagħti l-lectures, trid tipprova tibqa' kkonċentrat u tkun bħaċ-ċinju li, għalina li narawha, tidher ferm grazzjuża tgħum fuq l-ilma imma fil-verità titħabat u taħdem qatigħ taħt l-ilma. Tħoss li għandha tidħol l-għajnuna tat- tekonoloġija fil-basketball lokali? Jien użajt u nuża t-teknoloġija fl-ambitu Ewropew hekk kif fil-basketball issa ilna numru ta' snin bis-sistema tal-instant replay (simili ghal VAR) u favur l-użu. Minn din l-esperjenza ngħid bla tlaqliq li, meta użata kif suppost, hija ta' għajnuna kbira f 'mumenti kruċjali jekk azzjoni ma tkunx ċara fuq il-court. Min-naħa l-oħra, jekk użata ħażin, din tista' wkoll tkun ta' dannu peress li azzjonijiet mill-ewwel isibu ruħhom fuq il-midja soċjali. Sfortunatament irid isir ħafna investiment, eżempju mill-inqas 4 kameras u programmi speċjalizzati, biex ikun hawn l-istess teknoloġija f 'Malta u naħseb hemm prijoritajiet oħra ferm aktar urġenti. Taqbel mal-idea tal-play-offs fil- Kampjonat? Hemm it-tajjeb u ħażin kemm fis- sistema ta' play-offs kif ukoll f 'sistema ta' league regolari biss imma ċertament jien favur il-playoffs. Dak hu s-sabiħ ta' bosta kampjonati tal-basketball mondjali. L-importanti li s-serje finali ma tkunx qasira (mill-inqas fuq 5 logħbiet) biex ikun hemm aktar probabbiltà li l-aqwa tim joħroġ rebbieħ. Kif qed jiġu referis oħra barranin jikkontrollaw il-logħbiet lokali? Taħseb li r-referis barranin jikkumplimentawkom bil-kontroll li jkollhom? Il-verita assoluta hi li kieku ma hawnx dawn il-barranin, kieku ħafna mill- logħob ma jsirx minħabba nuqqas ta' uffiċjali hekk kif l-ammont ta' Maltin ta' kwalità qiegħed dejjem jonqos u trid ż-żmien biex jitilgħu ġodda u jrid jinqata' l-abbuż fuq ir-referees iż-żgħar. Jien kont wieħed minn tal-ewwel li fl-aħħar snin fittixt u ftaħt il-bibien għal dawn il-barranin anke jekk inizzjalment sibt oppożizzjoni saħansitra interna. Illum hemm ammont sostanzjali ta' referis barranin, uħud li ilhom jgħixu ftit snin Malta u tħarrġu aktar fil-logħba waqt li huma fostna u oħrajn li ġew dan l-aħħar imma kellhom diġà esperjenza f 'kampjonati oħra. Bl-ikbar responsabbiltà ngħid li, fil-kategoriji prinċipali tal-kbar, il-livell ta' refereeing hawn Malta llum hu ġeneralment tajjeb ħafna meta mqabbel kemm mal-logħba lokali kif ukoll ma' pajjiżi oħra b'aktar risorżi. Ovvjament kull referì hu uman u kulħadd jista' jiżbalja. Tixtieq tara xi forma ta' titjib fl-MBA? Nagħmel parti sa ċertu punt mit-tim amministrattiv tal-MBA u għalhekk naf naqra l-intern ukoll. Għax jien mingħajr irbit nista ma ndurx mal-lewża u nisħaq li hemm ftit individwi li jafu x'inhu l-vera basketball minn diversi aspetti u magħhom hemm numru żgħir ta' nies li ġenwinament iridu ġid u progress għal-logħba imma bosta drabi dawn jiġu mrażżna u msikkta minn ħafna oħrajn li waqt li l-importanti għalihom hu llum u ma jinteressahomx minn għada, ma jfittxux l-iżvilupp tal-logħba ġenerali imma biss l-ambitu parokkjali u l-ġid tal-klabb tagħhom. Niftakar u doqt il-logħba, fit- tmeninijiet, milgħuba fuq il-konkos u bl-MBA mingħajr kwartieri fissi. Minn dakinhar sar progress u mxejna 'l quddiem taħt kull amministrazzjoni differenti fejn mil-lat tanġibli l-MBA anke ħadet it-titlu tal-art tal-padiljun u l-madwar. Fl-aħħar snin, taħt it-tmexxija ta' Paul Sultana u Joe Muscat, fost diversi inizjattivi oħra utli, saret ukoll l-ewwel fażi tal-immodernizzar tal-padiljun u tnediet l-akkademja. Fejn qegħdin? Progress iva sar imma nemmen li, b'mod ġenerali, bosta pajjiżi oħra mxew ferm aktar għax wettqu aktar investiment f 'diversi oqsma. Dak li naħseb hemm bżonn hu mifrux. Kollox idur ma' bżonn ta' investiment, nibda mir-referis b'investiment serju fl-iżvilupp u taħriġ tagħhom, il- kowċis f 'sistema dejjiema u serja ta' ċertifikazzjoni b'taħriġ modern, mil- lat strutturali it-tkomplija tal-proġett (stands, dressing rooms u uffiċini) tal- padiljun biex ikun hemm ambjent aktar modern, nadif u li jilqa' lill-ispettaturi u plejers, branding professjonali tal- logħba u aspetti innovattivi, indirizzati speċjalment lejn iż-żgħażagħ, biex tattira n-nies lejn Ta Qali. Nista nkompli imma hemm differenza bejn kliem u fatti għax il-verita' hi waħda. Hafna jistgħu jipproponu imma kollox idur ma' finanzi u mhux faċli li l-MBA tiġġenera dawn il-flejjes kollha waħedha sakemm ma jkunx hemm għajnuna esterna. X'jagħmel referì tajjeb? Wieħed jista' jsemmi bosta kwalitajiet ta' x'jagħmel referì tajjeb bħal, fost oħrajn, kunfidenza, konsistenza, kuraġġ, sens komum, li tkun ġust, kalm, ippreparat teknikament, mentalment u fiżikament, passjoni lejn il-logħba imma fattur li nqisu ferm importanti hu l-integrità. Kull referì jrid ikun gwardjan tal- onestà u ma jħalli l-ebda farka ta' tebgħa tħammiġlu ismu jew is-settur. Għajb kbir, u favur penali ħorox anke kriminali, mhux biss għal xi referì imma għal kull plejer, kowċ, amministrattur li jmiss mal-korruzzjoni. Nixtieqek tgħaddi messaġġ liż-żgħażagħ sabiex jitħajru jsiru referis tal- basketball. Xejn ma jiġi b'xejn jew mil-lum għal għada. Irid ikollok paċenzja u dejjem tkun lest li titgħallem u timxi pass, pass. Meta bdejt kważi tletin sena ilu, mingħajr internet u mobiles, kont nitkarrab u nfittex qatigħ għal xi materjal ta' għajnuna. Illum naraw l-estrem l-ieħor għax hemm ammont enormi ta' materjal ta' għajnuna fuq il- midja soċjali u ż-żgħażagħ jistgħu jsibu li jridu. Wieħed ukoll irid jiftakar li qatt ma wasalt għax anke jekk tasal, trid iżżomm il-livell tiegħek. It-tagħlim ma jispiċċa qatt. Minkejja li ili bosta snin fil-qasam, għadni xorta nfittex id-dettalji, nanalizza bosta partiti Ewropej kull ġimgħa u nipprova dejjem nitjieb. Jekk nitkellem mill-esperjenza tiegħi, tagħlima waħda nista' ngħaddi. Illum hu aktar faċli li tilħaq internazzjonali imma xejn ma jigi bil-fortuna biss jew li kollox jingħatalek bl-imgħarfa, trid tinvesti ħafna ħin biex titjieb, ma taqtax qalbek quddiem bosta intoppi għax il- perserveranza, paċenzja u r-rieda interna li tasal biss jistgħu jmexxuk 'il fuq. Nispera li grazzi għal din l-opportunità, inħajjar xi żagħżugħ/a jibda jirrefja fi kwalunkwe sport għal qalbu. jixprunawh biex jilħaq l-ogħla livelli Ewropej fil-Basketball Twieled -4 ta' Diċembru 1970. Huwa wieħed mill-aqwa referis li qatt ipproduċa l-basketball lokali waqt li għamel isem u ġieħ lil pajjiżna wkoll -ambitu Ewropew ta' dan l-isport tant popolari madwar id-dinja. Huwa wkoll meqjus bħala awtorità bħala referì l-basketball internazzjonali. Il-motto tiegħu għall-ħajja huwa: "Irrispetta lil kulħadd u tibża' minn ħadd!" BERNARD VASSALLO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019