Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 14 ta' April 2019 minn Cristian Antony Muscat KATIA Monreal - fost l-aqwa plejers li pproduċa n-netball lokali f 'dawn l-aħħar snin. Tilgħab ma' Blackbacks u f 'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn in-netball? Minn mindu kont ta' età żgħira, dejjem kont sportiva u nħobb l-isport. Għaldaqstant, iddeċidejt li nagħżel l-edukazzjoni fiżika bħala wieħed mis-suġġetti biex nistudja fl-iskola sekondarja. Meta kelli 14-il sena wieħed mill-isport li tgħallimna kien in-netball. L-għalliema tiegħi kienet tilgħab ukoll u hekk kif rat l-interess tiegħi mill- ewwel imbuttatni biex nitkellem mal-kowċ tagħha. Hawnhekk kelli l-unur nilgħab ma' plejers tal-ewwel diviżjoni fit-tim Kaizers għal ħames snin. Wara ħames snin, it-tim Kaizers ma baqax magħqud u għalhekk bdejt infittex biex ningħaqad ma' tim ieħor biex inkompli nipprattika l-isport li tant inħobb. B'hekk ingħaqadt mal-Blackbacks li issa ili parti minnu għal dawn l-aħħar sentejn. Int tilgħab ma' Blackbacks fejn matul dawn l-aħħar snin irbaħtu diversi unuri. X'tgħidilna dwar dan? It-tim Blackbacks ilu magħqud tliet snin. B'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li dan huwa wieħed mil-iktar timijiet li wera progress minn staġun għall-ieħor u dejjem qegħdin nimxu iktar viċin biex nitilgħu fl-Ewwel Diviżjoni. Nemmen li b'dan il-progress għandna nkunu qed nikkompetu fl-ogħla diviżjoni fil-futur qrib. X'tgħidilna dwar it-timijiet li jiffurmaw il-kampjonat tan-netball? Kull tim irid jikkonsisti f 'mhux inqas minn seba' plejers li jkunu qed jilagħbu u xi oħrajn riservati. L-ewwel sebgħa kollha jkollhom pożizzjoni li tindikalhom post ta' fejn ikunu jistgħu jiġru biex flimkien jippruvaw itellgħu l-ballun għand il-goal shooter sabiex din iddaħħal shot u t-tim iżid punt. Bħala riżorsi fejn tittħarrġu dawn huma ta' livell għoli jew fadal fejn isir titjib? Bħala riżorsi, nemmen li għad fadal ħafna xogħol xi jsir. Bħala courts fejn wieħed jitħarreġ huwa diffiċli ssib għaliex in-numru tal-courts aċċessibbli huma ftit għal meta mqabblin man- numru ta' timijiet li hawn jaċċessawhom. Int kont tilgħab ukoll mat- tim nazzjonali tan-netball. Tina iktar dettalji. Fil-karriera tiegħi fin- Netball kont parti mit-tim nazzjonali darbtejn. L-ewwel darba kienet mal-Under 21 fl-2012 fejn sifirna l-Irlanda nikkompetu, it-tieni darba kont parti mill-Under17 fejn kellna l-Kampjonati ġewwa xtutna f 'Marzu tal-2013. F'din il-kompetizzjoni kont ukoll il-captain tat-tim. Huma żewġ esperjenzi għal qalbi ħafna u ma neskludix li nipprova nerġa' ningħaqad mat-tim nazzjonali fis-snin li ġejjin. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u man-netball? Bħala infermiera u l-ħinijiet twal li naħdmu, insib diffikultà biex inkun nista' ningħaqad mat-tim għal kull sessjoni ta' taħriġ. Dan ma jżommnix lura milli nitħarreġ waħdi f 'ħinijiet differenti speċjalment biex intejjeb il-kapaċità fiżika tiegħi. Taħseb li f 'pajjiżna l-media tagħti importanza lin- netball? Dawn l-aħħar snin sirna nisimgħu daqsxejn bin- netball fuq il-media però nemmen li dan għadu biss il-bidu u fadal ħafna xi jsir. Hawn ħafna perċezzjonijiet ħżiena ta' fiex jikkonsisti n-netball u sikwit nisma' nies iqabbluh ma' sport ieħor bħall-basketball. Barra minn xtutna, in-netball hu wieħed mill-iktar sport popolari mat-tfajliet fejn issib anke kampjonati jaħarqu bejn l-iskejjel primarji u sekondarji. L-iskejjel f 'Malta qegħdin jippromovu dan l-isport biżżejjed? Iva, in-netball huwa parti mis-sillabu tal-edukazzjoni fiżika u għalhekk naħseb li l-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika (PE) qegħdin jagħmlu l-almu kollu tagħhom. Rigward konkorrenza miż- żgħażagħ hemm interess f 'dan l-isport? Hemm interess mill-pubbliku sportiv Malti lejn dan l-isport? Mill-attendenza ta' partitarji waqt il-logħob tal-kampjonat, nara iktar familjari u ħbieb milli pubbliku ġenerali u żgħażagħ. Dan juri li n-netball għadu mhuwiex segwit kif jistħoqqlu u għad fadal ħafna promozzjoni xi ssir sabiex iktar nies jifhmu r-regoli u t-tattika ta' wara dan l-isport. Għandek xi idoli kemm fil-ħajja kif ukoll fil-kamp sportiv forsi relatati man- netball. Fil-ħajja, l-idolu tiegħi hija ommi għax hija mara li taf tħobb u dejjem hemm biex tferraħ lil ta' madwarha. Fin-netball internazzjonali hemm ħafna plejers tajbin li nammira, iżda dejjem kienet Maria Tutaia l-favorita tiegħi. Plejer iddedikata li tista' tgħid qatt ma jkollha logħba ħażina. Dejjem iffukata u tagħmel kollox bi preċiżjoni. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw in- netball. Jien minn hawn inħeġġeġ liż-żgħażagħ kollha sabiex jinżlu jaraw il-logħob kull nhar ta' Ħadd ġewwa Ħal Kirkop fejn minn hemm jistgħu ijkellmu lit-timijiet favoriti tagħhom biex jingħaqdu magħhom. Bħala infermiera nista' ngħid ukoll li l-isport għandu ħafna benefiċċji kemm fiżikament u anke mentalment, għaldaqstant huwa sabiħ li tkun parti minn tim biex iżżomm ruħek attiv filwaqt li toħloq ħbiberiji ġodda. 'In-netball għandu ħafna benefiċċji kemm fiżikament kif ukoll mentalment' - Katia Monreal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019