Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 | illum xejn ċert f 'Tal-Pietà u Santa Venera Il-Birgu: fortizza Laburista, b'possibilità li jiżdiedu l-voti għall- PN/PL Fil-Birgu, kuntrarjament għal Bormla, minkejja li hija lokalità b'maġġoranza qawwija Laburista n-numri baqgħu xi ftit jew wisq statiċi. Għalkemm tajjeb wieħed jinnota illi l-Birgu qatt ma nzerta kien hemm elezzjoni tal-MEPs jew elezzjoni ġenerali mal-elezzjonijiet lokali, kien hemm biss referendum. Fl-2007 il-PL ġab 1,261 vot u l-PN kiseb 353 vot u allura distakk ta' 908 li żdied fl-2012 u fl-2015 (950 u 941 vot rispettivament) imma xorta baqa' fl- istess ilma. Il-PN kiseb 353 vot, 313-il vot u 342 vot fit-tliet elezzjonijiet u allura prattikament baqa' fejn kien. Il-PL kiseb 1,261 vot, 1,263 vot u 1,283 vot u allura baqa' wkoll fejn kien. Dan juri li r-referendum dwar il-kaċċa fl-2015 ftit għamel differenza fit-total aħħari tal-voti. Peress li dik ta' Mejju se tkun l-ewwel darba fl-aħħar 10 snin li l-Ġirbin se jivvutaw għall-Kunsilli Lokali kif ukoll għal elezzjoni nazzjonali teżisti l-probabilità li tkun irreġistrata żieda fin-numru totali tal-votanti li jmorru jivvutaw. Żieda li tkun riflessa xi mkien fil-voti tal-PL u/jew tal-PN. L-Isla: triq għan-niżla għall-PN... Filwaqt li f 'Bormla l-PN u l-PL żiedu u fil-Birgu baqgħu l-istess, l-Isla kien hemm tnaqqis kontinwu f 'kull waħda mit-tliet elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għall- Partit Nazzjonalista. Fl-2008, u allura mal- elezzjoni ġenerali li l-PN rebaħ b'1,500 vot, il-PN kiseb 592 vot u kien 986 vot 'il bogħod mill-Partit Laburista. Fl-2012, u allura meta kien hemm biss l-elezzjoni tal- Kunsilli Lokali, il-PN ġab 167 vot inqas b'distakk ta' 906 voti. Fl-2015, mar-referendum dwar il-kaċċa, il-PN ġab 83 vot inqas mill-2012 u 250 vot inqas mill-2008. Id-distakk kien ta' 1,022 vot. Il-PL, minkejja li naqqas mill-2008 għall-elezzjonijiet l-oħrajn baqa' jżomm livell ta' appoġġ ta' aktar minn 1,300 vot fl-2012 u fl-2015. X'se jiġri f 'din l-elezzjoni mhux ċar. Interessanti wieħed jara l-PN hux se jirkupra dawk il-250 vot li tilef jew inkella hux se jkompli bit-triq tan-niżla. Erba' lokalitajiet, maġġoranza Laburista, l-istess xejriet Ħaż-Żabbar Ħaż-Żabbar hija waħda mil- lokalitajiet il-kbar 'Laburisti'. Din hija mistennija tibqa' lokalità Laburista għalkemm hemm possibilità li jonqos it-total tal-voti lill-partiti jekk joħorġu inqas nies jivvutaw. F'Ħaż-Żabbar saret elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-2006, 2009 u fl-2013. Fl-2006, meta kien hemm biss elezzjoni tal-Kunsilli, id-distakk kien ta' 3,081 bejn iż-żewġ partiti bil-PN jikseb 2,071 vot u l-PL jikseb 5,152 vot. Fl-2009, mal-elezzjoni għall- Parlament Ewropew, il-PN żied 500 vot. Minkejja dan, id-distakk kiber għax il-PL żied 1,300 vot mill-2006, biex kien hemm differenza ta' 3,886 vot bejn il-PL u l-PN. Fl-2013, imbagħad, id-distakk laħaq l-ogħla livell fl-aħħar 12-il sena hekk kif il-PL kiseb 4,874 vot aktar mill-PN. IL-PL kiseb 8,000 vot filwaqt li l-PN kiseb 3,135 vot. Il-probabilità hija illi peress li dik ta' Mejju mhux elezzjoni ġenerali, joħorġu inqas nies jivvutaw u allura jerġa' jonqos bi ftit id-distakk bejn il-partiti għalkemm naturalment il-PL jibqa' jkollu maġġoranza komda. Din l-istess xejra eżatt tirrepeti ruħha f 'lokalitajiet oħrajn. Waħda kbira, il-Fgura, u żewġ lokalitajiet żgħar; il-Kalkara u x-Xgħajra. Il-Fgura Fil-Fgura d-distakk kiber minn 2,053 fl-2006 meta ma kienx hemm elezzjoni oħra, għal 2,634 meta kien hemm l-elezzjoni tal- MEPs ukoll u differenza ta' 3,502 fl-2013. F'kull każ iżda fil-Fgura l-PN u l-PL żiedu l-voti għal massimu ta' 2,411-il vot għall-PN fl-2013 u massimu ta' 5,913-il vot għall-PL fl-2013 ukoll. Għal darb'oħra, bħal Ħaż- Żabbar, peress li l-elezzjoni lokali tal-2013 saret ma' elezzjoni ġenerali hemm possibilità li l-ammont ta' votanti li jivvutaw f 'Mejju jkun inqas u allura wieħed mill-partiti jew it-tnejn li huma jnaqqsu fil-voti. Il-Kalkara Fir-raħal tal-Kalkara, id-distakk kiber ukoll minn 581 vot favur il-Partit Laburista fl-2006 għal 843 vot favur il-PL fl-2013. Kemm il-PN u anke l-PL żiedu l-voti, bil-PN jilħaq massimu ta' 680 fl-2013 u minimu ta' 505 fl-2006 u l-PL jilħaq massimu ta' 1,529 fl-2013 u minimu ta' 1,086 fl-2006 Għal darb'oħra, bħal Ħaż- Żabbar u l-Fgura, peress li l-elezzjoni lokali tal-2013 saret ma' elezzjoni ġenerali hemm possibilità li l-ammont ta' votanti li jivvutaw f 'Mejju jkun inqas u allura wieħed mill-partiti jew it- tnejn li huma jnaqqsu fil-voti. Ix-Xgħajra Ix-Xgħajra hija waħda mill- iżgħar lokalitajiet fil-pajjiż u fortizza Laburista. Fl-2006, bl-elezzjoni tal- Kunsilli Lokali biss, il-PN ġab biss 116-il vot filwaqt li l-PL ġab 563 vot. Fl-2009, il-Labour żied 120 vot u kiseb 681 vot filwaqt li fl-2013 reġa' żied 247 vot u kiseb 928 vot. Il-PN, fl-2009 żied b'79 vot biex ġab total ta' 195 vot u baqa' fl-istess pożizzjoni fl-2013 (192 vot). B'numru żgħir ta' voti s-sitwazzjoni mhux mistennija tinbidel wisq hawnhekk sakemm ma jkunx hemm xi forma ta' vot ta' protesta fuq pjanijiet li għalissa huma biss fl-arja ta' reklamazzjoni tal-art. Il-lokalità mistennija żżomm il-maġġoranza kbira Laburista li għandha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019