Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Bellavista Pharmacy, Triq Salvu Buhagiar, Marsascala Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun St. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS (previously "Make Over Pharmacy"), Mtarfa Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Imsaħħab u bix-xita li jsir ftit imsaħħab, u b'ħalbiet iżolati tax-xita lejn il-Lvant VIŻIBILITÀ Tajba minbarra fix-xita RIĦ Lbiċ forza 5 li jsir Majjistral forza 6 u jdur mill-Grieg il-Lvant forza 3 għal 4 BAĦAR Moderat L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Temp Ftit jew wisq imsaħħab b'xi ħalbiet iżolati tax-xita li jsir ftit sabiħ. Billejl isir imsaħħab. VIŻIBILITÀ Tajba RIĦ Majjistral, kultant Punent Majjistru, forza 5 lokalment forza 5 għal 6. Billejl idur Punent il-Lbiċ forza 4 għal 5 BAĦAR Moderat agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - ? L-MFA ilha xhur tinvestiga dan il-każ Tkompli minn paġna 1 Skont l-informazzjoni li għandha din il-gazzetta, l-Uffiċjal għall-Integrità tal- MFA, Franz Tabone, ilu għal dawn l-aħħar xhur jinvestiga b'reqqa dan il-każ. Attwalment hemm plejer wieħed biss li qed ikun investigat minħabba li ma rrapportax it- tixħim. Madankollu, skont l-informazzjoni li għandna, 'mhux eskluż li dan jiġi akkużat ukoll b'tixħim ġaladarba toħroġ informazzjoni ġdida fil- ġimgħat li ġejjin.' U mhux hekk biss, hekk kif, 'in- numru ta' plejers investigati jaf jiżdied'. Fuq dan kollu, din il- gazzetta tkellmet mal- avukat għall-MFA, Adrian Camilleri. Mistoqsi, Camilleri ma riedx jikkummenta fuq il- każ, iżda kkonferma li l-investigazzjoni tinsab għaddejja fir-rigward ta' dan il-plejer. X'kienet irrapportat l-ILLUM? Kien propju fil-5 ta' Diċembru 2017 li din il-gazzetta ħarġet l-aħbar li l-Pulizija flimkien mal- Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta (MFA) kienet fetħet investigazzjoni fuq numru ta' plejers mit- tim ta' Tarxien Rainbows li allegatament kienu mdaħħlin f 'ċirku ta' 'match- fixing'. Fost dawk il-persuni f 'nofs l-investigazzjoni hemm xi plejers li fil-passat għamlu parti mill-istruttura ġovanili tat- tim nazzjonali Malti. Fid-dawl ta' dan il-każ, din il-gazzetta kienet bagħtet għadd ta' mistoqsijiet lill-Pulizija għal diversi drabi. L-ILLUM kienet staqsiet f 'liema stadju waslet l-investigazzjoni kif ukoll jekk il-Pulizija kinetx se tressaq lil xi persuna bl- akkużi ta' tixħim. Minkejja dan il-Pulizija qalet biss illi f 'dak il- mument ma setgħetx tagħti aktar dettalji dwar il-każ inkwistjoni. F'Jannar tal-2018, l-ILLUM kienet ippubblikat artiklu ieħor bit-titlu, 'Skiet perfett fuq il-każ ta' match fixing ta' Tarxien', hekk kif xhur wara l-awtoritajiet ikkonċernati baqgħu ma aġġornawx il-pubbliku fuq l-investigazzjoni. L-aħħar darba li din il-gazzetta staqsiet fuq dan il-każ kien propju f 'Diċembru 2018, dakinhar kelliem għall- Pulizija kien infurmana li l-investigazzjoni għadha għaddejja. Ftit qabel l-ewwel daqqa ballun jgħidilhom li l-logħba hi 'red flagged' Minkejja li r-rapport tal- ILLUM kien ippubblikat fl-aħħar ta' Diċembru, skont informazzjoni li għandna, xhur wara waqt logħba oħra ta' Tarxien, dakinhar kontra Balzan, il-logħba kienet ġiet red-flagged u għalhekk f 'riskju kbir ta' tixħim. Kien propju ftit mumenti qabel il-logħba meta t-tim ta' uffiċjali inkarigati mil- logħba ġew informati li l-logħba tinsab red-flagged Il-logħba inkiwsjtoni kienet sorpriża kbira hekk kif Tarxien kienu għelbu lil Balzan, dak iż-żmien fuq quddiem biex jirbħu l-league bl-iskor ta' 3-1. 'Akkużat li ma rrapportax… In-numru ta' plejers investigati jaf jiżdied' l-investigazzjoni il-gazzetta kienet ta' mistoqsijiet lill-Pulizija għal L-ILLUM kienet staqsiet f 'liema stadju waslet l-investigazzjoni kif ukoll jekk il-Pulizija kinetx se tressaq lil xi persuna bl- Kienu membri mill-kumitat tal- klabb li marru għandu l-MFA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019